Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 578 • 12 ta' Novembru 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Tkompli f 'paġna 3 JIEM wara li r-rapport tal-PANA ddikjara li l-liġijiet Maltin huma konformi ma' dawk Ewropej, Malta se tissemma f 'mozzjoni għal riżoluzzjoni li nġabret mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew barra s-Soċjalisti u Demokratiċi. Din se titressaq fit-tmiem tad-dibattitu li se jkun qed isir fi Brussell nhar it-Tlieta li ġej. Il-mozzjoni se tkun qed tikkonċentra fuq il-Paradise Papers, fejn Malta ma kienx il-pajjiż protagonist, kif ukoll fuq il- konklużjonijiet tar-rapport dwar il-Panama Papers tal-Kumitat PANA, li l-abbozz finali ġie ppubblikat fil-jiem li għaddew. ESKLUSSIVA Tkompli f 'paġni 4 u 5 €1.00 Misruqa ammont konsiderevoli ta' mobiles kull sena Il-Parlament Ewropew b'mozzjoni fejn tissemma Malta waqt dibattitu fuq is-saltna tad-dritt Ara paġna 8 Nippubblikaw ir-rapport tal-FIAU dwar il-bank Pilatus Nuru x'kienu l-allegazzjonijiet u l-konklużjonijiet Dik li bdiet bħala storja inkreddibli li ddominat l-ħajja tal- midja u l-politika Maltija kollha qabel l-elezzjoni ta' Ġunju ta' din is-sena issa qed terġa' turi wiċċha. L-ILLUM qed tippubblika d-dokumenti konklussivi tal-FIAU dwar il-bank Pilatus li jindikaw li filwaqt li kien hemm investigazzjoni dwar il-bank mill-FIAU, ma kien hemm l-ebda fatt inkriminanti. L-attrazzjoni lejn il-bank kienet minħabba l-preżenza ta' numru ta' persuni esposti politikament (PEPs) fosthom mill-Ażerbajġan, u kif ukoll kontijiet ta' nies fil-Gvern u allegazzjonijiet qatt ippruvati rigward il-mara tal-Prim Ministru. L-Ewropa tipprepara biex tiddiskuti l-konklużjonijiet tal-investi- gazzjoni tal-ICIJ magħrufa bħala Paradise Papers

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017