Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

17 Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tniedi l-Kalendarju tal-Avvenimenti LAWTORITÀ Maltija għat-Turiżmu nediet il- pubblikazzjoni '2018 Calendar of Events for the Maltese Islands' għar-raba' sena konsekuttiva f 'dan il- format. Il-kalendarju ta' 88 paġna huwa magħmul minn attivitajiet li se jseħħu s-sena d-dieħla f 'Malta u Għawdex. L-edizzjoni ta' din is-sena tiffoka fuq il-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea għall-Kultura. Il-programm imħejji minn Valletta 2018 huwa eċitanti minnu nnifsu, u jikkonsisti f 'avvenimenti u proġetti li qed ikunu żviluppati ma' artisti Maltin u barranin. It-'2018 Calendar of Events for the Maltese Islands' jelenka avvenimenti li jistgħu jkunu ta' interess kemm għat-turisti kif ukoll għall-Maltin, inkluż attivitajiet mużikali, folkloristiċi, sportivi u riproduzzjonijiet ta' ġrajjiet storiċi. Punti ewlenin li wieħed għandu jistenna s-sena d-dieħla jinkludu appuntamenti annwali, bħall- festival internazzjonali tal- mużika barokka li jsir fil-Belt Valletta f 'Jannar, il-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar li jsir f 'April, l-Isle of MTV Malta Special li jsir f 'Ġunju u n-Notte Bianca li ssir f 'Ottubru. Il-kalendarju jinkludi wkoll indiċi tal-festi kollha madwar il-gżejjer Maltin u Għawdxin. Apparti l-appuntamenti annwali, il- kalendarju fih ukoll numru ta' attivitajiet li se jsiru għall-ewwel darba hawn Malta, bħall-Malta HOG Mediterranean Run għal min iħobb il-muturi, li se ssir f 'Ġunju. Paul Bugeja, CEO tal- MTA, qal li l-verżjoni stampata tal-kalendarju sservi bħala turija attraenti u prattika ta' dak kollu li se jiġri f 'Malta s-sena d-dieħla. Żied jgħid li n-nurmu ta' avvenimenti li ġraw hawn Malta u li kienu mniżżla f 'din il-pubblikazzjoni popolari żdied minn sena għal sena suċċessivament, u dan huwa indikattiv ta' kemm issir ħidma minn dawk kollha kkonċernati. Din il-kordinazzjoni qed tikkontribwixxi għal titjib fil-profil ta' Malta bħala destinazzjoni denja għall- ivjaġġar f 'kull staġun tas-sena. L-MTA tippubblika l-kalendarju annwali tal-attivitajiet Il-Maltija Tiffany Pisani f 'Las Vegas għal Miss Universe ILMUDELLA Tiffany Pisani telqet Las Vegas fejn se tirrappreżenta lil Malta fil-konkors Miss Universe. Hija rebħet id-dritt li tirrappreżenta lil Malta f 'dan l-ikbar konkors tas-sbuħija fid-dinja wara li f 'Awwissu li għadda ġiet inkurunata bħala Miss Universe Malta. Tiffany Pisani se tkun qed tikkompeti ma' kontestanti oħra minn 98 pajjiż differenti minn madwar id-dinja. Matul dawn it-tliet ġimgħat f 'Las Vegas, il-parteċipanti kollha se jkunu qed jieħu sehem f 'photo shoots, intervisti, filmati u attività għall-karità. Il-finali tal- konkors Miss Universe se jsir fis-26 ta' Novembru li ġej fi Planet Hollywood f 'Las Vegas u se jkun qed jixxandar fuq in-network Amerikan FOX. Huwa mistenni li jkunu aktar minn biljun persuna dawk li se jaraw din ix-xandira madwar id-dinja, li se jkun qed jippreżenta għat-tielet sena konsekuttiva Steve Harvey.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017