Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Balzan ...........................2 Naxxar L. .......................0 BALZAN ftit li xejn tħabtu biex għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta' 2-0. Kienu Balzan li ħarġu fuq l-offfensiva meta wara biss żewġ minuti, xutt minn barra l-kaxxa ta' Ryan Fenech għadda għoli minn fuq il-lasti difiżi mill-goalkeeper Naxxari Omar Borg. Sitt minuti wara Bojan Kaljevic ikkontrolla l-ballun fil-kaxxa qabel għadda l-ballun lura lejn Paul Fenech li ra x-xutt tiegħu jintemm barra. Fil-11-il minuta, Uros Ljubomirac indirizza kross fit-tul lejn Ryan Fenech, b'dan jara l-ballun jiġi salvat minn Omar Borg. Ħames minuti wara l-istess Ryan Fenech xeħet cross minn corner lejn Paul Fenech li x-xutt tiegħu iżda għadda għoli. Il-Balzanin komplew jiddominaw u fit- 23 minuta, Alex Da Paixao Alves, kellu x-xutt fil-baxx tiegħu, jgħaddi ftit barra. Fit-38 minuta tilfu okkażjoni tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Alfred Effiong ipprova jqabbeż il-ballun minn fuu Omar Borg iżda kien sfortunat hekk kif il- ballun ħabat mal-mimduda. Naxxar Lions ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota f 'din it-taqsima fil-41 minuta meta Darren Falzon, bix-xutt dijagonali tiegħu, jiġi milqugħ mingħajr wisq problemi mill- goalkeeper Montenegrin ta' Balzan, Ivan Janusevic. Minuta biss wara Balzan fetħu l-iskor meta minn corner mogħti mis-solitu Ryan Fenech, il-ballun spiċċa f 'saqajn l-iskorer prolifiku Montenegrin Bojan Kaljevic li mill-viċin u baa inkredibbli għall-gowl xeħet il-ballun fix-xibka. Fit-tieni taqsima balzan komplew fejn ħallew fl- ewwel taqsima u ta' dan ġew ippremjati meta fis-57 minuta, alfred effiog kellu lob delizzjuż jaħbat mal-wieqfa biex mir-rebound daħal tajjeb il-winger Serb Uros Ljubomirac li mill-viċin tefa' ġewwa. Balzan setgħu faċilment għamluhom tlieta fid-79 minuta meta freekick tal- ispeċjalista Bojan Kaljevic stampa mal-wieqfa. Balzan Janjusevic, Fenech, Bezzina, Da Paixao Alves, Fenech, Kaljevic, Ljubomirac (Zerafa 84'), Effiong (Micallef 64'), Borg, Giglio De Oliveira (Serrano Valero 51'), Johnson Naxxar L. Borg, Buhagiar, Falzon, Serafino (Grima 87'), Micallef, Bonnici, Botta, Fenech, Cassar, Ellul (Nappa Licari 76), Lo Referi Clayton Pisani UROS LJUBOMIRAC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-Serbja fit-12 t'April 1990. Ingħaqad ma' Balzan fil- ġimgħat li għaddew. Balzan jegħlbu lil Naxxar Lions mingħajr tbatija Ritratt: Dominic Borg Bojan Kaljevic ivenvev xutt lejn il-lasti avversarji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017