Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 | illum Aħbarijiet IDDISTRETT li jinkludi fih lil Għawdex u Kemmuna, għandu l-ikbar proporzjon ta' persuni gradwati għal kull 1,000 persuna. Meta wieħed jikkalkula l-ammont ta' persuni li gradwaw fil-livelli 5,6 u 7 tal-MQF, jiġifieri Diploma, Degree jew Master's, għal kull 1,000 persuna ta' popolazzjoni, il-gżira Għawdxija kellha l-ikbar ammont, b'11.9 jiggradwaw fi grad ta' Baċellerat u 8.6 f 'livell ta' Master's. Dan joħroġ minn rapport ta' statistika ppubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, u li jitkellem dwar l-edukazzjoni. Fil-fatt, mill-istess rapport jidher li wara l-Għawdxin, l-aktar distrett li għandu gradwati għal kull 1,000 persuna kien dak tal- Punent, li jinkludi fih lokalitajiet bħal Ħ'Attard, Ħal Lija, l-Iklin, Ħal Balzan, is-Siġġiewi, Ħad-Dingli, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, l-Imdina u l-Imtarfa. Fl-istess waqt, matul is-sena meqjusa, l-inqas ammont ta' gradwati għal kull 1,000 persuna kienu ġejjin min-naħa ta' isfel tal- port, jiġifieri, il-Belt, il-Furjana, il-Kottonera, il-Marsa, il-Fgura, Ħaż-Żabbar, Ħal Luqa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien. F'din iż-żona, kien hemm 6.9 u 3.5 minn kull 1,000 li gradwaw b'Degree u Masters' rispettivament. Fl-istess waqt, dawk li gradwaw b'dottorat kienu jinsabu l-aktar fid-distrett tal-Punent, hekk kif 0.3 minn kull 1,000 tal-popolazzjoni kienu ġejjin minn din in-naħa tal-pajjiż. Id-diskrepanzi ma jidhrux biss fil-lokalitajiet, iżda wkoll bejn is-sessi, hekk kif dan ir-rapport jiżvela kif kien hemm iktar nisa minn irġiel f 'kull livell ta' MQF (li huwa l-metodu kif jitkejjel il-livell tal-grad akkademiku miksub), minbarra f 'dawk 2 u 3 li jinkludu fihom, fil-maġġoranza tagħhom suġġetti vokazzjonali, bl- akbar differenzi jidhru fil-livelli ta' Degree u Master's. In-nisa gradwati f 'Għawdex huma proporzjonalment iktar minn dawk Maltin Minkejja dan, l-akbar diskrepanza bejn is-sessi setgħet tiġi nnutata f 'Għawdex, partikolarment fil- livelli 6 u 7 tal- MQF. Fil-fatt, meta wieħed iqabbel l-ammont ta' nisa ma' rġiel f 'Għawdex, isib li fil-livell ta' Degree, in-nisa kienu jammontaw għal madwar 5 minn kull 1,000, waqt li l-irġiel kienu jlaħħqu ftit inqas minn 4 kull 1,000. Dan filwaqt li l-ammont ta' nisa f 'Għawdex, jiżboq lil dawk f 'Malta, f 'kull livell. Meta wieħed iħares lejn il- lokalitajiet, l-istatistika turi kif il-Mosta, Birkirkara, Ħ'Attard, in-Naxxar u San Ġwann huma l-lokalitajiet li minnhom l-iktar li jiggradwaw studenti mill- Università ta' Malta. Min-naħa l-oħra, il-Mosta, Birkirkara, Ħaż-Żabbar, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar huma l-ħames l-iktar lokalitajiet li minnhom jiggradwaw studenti mill-MCAST u l-ITS. Fil-fatt, meta wieħed jikkunsidra kollox, il-maġġoranza tal-gradwati rriżultaw li kienu joqogħdu fil- lokalitajiet ta' Birkirkara, Ħal Qormi, il-Ħamrun, il-Gżira, Pembroke, San Ġwann, Santa Venera, San Ġiljan, is-Swieqi, Ta' Xbiex, Tas-Sliema u Tal-Pietà. Dominanza tan-nisa fl- Università Fis-sena skolastika 2014/2015, kienu 3,557 student ġdid li daħal fl-Università ta' Malta, li jindika li kien hemm żieda ta' 15.1% meta mqabbel mal-ammont ta' studenti li daħlu 4 snin qabel, fl-2010/11. Tul l-istess sena, in-nisa ddominaw il-korsijiet fil-livelli kollha, b'59.5% tal-gradwati jkunu fil-fatt nisa. Meta wieħed iqis l-istudenti kollha li jattendu l-Università, kemm fuq livell ta' full time kif ukoll b'mod part time, dawn jammontaw għal 11,599 tul l-2015/16, li minnhom 57.2% kienu fil-fatt nisa. Dan il-persentaġġ qawwi ta' nisa fil-fatt huwa tnaqqis mis-sitwazzjoni li kien hemm lura fl-2010/11, b'1.4%. B'kuntrast ma' dan, l-irġiel reġistrati fi ħdan l-Università, ra żieda ta' 2% meta mqabbel ma' ħames snin qabel. Lil hinn minn dan, l-aktar suġġetti popolari fost l-istudenti Universitarji kienu fil-fatt: ix- Xjenzi Soċjali, Business u l-Liġi b'37.5%, imbagħad is-Saħħa u l-Welfare b' 21.3% u l-Arti u l-Humanities bi 12.6% tal- popolazzjoni universitarja. Dawn l-oqsma baqgħu jżommu l-popolarità tagħhom minn ħames snin qabel, iżda l-oqsma tal- Edukazzjoni u l-Arti esperjenzaw tnaqqis ta' 4.5% u 3.3% rispettivament. Dan filwaqt li ġiet irreġistrata żieda fil-qasam tas- Saħħa, bl-ammont ta' studenti jitla' b'3.1%. Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt L-Għawdxin bl-akbar numru ta' gradwati • 12 minn kull 1,000 Għawdxi gradwa f'livell ta' Degree • Fin-naħa t'isfel tal-Port, dan l-ammont jinżel għal 7 minn kull 1,000 • Ix-Xjenza Soċjali, il-Business u l-Liġi l-aktar korsijiet popolari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017