Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 | illum 23 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Aquarius se tkun fażi sabiex tagħraf kemm l-imħabba ta' madwarha mhix xi ħaġa garantita għal dejjem u ma rridu nieħdu xejn forgranted għax dan ikun żball fatali meta tieħu din il-pożizzjoni. Għalhekk in-New Moon ser jagħtik iċ-ċans sabiex l-imħabba madwarek tagħtiha ċ-ċans li titqawwa. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Pisces se tkun fażi ta' riflessjoni dwar eżattament xi trid u fejn trid tasal f 'ħajtek. Dan se jkun minn diversi aspetti però l-aktar aspett importanti huwa sa fejn se tiftaħ lilek innifsek fl-involviment ta' madwarek. Imħabbtek trid tkun tirrifletti l-vera sentiment li tista' twassal. Dan in-New Moon ser jagħtik iċ-ċans tara sa fejn int se twassal f 'dawn iż-żewġ aspetti. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Aries se tkun fażi opportuna sabiex trattab lilek innifsek. Fil- każ tiegħek dan jgħodd kemm għall-imħabba tiegħek lejn ir-relazzjonijiet li għandek ma' dawk ta' madwaerek li huma viċin sewwa tiegħek. Dan huwa perjodu sabiex l-imħabba tiegħek tkun waħda sensittiva skont il-każ li int tkun fih. Għalhekk in-New Moon ser jagħtik iċ- ċans tkattar is-sentimenti tiegħek. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Taurus se tkun fażi tajba għall-ippjanar u t-titjieb tal-karriera tiegħek. Xi kultant fil-ħajja jrid ikun hemm għarfien ta' dak li int għandek l-aktar għal qalbek. Trid tara x'inhu l-aktar importanti madwarek u għalhekk fin-New Moon ser ikollok iċ-ċans terġa' taqbad it-triq sabiex ħajtek tkun aħjar u aktar soda. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Gemini se tkun fażi ta' riflessjoni qawwija bejn il-passat u l-preżent. L-imħabba għalkemm għal Gemini suġġett ftit diffiċli biex ikun impoġġi fuq l-aġenda tagħhom għax huma persuni okkupati f 'diversi aspetti tal-ħajja, dan in-New Moon imma se jagħtik iċ-ċans tagħmel evalwazzjoni ta' kemm l-imħabba hi importanti fil-ħajja madwarek. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Cancer se tkun fażi ta' kuraġġ f 'dak li verament tixtieq jew twettaq fil-karriera tiegħek għalkemm dan jista' jkun mument xi ftit ikkumplikat għalik imma żgur li jekk tagħraf dan jaf ikun importanti f 'dak li int għandek ippjanat. Għalhekk dan in-New Moon ser jagħtik iċ- ċans li jimlik b'aktar kuraġġ sabiex dak li verament jixraqlek ikun imwettaq. Ħares 'il quddiem biss. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Leo se tkun fażi ta' opportunità ta' tkabbir u stabbilità madwarek. Dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f 'qagħda aħjar minn dak li kont u ovvjament kif dejjem xtaqt li int tkun. Għalhekk dan in-New Moon ser jagħtik iċ-ċans li int tkun f 'aktar pożizzjoni soda minn qabel għall- investiment ta' tkabbir li riesaq lejk Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Virgo se tkun fażi ta' indikazzjoni ta' kif għandek taddatta aħjar. Mhux għax għandek xi ħaġa ħażina imma int trid tagħraf aktar kemm hi importanti l-imħabba li għandek, kemm hi ta' valur (mhux finanzjarju !) imma valur għal ħajtek. Għalhekk fin-New Moon se jkollok opportunità tikber u tagħraf dak li hemm fl-imħabba madwarek. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Libra se tkun fażi ta' indikazzjoni ta' kif għandek tibni aktar lilek innifsek viċin dawk li joffrulek rispett. Dan huwa mument fejn int se tagħraf kemm trid tagħti aktar spazju għal dawk l-għeżiż ta' madwarek sabiex tkun aktar magħqud. Għalhekk dan in-New Moon se joffrilek żmien importanti sabiex jekk għandek xi nuqqas bħal dan tirranġah u aħseb sew biex tagħraf lilek innifsek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Scorpio se tkun fażi fejn in-nuqqas ta' motivazzjoni madwarek toffrilek spazju sabiex tkabbar il-għaqda tant meħtieġa li għandek bżonn imma li sfortunatament hi xi ħaġa ftit nieqsa bħalissa. Għalhekk fin-New Moon se jkollok l-opportunità kollha sabiex dak li hemm nuqqas tiegħu jerġa' jibda jikber u jissaħħaħ. Titlifx dan il-mument li ġej. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Cancer Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Sagittarius se tkun fażi fejn ser taħseb fil-passat sabiex tqawwi lilek innifsek għal dak li llum għandek madwarek u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat. Anzi trid tagħmel bil-kontra; tqawwi aktar lilek innifsek f 'dak li għandek fil-preżent. Għalhekk dan in-New Moon se joffrilek dik il-qawwa fik innifsek sabiex tkompli tkabbar u issa tħares lejn futur aktar pożittiv. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku fin-New Moon f 'Capricorn se tkun fażi ta' taqbida bejn dak li sarraft fil-passat għal dak li għandek illum. Bid-differenza li issa int se tagħmel il-pożizzjoni tiegħek waħda aktar soda u aktar ta' importanza sabiex minn dak li tgħallimt tkattar dak li għandek illum. Għalhekk dan in-New Moon ser ikun il-mument opportun sabiex ċertu taqbid tevitah u ma tħallihx ifixklek. Kun aktar int. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li fin-New Moon se tkun ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon Fl-okkażżjoni mit-tieni sena tiegħi nikteb f'din il-paġna qed noffri lilkom il-qarrejja dawn l- offerti • Offerta ta' 40% fuq l-ewwel ktieb tiegħi • Offerta fuq il-klassijiet ta' meditazzjonijiet • Offerta fuq il-klassijiet dwar il-kristalli • Offerta ta' 15% fuq kull trattament ta' sbuħija mit-terapista Graziella • Konsultazzjoni b'xejn ma' Graziella; beauty theraqist fuq trattament tal-laser. Għal appunta- ment ċempel fuq 99021307 Ma' kull offeta għandek xahar b'xejn tal- gazzetta ILLUM Grazzi lilkom il-qarrejja ta' din il-paġna li tul dawn is-sentejn segwejtuha mill-qrib. Namaste Il-ktieb li dan is-sajf trid taqra: 7 Rakkonti veri, imwassla kollha minn nies li esperjenzaw il- paranormali. Skont ta' 25% min jordnah mill-paġna. Book Mark speċjali mal-ktieb b'xejn ILLUM b'xejn mal-ktieb u delivery għal kullimkien b'xejn Ċempel fuq 99013600 sabiex tordna kopja.