Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 27 MANCHESTER United komplew jikkonvinċu u barra minn darhom umiljaw lil Swansea City meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-goals għalihom jaslu minn Eric Bailly, Romelu Lukaku, Paul Pogba u Anthony Martial. Liverpool ġewwa darhomf 'Anfield għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Sadio Mane. Southampton ġewwa darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet goals għalihom jaslu minn Manolo Gabbiadini u minn żewġ penalties - wieħed mogħti minn Dusan Tadic u ieħor mogħti minn Charlie Austin. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal West Ham United waslu minn doppjetta ta' Javier Hernandez. Ta' nota huwa l-fatt li l-Hammers spiċċaw jilagħbu b'10 plejer fit-33 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Marko Arnautovic permezz ta' karta ħamra diretta. Leicester City ġewwa darhom għelbu lil Brighton & Hove Albion bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Shinji Okazaki u Harry Maguire. Watford barra minn darhom għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Richarlison u Etienne Capoue. West Bromwich Albion barra minn darhom għelbu lil Burnley bl-isksr minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Hal Robson-Kanu fil-71 minuta, bl-istess plejer jitkeċċa 12-il minuta biss wara permezz ta' karta ħamra diretta. SPORTSillum Manchester United ikomplu jikkonvinċu u jumiljaw lil Swansea City Romelu Lukaku - awtur tat-tieni gowl minn erbgħa għal Manchester United RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 19 t'Awwissu Swansea City vs M. United 0-4 AFC Bourn. vs Watford 0-2 Burnley vs WBA 0-1 Leicester City vs B&H Albion 2-0 Liverpool vs Crystal Palace 1-0 Southampton vs West H.Utd 3-2 FIXTURES Il-Ħadd 20 t'Awwissu 14:30 Huddersfield T. vs Newcastle U. 17:00 Tottenham H. vs Chelsea It-Tnejn 21 t'Awwissu 21:00 Manchester C. vs Everton Kampjonat Serie A TIM 18:00 Atalanta vs Roma 20:45 Bologna vs Torino 20:45 Crotone vs AC Milan 20:45 Inter vs Fiorentina 20:45 Lazio vs Spal 20:45 Sampdoria vs Benevento 20:45 Sassuolo vs Genoa 20:45 Udinese vs Chievo Verona Badminton Europe tagħżel lil Matthew Abela għal taħriġ fid-Danimarka FIŻMIEN qasir, il-ħajja taċ-Championattwali tal- Badminton f 'Malta, Matthew Abela, ser tinbidel hekk kif huwa se jkun qed jibda jgħix ġewwa d-Danimarka biex ikun parti miċ-Ċentru ta' Eċċellenza ta' Badminton Europe. Ftit xhur ilu Badminton Europe, li hija l-federazzjoni tal-Badminton fl-Ewropa, nediet inizzjattiva bl-isem ta' "Badminton Europe Centre of Excellence" li se jkun sforz biex jinġabru il-plejers Ewropej li għandom potenzjal f 'dan l-isport u jinghataw taħriġ u tmexxija professjonali. Biex jiġu deċizi l-plejers li se jintgħażlu, Badminton Europe organizzatżewġ Selection Camps fejn il-kowċis setgħu jevalwaw il-potenzjal u l-abbiltà tal-plejers li applikaw. Abela kien wieħed mill-20 plejer li ġew magħżula biex ikun parti minn dan il-proġett. Dan huwa pass kbir għal Abela hekk kif ser jibda' jieħu taħriġ f 'ċentru li jorffri taħriġ ta' livell għoli ħafna. Dan it-taħriġ se jkun qed isir minn kowċis ta' esperjenza, flimkien ma' plejers oħrajn ta' livell għoli, darbtejn kuljum. Iċ-Ċentru ta' Eċċellenza ser jiġi mwaqqaf f 'Holbaek, id-Danimarka,, fej Abela ser jibda jgħix mill-bidu ta' Settembru li ġej. Jeroen van Dijk se jkun il-Head Coach ta' dan iċ-ċentru mgħejjun minn assistenti kowċis li se joffru l-esperjenza tagħhom fil-logħba biex jgħinu lil dawn il-plejers. L-għan aħħari ta' dan iċ-ċentru huwa dak li jassistu plejers b'potenzjal li ġejjin minn Assoċċjazzjonijiet Ewropej biex tingħatalhom l-opportunita biex ikunu jistghu itejbu il-livell ta' logħba tagħhom permezz ta' taħriġ sostenibbli ta' kwalità għolja biex ikomplu jtejbu l-livell tagħhom. Bis-saħħa ta' dan il-proġett, l-Ewropa tista' tibqa' toffri kompetizzjoni qawwijja u żżomm postha fiż-żona tal-midalji. Il-ħajja ta' Matthew hija mdawra bil-badminton, u feraħ ħafna meta sar jaf li kien intgħażel biex ikun parti minn dan iċ-ċentru. Huwa jinsab ħerqan ħafna biex jibda din il-ħajja ġdida ġewwa d-Danimarka. Hu qal: "Huwa unur kbir għalija li ntgħażilt biex inkun parti minn dan iċ-ċentru, fejn ħa nkun qed nitħarreġ ma' fost l-aqwa atleti fl-Ewropa, flimkien ma' kowċis professjonali ġo ambjent professjonali. Għalhekk din għalija hi ħolma li saret realtà'". Dan huwa pass enormi għal Matthew. L-għanijiet tiegħu ħa jieħdu xgħira oħra u b'hekk ikun jista' jimmira biex jieħu sehem f-kompetizzjonijiet ta' livell ogħla u għaliex le, jżomm f 'moħħu wkoll parteċipazzjoni f 'xi edizzjoni tal-Olimpjadi u Kampjonati tad-Dinja. B'dawn l-għanijiet f 'moħħ Matthew, hu mhu se jinsa qatt min fejn ġie, u se jagħmel mill-aħjar, biex ukoll plejers tal-badminton iżgħar jistgħu jħarsu lejh u jkun ta' ispirazzjoni għalihom. Fl- aħħar hu qalilna li: "Ninsab ċertissimu li din l-esperjenza se tkabbarni ħafna bħala persuna imma l-iżjed bħala atleta u b'hekk inkun ta' mudell għall-plejers sħabi li se nħalli warajja." Il-plejer żagħżugħ b'futur ferm promettenti l-Badminton, Matthew Abela