Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... JAVIER PASTORE - Il-plejer Arġentin ta' PSG, Javier Pastore jidher illi se ikompli l-futur tiegħu ma' Atletico Madrid, hekk kif l-aġent tiegħu MarceloSimonian qed jinnegozja ftehim ta' tpartit mal-goalkeeper Jan Oblak li eventwalment jispiċċa jilgħab mal-klabb Franċiż. Il-Pariġini huma lesti jħallsu s-somma addizzjonali ta' €100 miljun sabiex jakkwistaw lill-goalkeeper Sloven u għalhekk qed jibdew taħditiet mal- klabb Spanjol. KEVIN STROOTMAN - Il-plejer ta' nofs il-ground ta' Roma, l-Olandiż Kevin Strootman f 'intervista li ta mas-sit tal-klabb ċaħad li qatt tkellem ma' diriġenti ta' Juventus sabiex jakkwistawh. Hu qal dan wara t-telfa xi ftit iebsa li sofrew fil-partita ta' ħbiberija kontra Celta Vigo li l-Giallorossi tilfu bl-iskor ta' 4-1. Hu sostna li dak li qalu l-ġurnalisti fuq il- gazzetta u s-siti soċjali huma kollha invenzjonijiet biex jimlew l-ispazju. Strootman ilu ma' Roma mill-2013 iżda għamel diversi xhur barra mil-logħob minħabba xi injuries. VIRGIL VAN DIJK - Chelsea qed jippreparaw offerta ta' 50 miljun lira sterlina sabiex jiksbu lid- difensur ta' Southamption Virgil Van Dijk. Filwaqt li anke Liverpool u Manchester City qegħdin jiġru wara l-firma ta' dan il-player, il-Blues jinsabu kunfidenti li jistgħu jġibu lill-Olandiż ta' 26 sena lejn Stamford Bridge. Wara li Chelsea tilfu bl-iskor ta' 3-2 kontra Burnley, fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat Ingliż, wieħed seta' jinnota xi problemi difensivi illi feġġew u kien għalhekk illi Antonio Conte talab lid-diriġenti tiegħu biex imorru għal difensur. JACK WILSHERE - Wara t-telfa ta' 2-0 kontra Tottenham Hotspur, il-kowċ ta' Newcastle Rafa Benitez saħaq li hemm bżonn ta' player sod f 'nofs il-ground u għalhekk dar fuq id-diriġenti tiegħu sabiex ifittxu midfielder b'saħħtu. U hawn fejn il-club xeħet għajnejh fuq il-plejer ta' Arsenal Jack Wilshere illi tħalla barra fir-rebħa li l-klabb tiegħu kiseb fuq Leicester City bl-iskor ta' 4-3. Bil-plejer jidher illi mhux fil- pjanijiet tal-manager Arsene Wenger, Newcastle United huma favoriti li jakkwistaw il-firma ta' Wilshere illi ilu mal-Gunners għal dawn l-aħħar għaxar snin. EDEN HAZARD - Barcelona huma ferm għatxana biex jiksbu s-servizzi tal-Belġjan Eden Hazard għas-somma ta' €120 miljun. Anke r-rivali Real Madrid qegħdin jiġru wara l-plejer ta' Chelsea bl-istess offerta bil-kowċ Antonio Conte li jidher rassenjat li jitilfu mill-iskwadra. Hazard ilu ma' Chelsea għal dawn l-aħħar ħames snin u kellu esperjenza wkoll mal-klabb ta' Ligue 1 Lille. Sadanittant l-istess Katalani huma lesti li jinnegozjaw dan it-transfer billi jdaħħlu lill-plejer ta' nofs il-grawnd Sergi Roberto li eventwalment joffruh lil Chelsea. MARCO ASENSIO - Skont il-gazzetta Ingliża The Mirror, Arsenal qed juru interess fl-attakkant ta' Real Madrid Marco Asensio. Il-plejer jiswa madwar 72 miljun lira sterlina u jidher interessat f 'din l-offerta li tieħdu lejn il-Premier League Ingliż illi beda fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Erba' timijiet oħra huma interessati f 'dan l-attakkant ta' 21 sena fosthom ManchesterUnited, Manchester City, Liverpool u Barcelona. Min-naħa tagħhom, Real Madrid ma jridux iħallu lil dan il-player jitlaq u għalhekk hemm il- possibilta' li joffrulu kuntratt aħjar. DIEGO COSTA - L-attakkant Diego Costa jrid biss imur ma' Atletico Madrid hekk kif stqarr dan kollu f 'intervista illi ta lill-ġurnal Ingliż, The Daily Mail. Skont Costa, hu kien ferm viċin illi jġedded il-kuntratt ma' Chelsea f 'Jannar illi għadda iżda minħabba l-attitudni xejn sabiħa ta' Antonio Conte fil-konfront tiegħu biddel ħsibijietu. L-internazzjonali Spanjol jixtieq jinħall akkost ta' kollox minn mal-Blues u filwaqt illi Milan għadhom jiġru warajh, huwa lest li jistenna sabiex jingħaqad mal-eks club tiegħu Atletico Madrid. Dawn tal-aħħar bħalissa ma jistgħux jixtru plejers minħabba sanzjoni fuqhom u għalhekk iridu jistennew sa Jannar biex eventwalment jakkwistaw lil dan il-plejer. DARKO LAZOVIC - Torino daħlu għall-plejer ta' Genoa Darko Lazovic fit-tentattiv illi jingħaqad magħhom qabel tmiem is-suq tat-trasferimenti. Dan il-plejer jaf sewwa lill-kowċ ta' Torino, Sinisa Mihajlovic, minħabba illi kien jikkowċjah fit-tim nazzjonali taż-żgħażagħ tas-Serbja. Huwa għandu 26 sena u jilgħab bħala winger fejn lagħab ukoll ħames darbiet mat-tim nazzjonali Serb. Ma' Genoa ilu sentejn fejn minn 49 logħba skorja darbtejn. EMRE CAN - Juventus qed jippreparaw ċifra ta' 23 miljun lira sterlina sabiex jiksbu s-servizzi tal- midfielder Ġermaniż Emre Can mingħand Liverpool. Minkejja kollox, il-klabb mill-PremierLeague Ingliż baqgħu jżommu sod għalkemm żammew quddiem għajnejhom il-fatt illi Can ma xtaqx iġedded il-kuntratt mar-Reds. Can ilu ma' Liverpool tliet snin fejn f '89 partita skorja seba' gowls.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017