Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet • 75% tal-Maltin iqisu l-ħarsien tal-ambjent bħala l-aktar importanti • Il-karozzi u l-industrija huma l-aktar li jħammġu l-ambjent u qed joħolqu tibdil fil-klima Investimenti kbar biex inħarsu xogħol u niżviluppaw enerġija IDDINJA qed tibda tħares lejn metodi ġodda u aktar innovattivi li jistgħu jwasslu għal enerġija aktar nadifa u li fl-istess ħin jgħinu fil- ġlieda li għandna bħalissa kontra t-tibdil tal-klima u favur il-ħarsien tal- ambjent. Issa li l-Istati Uniti huwa l-uniku pajjiż li ma ffirmax il- ftehim dwar il-klima ta' Pariġi, f 'April tas-sena li għaddiet, din it-tiġrija lejn metodi ġodda biex nabbinaw il-ħarsien tal-ambjent u t-tkabbir ekonomiku u dak tal- industrija issa bdiet. Mill-aħħar Ewrobarometru li ġie ppubblikat fil-ġranet li għaddew jirriżulta li disgħa minn kull għaxra jew 94% tal-Ewropej, fosthom il-Maltin, iqisu li l-protezzjoni tal- ambjent hija l-aktar ħaġa importanti għalihom. Il-Maltin li jemmnu hekk jammontaw għal 75%. L-aktar li huma konxji fuq il-protezzjoni tal-ambjent huma l-Iżvediżi b'87% filwaqt li l-Pollakki huma l-inqas b'40%. It-tibdil fil- klima huwa t-tħassib ta' 51%, filwaqt li 46% huma mħassbin bl-emissjonijiet u t-tniġġis tal-ajru. 40% huma mħassba bl-iskart. Il-ftehim ta' Pariġi huwa l-aħħar sforz li fuqu ntlaħaq qbil kontra t-tibdil tal-klima Il-ftehim ta' Pariġi huwa magħmul biex il-pajjiżi kollha jżommu ż-żieda fis-sħana għal inqas minn żewġ gradi selsjus iżda l-pajjiżi qed jippruvaw li din tkun mal-grad u nofs, biex nerġgħu naslu għaż- żmien ta' qabel il-livelli industrijali. Il-mira hi li jkompli jikber ir-ritmu ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi imma wkoll li fl-istess ħin jonqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet ħżiena fl-ajru u ħolqien ta' metodi tekonoloġiċi li jwasslu għal enerġija ġdida li tkun aktar nadifa. Franza għażlet ukoll li ma jkunx hemm aktar karozzi bil- petrol jew dijżil sas-sena 2040 u ntrabtet ukoll li ma jintużax aktar il-faħam għall-ġenerazzjoni tal- elettriku sas-sena 2022. Dan apparti investiment ta' €4 biljun biex tissaħħaħ l-effiċjenza fl-enerġija. Mill-Ewrobarometru jirriżulta li 35% tal- Ewropej huma favur li jkun hemm żieda ak-bar fl-investiment tar-riċerka u l-iżvilupp biex jinstabu soluzzjonijiet teknoloġiċi għat-tibdil tal-klima u l-ħarsien tal-ambjent. Għaldaqstant 87% jħossu li jistgħu jkunu l-individwi nfushom li jistgħu jibdew billi jagħmlu l-kambjamenti li hemm bżonn u dan milli kulħadd jipprova jkun aktar konxju li jrid iħares l-ambjent madwaru. Dan is-sentiment li għandu jkun hemm aktar riċerka biex ikun hemm bilanċ bejn l-iżvilupp, it-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal- ambjent qed jinħass sew fl-ogħla isti-tuzzjonijiet Ewropej ukoll. Fil-ġranet li għaddew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew organizzaw konferenza internazzjonali dwar metodi ġodda li jistgħu jintużaw sabiex bl-użu tat-teknoloġija filwaqt li tingħeleb l-isfida ambjentali jinħolqu wkoll aktar postijiet tax-xogħol. Din tibqa' l-mira ewlenija tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Interessanti kif matul dawn l-aħħar snin, l-ekonomija kibret iżda l-konsum tal-enerġija kull sena baqa' jinżel. Il-karozzi huma meqjusa fost l-aktar li jħammġu l-arja L-pajjiżi ewlenin f 'dan il- kuntest huma dak membri fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk ukoll l-industrija li timmanifattura l-karozzi se tintrabat li naqqas l-emissjonijiet mill-karozzi bi 30% anqas fi żmien 13-il sena meta dan ikun imqabbel mal-2021. Il- pajjiżi fl-Unjoni Ewropea qed jintrabtu li jnaqqsu l-emissjonijiet b'40% sal-2030. L-emissjonijiet tal-gassijiet ħżiena fl-ajru għandhom jonqsu b'60% fl-2050. L-isfida huwa jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino '87% jħossu li jistgħu jkunu l-individwi nfushom li jistgħu jibdew billi jagħmlu l-kambjamenti li hemm bżonn u dan milli kulħadd jipprova jkun aktar konxju li jrid iħares l-ambjent madwaru' F'Malta l-ammont tal-karozzi liċenzjati fit-toroq qed jiżdied bil-bosta kuljum

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017