Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 Minn Veronica Lynn Mizzi ITTOROQ vibranti mimlija ħajja u atmosfera sajfija tal-belt Spanjola ta' Barċellona waqgħu fil-muta nhar il-Ħamis li għadda waranofsinhar hekk kif inħasdu l-ħajjiet ta' 14-il persuna li kienet għaddejja għall-affari tagħha tul l-iktar triq popolari fil-belt, partikolarment mat-turisti. Vann abjad saq bla ħniena għall- fuq it-triq, li hija waħda pedonali, u kaxkar kulma sab fi triqtu: tfal u trabi mal-ġenituri tagħhom, koppji anzjani jippassiġġaw, gruppi ta' żgħażagħ jiċċelebraw il-ħajja. L-attakk imdemmi ma waqafx hemm għaliex sigħat biss wara, fir-raħal qrib il-baħar ta' Cambrils attakk simili b'karozza tibqa' ssuq fuq in-nies ħalliet persuna mejta u seba' oħra midruba. Uffiċjali tal-pulizija mbagħad fetħu n-nar fuq il-ħames suspettati li wħud minnhom kienu saħansitra lebsin dak li kienu maħsuba li kienu ċintorini tal-isplussiv. Il-madwar 130 persuna li ndarbu bejn iż-żewġ attakki kienu ġejjin minn mal-34 nazzjonalità differenti, hekk kif ħafna mill-persuni li spiċċaw vittma kienu turisti. Fil-fatt, l-ammont ta' persuni mejta laħaq l-14-il vittma, li minnhom 13 ġew identifikati. Ħamsa minnhom ġew identifikati bħala Spanjoni, tlieta Ġermaniżi, tnejn Taljani filwaqt li wieħed mill-Istati Uniti, mill- Belġju u mill-Portugall rispettivament. Tifel ta' 7 snin jibqa' mitluf waqt li ommu baqgħet f 'koma Minbarra l-vittmi li jew mietu, jew kellhom jittieħdu fil-15-il sptar li kienu qed joffru l-assistenza, hemm persuni li għadhom irrapurtati nieqsa għaliex baqgħu ma nstabux wara l-attakk. Fost dawn, hemm tifel ta' seba' snin mill-Awstralja li kien qiegħed f 'Barċellona ma' ommu sabiex jattendu għal tieġ. Julian Cadman kien qiegħed jimxi fit-triq Las Ramblas ma' ommu, meta l-vann qattiel baqa' għaddej minn fejn kienu mexjin u sseparahom. It-tifel għadu mitluf waqt li ommu ttieħdet l-isptar minħabba l-kundizzjoni gravi li kienet tinsab fiha, hekk kif tinsab f 'koma. Ċelebrazzjoni ta' sena żwieġ...tispiċċa armla ħesrem Fost il-vittmi tat- terrur f 'Las Ramblas kien hemm Jared Tucker, ta' 42 sena; ħaddiem fil-kostruzzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika. Kien jinsab Barċellona flimkien ma' martu Heidi, li flimkien kienu qed jiċċelebraw l-ewwel sena miż- żwieġ tagħhom bi vjaġġ fl-Ewropa. Flimkien kienu mexjin tul it-triq popolari turistika wara li għamlu waqfa f 'bar fejn ħadu l-aħħar ritratt flimkien. Hemmhekk, qalb ħafna għagħa, il-koppja ntilfet u l-mara ddaħħlet fi kiosk tas-souvenirs biex tistaħba sakemm kulħadd baqa' jiġri u jwerżaq, iżda ma baqgħetx tara iktar lil żewġha, li kien safa vittma tal-attakk. L-għada, Heidi identifikat il-ġisem ta' żewġha fil- kamra mortwarja, u sena wara li żżewġet, spiċċat armla f 'din it-traġedja. Żagħżugħ Taljan jitlef ħajtu quddiem għajnejn l-għarusa tiegħu Luca Russo kien ukoll fost il-persuni li tilfu ħajjithom fl-attakk imdemmi ta' nhar il-Ħamis li għadda. Russo, Taljan li kien għad kellu biss 25 sena, kien għadu gradwat frisk, li laħaq bħala inġinier. Kien jinsab f 'Barċellona għal vaganza flimkien mal-għarusa tiegħu Marta li flimkien kienu jagħmlu l-volontarjat mal-NGO ambjentali Green Cross. Russo tilef ħajtu fl-attakk taħt għajnejn l-għarusa tiegħu li min-naħa tagħha, sofriet diversi ġrieħi iżda ma kinetx f 'kundizzjoni serja. Minn btala mal- familja għal traġedja Elke Vanbockrijck kienet f 'Barċellona ma' żewġha u ż-żewġ uliedha ta' 10 u 14-il sena għal btala tal-familja, li malajr inbidlet fi traċedja. L-omm Belġjana kienet għaddejja ma' familtha fit- triq popolari Spanjola meta spiċċat tilfet ħajjitha wara li kienet fit-triq tal-vann qattiel. Teħlisha ħafif mit- tielet attakk terroristiku fl- aħħar xhur Turista Awstraljana li qed tivjaġġa l-Ewropa tista' tgħoddha b'waħda hekk kif l-attakk terroristiku ta' Barċellona kien it- tielet attakk f 'temp ta' tliet xhur li ħelset ħafif minnu. L-attakk terroristiku ta' Barċellona ta' nhar il-Ħamis li għadda kien it-tielet wieħed għal Julia Monaco ta' 26 sena li ħelsitha ħafif minnu sa minn meta bdiet il-vjaġġi tagħha fl-Ewropa tliet xhur ilu. Waqt l-attakk ta' din il-ġimgħa, Monaco kienet tinsab f 'ħanut fl-istess triq tal-attakk, meta ssakkru l-bibien tal-ħanut u beda l-paniku hekk kif in-nies issuspettaw li kienet qed isseħħ xi ħaġa serja barra mill- ħanut. Monaco tirrakkonta kif hi flimkien ma' xi nies oħra li daħlu għar-refuġju fil-ħanut intefgħu mal-art, kemm jista' jkun 'il bogħod mit-twieqi. Tgħid kif għamlet madwar nofsiegħa mal-art tistenna li jgħaddi kollox, qabel ma l-Pulizija evakwawhom mill-ħanut. L-Awstraljana kienet preżenti wkoll f 'Londra f 'Ġunju li għadda waqt li kien hemm attakk terroristiku ieħor, b'persuna tibqa' ssuq fuq in-nies viċin London Bridge, u għadd ta' persuni oħra spiċċaw qalgħu daqqiet ta' sikkina meta kienu f 'ristoranti u kafetteriji f 'Borough market. Qalet kif spiċċat maqbuda f 'lockdown li għamlet il-Pulizija fil-metro ta' Londra waqt l-attakk. Jiem biss wara, kienet marret f 'Pariġi fejn hemmhekk, il-Pulizija sparat fuq raġel li attakka uffiċjali tal-Pulizija b'martell barra l-Katidral ta' Notre Dame. Minkejja din ix-xorti, Julia Monaco sostniet li dan xorta waħda mhux se jwaqqafha mill-vjaġġi tagħha. "Ma rridx immur lura lejn id-dar...inħoss li għandi nibqa' hawn u ma nħallihomx jirbħu," sostniet Monaco. Sena wara ż-żwieġ...it- terrur serqilha lil żewġha Ommijiet, tfal żgħar u anzjani vittmi tat-toroq ta' Barċellona