Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 Ritratti: Jason Borg - DOI Il-karnival jitla' Buġibba u jżur Marsaskala matul din il-ġimgħa Jgħajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal...Viva, viva l-karnival (tas-Sajf ) BEJN il-25 u s-27 t'Awwissu se tittella' l-ħames edizzjoni tal-Karnival tas- Sajf, fil-25 u s-26 t'Awwissu f 'San Pawl il-Baħar u fis-27 t'Awwissu f 'Marsaskala. Dan tħabbar mill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall- Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista waqt żjara li għamlu f 'uħud mill-imħażen tal-parteċipanti tal-Karnival waqt l-aħħar preparamenti għal dan l-avveniment annwali. Il-Ministru Bonnici tenna kif sena wara l-oħra l-popolarità ta' dan il- Karnival fis-Sajf qiegħda kull ma jmur tiżdied dejjem aktar. Tant huwa hekk li din is-sena se jkun hemm ukoll żieda filparteċipanti tal-kumpaniji taż- żfin. Dan ikompli jsaħħaħ ir-riżultat miksub f 'survey ikkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti li fih il- Karnival irriżulta bħala t-tieni l-aktar attività kulturali li fiha jipparteċipaw in-nies. Il-Ministru Bonnici fakkar il-ħidma li għaddejja fuq il-proġett tal- Karnival, li jkompli juri l-impenn tal- Gvern lejn il-Karnival u b'hekk isostni l-ħidma tal-Gvern sabiex tiżdied ilprofessjonalità fis-settur kulturali, waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern f 'dan il-qasam. Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal- Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista spjega is-sinifikat tal-festa tal-Karnival fil-kalendarju kulturali Malti. Għalkemm storikament assoċjat mal-Kapitali, il-Gvern huwa kommess li jifrex din l-attività ma' lokalitajiet oħra, bħal ma jiġri fil-Karnival tas- Sajf. Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista fakkar li hekk se jkun ukoll fis-sena fejn il-Belt Valletta tingħata t-titlu ta' Belt Kapitali Ewropea għall- Kultura, fejn għalkemm għajnejn l-Ewropa se jkunu fuq il-Belt Valletta, il-programm ambizzjuż li qed jiġi imħejji se jwiegħed ukoll li s-siparju jinfetaħ fuq lokalitajiet oħra. Il-Ministru Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Debattista rringrazzjaw lid-dilettanti kollha talKarnival li qed jgħinu lill-kultura Maltija żżomm din it-tradizzjoni Maltija ħajja, mhux biss bissengħa u l-arti tal-karrijiet u ż-żfin imma anke b'attivitajiet tradizzjonali oħra, fosthom il-ġostra. Il-Karnival tas-Sajf f 'San Pawl il- Baħar se jiftaħ fis-6.30 ta' filgħaxija b'ġostra tradizzjonali ħdejn il-Gillieru (Triq il-Knisja) nhar il-Ġimgħa 25 t'Awwissu, filwaqt li s-Sibt 26, ukoll fis-6.30 ta' filgħaxija se tiġi organizzata ġostra oħra fl-inħawi tal-lukanda Santana. Fiż-żewġ dati, wara l-ġostra, se ssegwi parata sal- Pjazza ta' Buġibba. Nhar il-Ħadd 27 t'Awwissu fis-7 ta' filgħaxija se jibda l-Karnival f 'Marsaskala b'parata minn quddiem il-Kunsill Lokali tul ix-xatt ta' Triq is-Salini. Fil-Karnival tas- Sajf se jipparteċipaw 11-il karru, 10 kumpaniji taż-żfin kif ukoll il-banda ta' Marsaskala u studenti minn Skolasajf. Il-Karnival tas-Sajf huwa mtella' mill-Kunsill Malti għall-Arti bl- għajnuna tal-Fondazzjoni Valletta 2018, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u l-Kunsilli Lokali ta' San Pawl il-Baħar u ta' Marsaskala. Il-karrijiet li tmiem il-ġimgħa li ġej jallegraw lil dawk li se jkunu qed isegwu Il-Ministru Owen Bonnici, ħdejn albert Marshall u s-Segretarju Parl. Deo Debattista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017