Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet ISSINDKU ta' Tas-Sliema Anthony Chircop jispjega kif ċertu faxex tas-soċjetà huma aktar vulnerabli minn oħrajn.. Bħal-lum ġimgħa L-ILLUM, stħarrġet is-sitwazzjoni inkwetanti f 'Tas-Sliema ta' 'racket' sħiħ ta' serq mill-bwiet, handbags jew kartieri. Sorsi fil-Pulizija li tkellmu mal- ILLUM, żvelaw kif il-Pulizija fl-għassa ta' Tas-Sliema qed jirċievu medja pjuttost xokkanti ta' 10 rapporti kuljum ta' nies li jinsterqulhom oġġetti jew flus minn 'pickpockets'. Dan ifisser li din il-lokalità qed tesperjenza mat-300 serqa ta' dan it-tip kull xahar jew mat-3,600 serqa fis-sena. Fid-dawl ta' dan kollu l-ILLUM, tkellmet mas-Sindku ta' Tas-Sliema Anthony Chircop, li stqarr kif "din hi problema li l-Kunsill ilu jiffaċċja. Anthony Chircop sostna li l-Kunsill m'għandux poter ta' infurzar fuq il-lokalità tiegħu madankollu hu spjegalna diversi miżuri li l-Kunsill flimkien mal- Korp tal-pulizija ħadu sabiex iservu bħala deterrent għall- kriminalità f 'Tas-Sliema. Chircop spjega, li avolja s-serq jista' jaffettwa lil kulħadd hemm ċertu faxex tas- soċjetà li huma l-aktar vulnerabli għal dan bħalma huma l-anzjani. "Riċentement, il-Kunsill bi ħsieb ma' membri tal-Pulizija mit-taqsima tas-CID, organizza diversi sezzjonijiet indirizzati lill-anzjani. F'dawn il-laqgħat, il- Pulizija pprovdew diversi pariri lill-anzjani, dan biex jiżguraw is-sigurtà tagħhom. L-introduzzjoni tat-taqsima tal-Pulizija tat-turiżmu, għenet ħafna, sabiex tissaħħaħ il- preżenza tal-Pulizija f 'dawn iż- żoni sensittivi għall-kriminalità sostna s-sindku. Huwa tkellem ukoll dwar kif il-kriminalità sikwit titfa' fil- mira tagħha lill-istudenti li jiġu Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż. Għalhekk is-Sindku spjegalna kif diversi "skejjel tal-Ingliż ħadu miżuri biex jinfurmaw l-istudenti dwar l-perikli preżenti." "L-iskejjel bdew iqassmu ktejjeb mimli b'informazzjoni ħalli ż-żgħażagħ li jiġu f 'pajjiżna sabiex jitgħallmu l-Ingliż ikunu mgħammra b'informazzjoni dwar xiex għandhom joqogħdu attenti." Anthony Chircop kompla jitkellem dwar id-diskussjonijiet riċenti li jiġu installati kameras f 'ċertu żoni sensittivi però dawn ukoll għandhom il-limiti tagħhom hekk kif ma jistgħux jinvadu l-privatezza tar- residenti Slimiżi. Apparti minn dan, is-Sindku spjega kif fil-perjodu tas-sajf, il-kunsill jiffaċċja numru sostanzjali ta' każijiet ta' serq minn fuq bajjiet. "Dan hu serq komuni fix-xhur tas-sajf." Is-sindku tkellem dwar talba li l-Kunsill f 'Tas-Sliema għamel lill-Gvern bil-għan li titrażżan il-kriminalità minn fuq il- bajjiet. "Aħna tlabna lill-gvern biex il-latrini attwali jiġu żviluppati mill-ġdid, dan bl-għan li jitwaħħlu diversi kabinetti żgħar li jissakkru ħalli n-nies ikunu jistgħu jpoġġu l-affarijiet tagħhom hemmhekk." Is-Sindku kompla jispjega kif dawn il-latrini jistgħu wkoll jiġġeneraw dħul finanzjarju, billi l-operatur ibigħ prodotti bħal krema ta' protezzjoni mir-raġġi tax-xemx. "Il-gwardjani lokali, għandhom ikunu suġġetti għal riforma," skont Chircop. Mal-ILLUM, is-Sindku sostna li diversi lokalitajiet madwar Malta jistgħu jieħdu vantaġġ minn riforma f 'dan is-settur, hekk kif dawn barra milli jieħdu ħsieb il-parkeġġ illegali jkunu jistgħu jieħdu ħsieb it-traffiku tal-lokalità u jkunu preżenza ta' sigurtà. Skontu, il-gwardjani għandu jkollom il-possibbiltà li fil-futur jinħatru bħala kuntistabbli tal-Pulizija. Problema li dan il-kunsill ilu jiffaċċja lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter • Is-sindku ta' Tas-Sliema jgħid li l-anzjani huma l-aktar vulnerabli għas-serq • Il-Pulizija tat-Turiżmu għenet ħafna biex tisaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità Aktar minn €4,000 miġbura għall-brigata tas-Salesjani waqt il-maratona mużikali f 'Talbot and Bons ILMUŻIKA spiċċat, id-dwal reġgħu lura għan-normal iżda l-benefiċċji għat-tul mit- tielet edizzjoni tal-maratona mużikali ta' sittin siegħa li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f 'Talbot and Bons, Skypark Business Centre fl- Ajruport Internazzjonali ta' Malta għadhom qed jibdew. Il-maratona bdiet nhar il-Ġimgħa 20 t'Ottubru 2017 b'Airport Impressions biex intemmet b'suċċess permezz ta' grupp bil-preżenza ta' Ira Losco, Glenn Vella u Ivan Grech fost il-ħafna artisti stabbiliti li ferrħu lill-folla entużjasta għal għeluq memorabbli. Il-maratona kienet organizzata minn Talbot and Bons f 'kollaborazzjoni ma' Yobetit.com bħala sponsors prinċipali. Yobetit għandha l-pjattaforma tal-isportsbook tagħha li toffri aktar minn 30 sport differenti u eluf t'avvenimenti. Il-Maltin huma magħrufa għas-solidarjetà tagħhom ma' dawk li huma fil- bżonn u hawn għand Yobetit nemmnu li rridu ngħinu lill- oħrajn. Nisponsorjaw diversi karitajiet u avvenimneti ta' ġbir ta' fondi, waħda minn dawn hija l-Maratona Mużikali Talbot and Bons fejn il-fondi kollha miġbura se jmorru għat-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jitgħallmu l-mużika permezz tas-Salesian Brigade. Aktar minn 180 mużiċist ħadu sehem, b'artisti stabbiliti kif ukoll gruppi li għadom deħlin fix-xena b'xejn anqas minn 51 slot mimli b'talent lokali. Id-disa' sigħat l-oħra kienu sessjonijiet bil- mikrofonu miftuħ bil-baned jiffurmaw fuq il-palk b'mod spontanju. Fost dawk li ħadu sehem insibu ismijiet familjari bħal Debbie Scerri, Crosswalk, Dumtak, Falling Stars, Brodu, Claudia Faniello, The Crowns, Lyndsay Pace, Ozzy Lino u ħafna oħrajn. Amy Talbot, Direttriċi ta' Talbot and Bons esprimiet il-gratitudni tat-tim kollu li ħadem bla waqfien għal dan ir-riżultat. "Kien tmiem il-ġimgħa memorabbli fejn ġbarna flus għal dawk li jixtiequ jitgħallmu l-mużika. Nixtieq nirringrazzja lill- artisti kollha għall-ħin u dedikazzjoni tagħhom. Huwa verament ta' pjaċir li tara lill-mużiċisti u professjonisti oħra bħal inġiniera, fotografi u oħrajn jingħaqdu flimkien għal kawża ġusta." Hija rringrazzjat ukoll lill- pubbliku li żar il-maratona, ħa pjaċir bil-mużika u għamel id-donazzjonijiet tiegħu. "L-iskejjel bdew iqassmu ktejjeb mimli b'informazzjoni ħalli ż-żgħażagħ li jiġu f 'pajjiżna sabiex jitgħallmu l-Ingliż ikunu mgħammra b'informazzjoni dwar xiex għandhom joqogħdu attenti." Is-Sindku ta' Tas-Sliema Anthony Chircop

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017