Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
3 Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017| illum Aħbarijiet ILQORTI kkundannat lil Alexander Testi għal sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li għex fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni tas-sieħba tiegħu. Testi, li hu mwieled fl- Arabja Sawdija, iżda hu ċittadin Taljan kien akkużat li b'għarfien sew tas-sitwazzjoni għex fuq flus li s-sieħba tiegħu kienet qiegħda ddaħħal minn atti ta' prostituzzjoni. Il-Pulizija għamlu intervent wara li s-sieħba tiegħu marret l-għassa u għamlet rapport kontra Testi. L-avukat Martin Fenech, li kien qed jidher għall-akkużat, ikkonferma li ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għall-akkużi li ġew miġjuba quddiem il-klijent tiegħu u fil-fatt, quddiem il-Maġistrat, Testi ammetta li huwa ħati. "Konna f 'relazzjoni għal sitt xhur. Kienet kuntenta taħdem bħala prostituta, imam kellna ġlieda ġurnata qabel m'għamlet ir-rapport," sostna Testi. L-ispettur Spiteri qal li l-akkużat ma kienx se jiġi akkużat bl-attentat li prostitwixxa lis-sieħba tiegħu, iżda dan kien ser jiġi akkużat biss talli għex minn fuq il-flus li ddaħħlu mill-prostituzzjoni. L-ispettur staqsa lill-Qorti biex tingħata sentenza li twassal messaġġ ċar lil dawk il-persuni li jkunu se jwettqu attentati simili. "Wasalna f 'punt f 'Malta fejn kollox qed jgħaddi u sakemm ma jintbagħatx messaġġ, ħa niġu f 'riskju li jkollna influss ta' 'escorts' u prostituti barranin," insista l-Ispettur. Fir-rigward tal-fatt li l-akkużat ammetta l-akkużi kollha kontrih, il-Qorti kkundannat lill-akkużat b'sentenza ta' sitt xhur ħabs u mmultatu €50 filwaqt li imponiet ordni ta' protezzjoni għal tliet snien, li tipprojbixxi lil Testi milli jersaq lejn il- vittma. Schembri joħroġ jiddefendi l-MFSA fuq il-Bitcoin L-MFSA fil-proċess biex tirregola l-krytpocurrencies... is-segretarju parlamentari Silvio Schembri jgħid li l-kummenti ta' Dario Azzopardi "ma għamlux ġid" F'INTERVISTA mal- gazzetta ILLUM is-segretarju parlamentari għas-servizzi finanzjarji Silvio Schembri sostna li l-Malta Financial Services Authority (MFSA), l-awtorità li tirregolara l-attività finanzjarja ġewwa pajjiżna qiegħda tistudja l-possibbiltà sabiex tibda tirregola l-krytpocurrencies bħal Bitcoins, munita diġitali li ma taqax taħt ir- regolatur (MFSA) u li l-valur tagħha jitla' u jinżel bħall- komoditajiet tradizzjonali. Is-segretarju Parlamentari saħaq fuq l-importanzi l-gvern qed jagħti lis-settur tal-Fintech fejn l-għan prinċipali huwa li "Malta tkun l-ewwel pajjiż li jadotta teknoloġija tal- blockchain." Mistoqsi dwar l-istqarrija riċenti li ħarġet l-MFSA fuq il- kryptocurrencies u teknoloġiji simili, Schembri saħaq fuq il-fatt li teknoloġiji bħal krytocurrencies u blockchain huma affarijiet pjuttost ġodda li jiġu żviluppati kontinwament. "Il-kryptocurrency hija 'learning curve' għal kulħadd, mhijiex sempliċiment xi ħaġa li tinsab żviluppata totalment, u li wieħed jista' jitkellem fuq it-totalità tagħha llum." Is-segretarju parlamentari qal li, l-MFSA ċertament mhijiex kontra din it-teknoloġija, iżda huwa fid-dover tagħha li tinforma l-pubbliku fuq perikli li jistgħu jaħkmu lil nies li jużaw dawn il-muniti diġitali. "Kien hemm l-impressjoni mill-pubbliku li munita bħal bitcoin huma rregolati mill- MFSA għalhekk jaqgħu taħt il-protezzjoni li toffri lill- konsumatur, għalhekk L-MFSA ma qalitx li kryptocurrencies huma illegali, hija infurmat biss li mhumiex muniti regolati. U fil-verità għandha raġun." L-MFSA kienet wissiet lill-pubbliku ġenerali dwar il-munita diġitali. L-awtorità saħqet dwar ċertu perikli li tranżazzjonijiet b'din il-munita tista' ġġib magħha bħal serq mill-kont diġitali wara xi attentat ta' hacking u l-volatilità tal-valur li jista' jinbidel pjuttost malajr u saħansitra jonqos għal żero. Dan l-avviż wassal għal reazzjonijiet ħorox minn Dario Azzopardi Kap Eżekuttiv tal- kumpanija 3Group, li timporta apparat biex jiġu prodotti l-Bitcoins li f 'intervista mal- gazzetta ILLUM, sostna li 'm'hemm ħadd kompetenti biex jitkellem dwar il-kunċett tal-Bitcoin fl-MFSA'. Schembri stqarr ma' din il-gazzetta li "kummenti bħal dawn ma għamlux ġid, u jkun aħjar kieku wieħed jitkellem fuq is-suġġett milli fuq l-abbilità ta' nies fis-settur finanzjarju." Schembri sostna li l-gvern baqa' motivat biex jipprovdi pjattaforma diġitali li tħares biex timplimenta dawn it-teknoloġiji, għalhekk tnedew eżerċizzji internament bl- għan li jiġi regolati l-kryptocurrencies. "Il gvern qed jara biex ikun l-ewwel fost il-gvernijiet Ewropej li jħaddan it-teknoloġija tal-blockchain, u qed jipprovdi strateġija ħolistika li ma jħalli xejn barra minn din it- teknoloġija" lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Sitt xhur ħabs talli għex fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni L-Ispettur John Spiteri jgħid "Wasalna f punt f 'Malta fejn kollox qed jgħaddi..."