Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
13 Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet tingħeleb il-vjolenza sesswali fl-Ewropa Skont studju tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA): • 1 minn kull 3 nisa esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali • 1 minn kull 5 nisa f'Malta kienu vittmi ta' abbuż sesswali • 55% tan-nisa fl-Ewropa għaddew minn fastidju sesswali • 32% tal-vittmi sostnew li l-abbuż sar minn kollega fuq il-post tax-xogħol • 75% tan-nisa fi professjoni jew karigi ta' tmexxija għaddew minn fastidju sesswali • 61% tan-nisa li jaħdmu fis-settur tas-servizzi esperjenzaw xi forma ta' fastidju ses-swali • 20% tan-nisa bejn it-18 u d-29 sena esperjenza fastidju sesswali onlajn • 1 minn kull 10 nisa għaddew minn fastidju sesswali b'mezzi tekonoloġiċi L-abbuż sesswali fuq il- post tax-xogħol lanqas ma huwa nieqes fil-bini tal-Parlament Ewropew l-MEP Jadwiga Wiśniewska sostniet li mhux aċċet- tabbli li fil-qalba tad- demokrazija tal-Ewropa, li huwa l-bini tal-Parlament Ewropew, kien hemm nisa li ngħataw fastidju sesswali. Qalet li d-diskussjoni fl-Ewropa għand-ha tkun li jingħata l-kuraġġ biex aktar nisa jitkellmu fuq l-esperjenzi koroh li jkunu għaddew minnu. Mill-konklużjonijiet ta' rapport tal-MEP Franċiża Elisabeth Morin-Chartier, li baqa' qatt ġie ppubblikat, u li kien ikkommissjonat minn kumitat li twaqqaf appost, jirriżul-ta li l-Parlament Ewropew ukoll qed isib diffikultà jinvestiga każijiet ta' allegat fas-tidju sesswali f'uffiċji ta' MEPs. Każ partikolari dam 17-il xahar biex ġie konkluż u dan wassal għal twiddiba min-naħa tal- Ombudsman Ewropew. Kien hemm aktar minn rapport wieħed fuq tliet MEPs partikolari. Bejn Ġunju tal-2014 u l-aħħar tal-2016, dan il- kumitat irċieva 10 ilmenti fuq fastidju psikoloġiku, li kienu indirizzati lejn xi MEP. Dawn ġabu magħhom ritratti, stampi u konversazzjonijiet mill- Facebook jew WhatsApp u li wasslu għal 1,500 paġna ta' evidenza. Skont ir-regola 166 tal-proċeduri tal-Parlament Ewropew, il- President jista' 'jikkastiga' MEP li jinstab li jkun kiser il-kodiċi tal-etika jew li ma jkunx wera rispett lejn il-kollegi jew l-assistenti. Il-'kastig' jista' jkun ukoll nuqqas ta' allokazzjoni fi-nanzjarja jew sospensjoni mill-attivitajiet parlamentari. Malta lesta biex iddaħħal fis-seħħ aktar liġijiet kontra l-abbuż Dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, f'Malta għadda għat-tieni qari l-abbozz tal-liġijiet dwar din it-tip ta' vjolenza kif ukoll dwar il-vjolenza domestika. Dan l-abbozz se jkun qed ibiddel il-liġi dwar il- vjolenza domestika f'Malta u se jkunu konformi mal- Konvenzjoni ta' Istanbul. B'hekk il-liġi se tirrifletti li l-vjolenza hija problema tas-soċjetà u mhux biss tal-vittmi. Fil-każ tal- vjolenza abbażi tal-ġeneru, kif tgħaddi l-liġi, il-Pulizija se jkunu jistgħu jipproċedu awtomatikament (ex officio). Bil-liġi l-ġdida huwa mistenni jiżdiedu l-pieni għal min iwettaq reati sesswali jew stupru, biż-żmien ta' priġunerija tiżdied minn minimu ta' tliet snin u massimu ta' sitt snin għal minimu ta' sitt snin u massimu ta' tnax-il sena. 'Bil-liġi l-ġdida huwa mistenni jiżdiedu l-pieni għal min iwettaq reati sesswali jew stupru, biż-żmien ta' priġunerija tiżdied minn minimu ta' tliet snin u massimu ta' sitt snin għal minimu ta' sitt snin u massimu ta' tnax-il sena' MAIK, żagħżugħ diffidenti ta' 14-il sena għandu ħafna affarijiet fuq moħħu: baqa' biss tliet ġimgħat għall-festin ta' għeluq snin l-isbaħ tfajla tal-klassi u barra minn hekk il-vaganzi tas-sajf għadhom kemm jibdew. Biex tkompli tagħqad, ommu, għalkemm tagħti kasu ħafna u fanatika tat-tennis, hija alkoħolika u dieħla u ħierġa fir- rijabilitazzjoni, filwaqt li missieru, żviluppatur tal- propjetà, dejjem għandu x'jagħmel u jiġi jaqa' u jqum minnu. F'dawn iċ- ċirkustanzi, il-wasla mhux mistennija ta' student ġdid, Tschick, iġġib taqliba kbira. Dawn iż-żewġ studenti, li jħossuhom imwarrba, ikollhom il-kuraġġ jiddeċiedu li "jissellfu" Lada ċelesti u jitilqu flimkien għal għonq it-triq. Jibdew jgħaddu minn burdata għal oħra f'qasir żmien. F'dan il- vjaġġ indimentikabbli tagħhom madwar il- kampanja tal-Ġermanja tal-Lvant, mingħajr mobile u mingħajr mappa, iż- żewġ żgħażagħ jitgħallmu jsiru aktar kunfidenti fihom infushom, isiru jafu x'jiġifieri ħbiberija reċiproka u jesperjenzaw l-eċċitament tal-imħabba żagħżugħa. Ċertament l-aqwa sajf li qatt għexu. Din hija produzzjoni mill- Ġermanja u hija skedata fil-Kavallier ta' San Ġakbu għall-Ħamis 23, u s-Sibt 25 ta' Novembru. Goodbye Berlin