Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

Minn Albert Gauci Cunningham WARA l-interess qawwi li qajjem l-artiklu ppubblikat fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda dwar il-provvista ta' ilma tal-pjan li għandu dan il-pajjiż f 'każ ta' kriżi, din il-gazzetta reġgħet tkellmet mal-Idrologu Marco Cremona dwar liema jara li huma ftit mis-soluzzjonijiet li dan il- pajjiż għandu jiddibatti biex dak li għad fadlilna, insalvawh minflok nitilfuh. Cremona sostna li waħda mis-soluzzjonijiet tinsab fil-proċess ta' konsultazzjoni li għaddej bħalissa dwar medded ta' art u anke żoni li l-poplu jixtieq li jsiru dominju pubbliku, jew inkella proprjetà tal-pubbliku għat-tgawdija tiegħu, kemm illum u anke għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Cremona jappella biex l-ilma tal-pjan ikun inkluż bħala riżorsa li hija tal-pubbliku. Mistoqsi minn din il-gazzetta x'jara li huma l-benefiċċji ta' dan il-pass, Cremona qal li jara tliet benefiċċji partikolari. L-ewwel, aktar għarfien fost il-pubbliku dwar l-eżistenza tal-ilma tal-pjan. "Ħafna nies, kemm fl-awtorità u anke le, lanqas biss jafu li hemm ilma tal-pjan, l-oriġini tiegħu, l-esplojtazzjoni u anke abbużi li qed iseħħu fil-konfront ta' din ir-riżorsa." It-tieni benefiċċju huwa li ma tibqax il-perċezzjoni "li għax borehole hija privata u li kienet imħaffra fuq art privata, anke jekk illegalment, dan jagħmel l-ilma li jittella' minn din il- borehole tal-persuna privata, u allura l-Gvern m'għandu ebda dritt li jirregola." Cremona temm jgħid li jekk l-ilma tal-pjan ikun tal- pubbliku u jkun hemm qafas leġiżlattiv li jipproteġih, kif wara kollox hemm f 'pajjiżi u stati li għandhom l-ilma fl- abbundanza, jinħoloq l-obbligu fuq il-Gvern li jirregolarizza din ir-riżorsa. "Il-Gvern ikollu l-obbligazzjoni legali li jassigura s-sostenibbiltà tar-riservi tal-ilma tal-pjan. Issa jekk dan isirx billi jkunu allokati kwoti, jew inkella billi l-ilma jittella' bil-ħlas jew inkella bin-nazzjonalizzazzjoni tal-boreholes, hija xi ħaġa li trid tkun deċiża bi pjan nazzjonali tal-Ilma." Cremona fakkar li dan il-pjan għadu ma jeżitix minkejja li kien imwiegħed fil-manifest elettorali tal-PL fl-2013. Il-Ħadd li għadda, din il- gazzetta ppubblikat artiklu li fih Cremona jgħid kif f 'każ ta' kriżi fl-impjanti tar-Reverse Osmosis pajjiżna għandu biss 24 siegħa f 'provvista tal-ilma. Cremona kien skjaċċanti fil-kritika tiegħu għall-fatt li l-pajjiż m'għandux pjan u lanqas hawn għarfien biżżejjed dwar in-nuqqas gravi ta' din ir-riżorsa. illum | Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 Aħbarijiet SIMPLE AND SECURE…USD Interest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the term. Minimum deposit $2,000 • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • O‚er valid for a limited period. Terms and Conditions Apply. APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 383 of 2015. facebook.com/apsbank values you can bank on 2122 6644 apsbank.com.mt USD TERM DEPOSIT ACCOUNTS 5 YEARS AT 3%* or 2 YEARS AT 2%* LIMITED OFFER *Gross of Tax 18833 APS USD ADVERT AW.indd 1 28/07/2017 15:45 Appell biex l-ilma tal-pjan ikun inkluż fid-dominju pubbliku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017