Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 | illum Intervista 9 huma akbar mill-benefiċċji' joint ser jispiċċa dipendenti. Iżda hemm faxxa ta' persuni li huma aktar vulnerabbli li għalihom il- kannabis tista' tfisser biss ħsara inkluż l-adoloxxenti, persuni li huma suxxettibli għall-problemi ta' saħħa mentali, dawk li bħalissa qed jirkupraw mill-ħajja tal-vizzji u oħrajn li jużawa bħala ħarba u li eventwalment jiżviluppaw dipendenza. Matul dawn il- ġimgħat kelli l-opportunità niltaqa' ma' kważi l-persuni kollha li bħalissa qed jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni. Is-sentiment ta' dawk li ġarrbu kien wieħed konsistenti. Il-perikli huma akbar mill-benefiċċji. Naqsam l-esperjenza ta' żewġ persuni li temmew b'suċċess programm ta' reabilitazzjoni. Żewġ persuni li qatt ma missew ma' sustanzi oħra ħlief il-ħaxixa. Jgħidu li jpejpu l-ismoke b'mod regolari kienet ħajjithom; u dak li mingħalihom kien biss rikreazzjonali spiċċa biex saret dipendenza. Wieħed minnhom qalli "kieku staqsejtni din l-stess mistoqsija sentejn ilu żgur li kont inwieġbek differenti". "Illum naf id-differenza - meta tkun clean minnha – relazzjoni personali stabbli, ambizzjoni u motivazzjoni fuq ix-xogħol, għatx għall-hobbies u ħajja libera". Min-naħa l-oħra Caritas temmen ukoll li trid issir xi ħaġa f 'dan il-qasam. Aħna qatt ma konna favur l-status quo fejn hemm inġustizzji. Ilna nitkellmu, ħafna qabel fetaħ id-dibattitu dwar il-kannabis, li hawn problema serja u li teħtieġ tiġi indirizzata. Caritas tibqa' żżomm il-pożizzjoni tagħha li persuni b'dipendenzi m'għandhomx jitqiesu bħala kriminali u għalhekk posthom huwa f 'ambjent ta' rehab, mhux inkarċerati. Ninnotaw b'sodisfazzjoni li sar titjib minn meta daħlet fis-seħħ il-Liġi Drug Dependance Act ta' sentejn ilu u l-mod kif bdew jigu ttrattati b'mod aktar uman u bilanċjat dawn il-persuni. Wieħed għandu jikkonsidra li wara li nevalwaw din il-liġi u ntejbuha, nikkunsidraw li nagħtu deskrizzjoni aktar wiesgħa lil min qiegħed jiġġudika dawn il-każijiet delikati. Inkomplu nitkellmu dwar dekriminalizzazzjoni flok legalizazzjoni. Il-Caritas kif mistennija tagħti s-sehem tagħha f 'din id-diskussjoni, li għaddejja u li mistennija tibqa' għaddejja sakemm tasal il-Parlament? Caritas li tibqa' kommessa favur id-dekriminalizzazzjoni ser tipparteċipa attivament fid- diskussjoni u fi żmien opportun tippubblika wkoll il-position paper studjata bil-kontribuzzjoni ta' professjonisti minn kampi differenti ħalli tikkontribwixxi biex tittieħed deċiżjoni infurmata. Nagħlaq bħalma ftaħt. Jekk irridu diskussjoni oġġettiva rridu l-ewwel u qabel kollox nammettu l-bżonn li jiġi diskuss dan is-suġġett b'mod ħolistiku flok jintefa' taħt it- tapit. U rridu wkoll nammettu li leġiżlazzjoni f 'dan ir-rigward fih kemm benefiċċji kif ukoll perikli. Il-mistoqsija dejjem għandha tkun aħna fl-aħħar mil-aħħar x'soċjetà rridu! Hemm bżonn inwarrbu l-idea romantika tal- ħaxixa bħala sustanza rikreazzjonli u nibdew nitkellmu fuq sustanza li ha riskju ta' dipendenza " Xtra Sajf Wednesday TVM 20:50 Aħna qatt ma konna favur l-status quo fejn hemm inġustizzji. Ilna nitkellmu, ħafna qabel fetaħ id-dibattitu dwar il-kannabis " " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017