Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 Intervista 8 Nillegalizzaw? 'Il-perikli huma L-argument prinċipali ta' dawk li qed jiffavorixxu l-legalizzar tal-kannabis għall-fini ta' rikreazzjoni jfakkru li mhu vera xejn li l-użu tal-marijuana jwassal għall-użu ta' drogi oħrajn. Mill-esperjenza tiegħek kemm tħoss li dan l-argument huwa bbażat fuq ir-realtà? Sfortunatament sa issa d-diskussjoni ħadet xejra ftit ta' "jew abjad jew iswed". Ftit qed inkunu oġġettivi fil-mod kif niddiskutu dan is-suġġett. Milli qed insegwi din tal-gateway drug hija waħda minnhom. Dawk favur il-legalizzazzjoni donnu jridu jgħidu li jekk mhix gateway drug mela mhix ħażina u ma fiha ebda periklu. Dawk kontra jsostnu li l-ħaxixa awtomatikament twasslek għal drogi oħra. Inkunu żbaljati jekk ngħidu li kull min ipejjep joint ser jispiċċa addict. Iżda hu ċiniku li naqbdu u npinġu dan l-argument ta' gateway drug bħala ħrafa. Hemm bżonn inwarrbu l-idea romantika tal-ħaxixa bħala sustanza rikreazzjonli u nibdew nitkellmu fuq sustanza li fiha riskju ta' dipendenza, partikularment meta l-konċentrazzjoni attiva ta' THC huwa għoli. Huwa minnu li l-maġġoranza ta' dawk li jpejpu joint jużawha b'mod okkażjonali u b'mod personali. Biss huwa minnu wkoll li meta qed tesponi lilek nnifsek għal sustanza fejn hemm koncentrazzjoni psiko-attiva ta' THC ir-riskju ta' dipendenza jew ir-riskju li tfittex sustanzi oħra jiżdied. Ippermettili nagħmel kumment fuq il-mod kif poġġejt il- mistoqsija tiegħek. Għandna diversi esperjenzi li juruna ċar li t-terminu rikreazzjonali mhux f 'postu f 'dan id-dibattitu. Għalija li żżewweġ sustanza bħal kannabis ma' attività rikreazzjonali hija falza. F'intervista mal-gazzetta ILLUM Charles Miceli jsemmi l-fattur tas-separazzjoni tas-swieq bħala benefiċċju għal-legalizzar tal- marijuana. Dan jisemma' wkoll bħala benefiċċju f 'rapporti dwar dak li seħħ fl-Olanda, ('Coffee Shops and Compromise tal-Open Society Foundation). Ma tħossx li dan huwa fil-fatt argument li jagħmel sens? On-paper dan huwa wieħed mill-benefiċċji (bl-ebda mod ma neskludi li hemm ukoll benefiċċji oħrajn). Fi kliem iktar sempliċi qed ngħidu li min qed jixtri jkollu inqas kuntatt mas-suq tat-triq bir-riskji u l-konsegwenzi kollha tiegħu. Biss ma nafux eżatt kif ser jirreaġixxi l-black market f 'dawn iċ-ċirkostanzi. U jekk ħa ssemmi l-Olanda żgur li mhux l-aħjar eżempju. U hawn fejn il-Caritas qed targumenta li hemm aktar ħsara milli benefiċċji. Fl-Olanda, anke jekk on-paper kien hemm separazzjoni tas-swieq kiber l-użu fost l-adoloxxenti (li huma f 'riskju ħafna akbar meta għaddejjin minn proċess ta' żvillupp). Ironikament, u li jikkuntrasta bil-kbir mal-opinjoni tas-Sur Miceli ġabet ukoll interess akbar mill-black market minħabba l-kummerċjalizzazzjoni tad-droga. Dak li jista' jidher ta' benefiċċjju jista' jkollu riperkussjonijiet oħra. U bir-rispett kollu lejn min qed juża dan l-argument. Donnu qed ngħawġu ftit u naħarbu l-argument ewlieni. Il- mistoqsija għandha tkun jekk il-konsum tagħha hux ta' benefiċċju jew le. Drogi legali oħra, partikularment l-alkoħol, jistgħu jgħinuna nwieġbu din il-mistoqsija u x'konsegwenzi ħallew fuq il-persuna, il-familja ta' madwaru/ha u s-soċjetà. Il-Caritas qed tiġi akkużata illi trid l-istatus quo għax inkella se titlef il-klijenti tagħha jekk tkun legalizzata l-marijuana. Kritika popolari fost dawk li ma jaqblux mal- pożizzjoni tiegħek fuq din il- materja. Kif tikkumenta? Ir-realtà hi bil-kontra. Legalizzazjoni għal użu rikreazzjon li tkun qed tibgħat messaġġ liż-żgħażagħ li l-kannabis mhix xi ħaġa daqshekk perikoluża. B'hekk liġi bħal din tista' tagħmel id-droga aktar popolari. Biżżejjed ngħid li n-numru ta' dawk li ħabbtu l-bibien tagħna għal għajnuna minħabba l-kannabis żdied sostanzjalment bejn is- sena 2015 u l-2016. Għall-ewwel darba mill-2004 lil hawn kienu 19 fil-mija ta' dawk li fittxew il-Caritas minħabba użu, abbuż jew dipendenza fuq il-kannabis. Il- Caritas qed targumenta li l-kultura ta' tolleranza ġġib magħha aktar u aktar użu. Nerġa' nsostni li mhux kull persuna li jpejjep Hemm faxxa ta' persuni li huma aktar vulnerabbli li għalihom il- kannabis tista' tsser biss ħsara " " Veru li t-triq għall-vizzju tad-droga tibda minn joint? Veru li l-Caritas trid tippreserva l-istatus quo? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM jistaqsi lid-Direttur tal-Caritas Leonid Mc Kay... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017