Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... CHARLY MUSONDA - Il-plejer Belġjan Charly Musonda jixtieq jitlaq lil Chelsea possibbilment f 'Jannar illi ġej hekk kif qed jitkellem ma' Arsenal sabiex jingħaqad magħhom. Musonda ftit qed isib postu fl- ewwel 11 tal-kowċ Antonio Conte u diġà stqarr li lanqas biss jixtieq iġedded il-kuntratt mal-Blues anzi jrid isib club ieħor mill-aktar fis possibbli. Min-naħa tagħhom, Arsenal qed jippreparaw sabiex jagħmlu offerta għaż-żagħżugħ ta' 21 sena illi s'issa lagħab biss 26 minuta fil-Premier League Ingliż. Huwa ngħaqad ma' Chelsea fis-sena 2016 u l-istaġun illi għadda saħansitra kien misluf ma' Real Betis fi Spanja. JACK WILSHERE - Il-klabb Spanjol ta' Real Betis qed jippjana illi jikseb is-servizzi tal-midfielder ta' Arsenal Jack Wilshere. Fl-aħħar suq tat-trasferimenti illi sar fis-sajf, Wilshere kien irrifjuta illi jingħaqad mat-tim Spanjol għax ried jibqa' mal-Gunners. Il-plejer ta' 25 sena reġa' irritorna fl-azzjoni wara injury illi sofra u għadu qed jittanta xortih sabiex jikseb post fl-ewwel 11 ta' Arsene Wenger. Huwa jagħlaqlu l-kuntratt fl-aħħar tas-sena u hawnhekk Real Betis ser jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jiksbu s-servizzi tiegħu. ADEM LJAJIC - Torino għandhom l-intenzjoni illi jħajru lill-plejer tagħhom Adem Ljajic sabiex iġedded il-kuntratt mal-klabb. II-Granata, kif inhuma magħrufa fl-Italja, huma mpressjonati bil- progress tal-plejer Serb illi għandu personalita' kbira f 'Turin u qed jagħmel li jista' sabiex jgħin lit-tim tiegħu jikseb pożizzjoni għolja fil-klassifika minkejja l-kriżi ta' riżultati li għaddejjin minna. Il-kuntratt attwali tiegħu jiskadi fis-sena 2020 pero' d-diriġenti tat-tim huma lesti jżidu dan il-ftehim sabiex jevitaw xi interess minn xi klabbs oħra. MESSI U AGUERO - Skont Diario Gol, Lionel Messi ta parir lill-kompatrijott tiegħu Sergio Aguero biex ma jingħaqadx ma' Real Madrid. Fil-fatt il-president tal-klabb li jilgħab fis-Santiago Bernabeu Florentino Perez sostna illi Aguero jista' jkun akkwist ideali fl-attakk tat-team. L-opinjoni ta' Perez hi illi jekk Manchester City jakkwistaw lil Alexis Sanchez, b'hekk Aguero jista' jingħaqad mal-Madrileni. Madankollu Messi pront bagħat messaġġ lil Aguero fejn qallu illi bħala l-akbar ħabib tiegħu aħjar jibqa' ma' Manchester City illi qed jgħollu mhux ftit il-profil tagħhom milli jingħaqad ma' Real Madrid. ALEJANDRO GRIMALDO - Liverpool qed isegwu l-progress tad-difensur xellugi Alejandro Grimaldo illi bħalissa qed jilgħab ma' Benfica. Il-plejer Spanjol ta' 22 sena jiswa' madwar €40 miljun u r-Reds qed jevalwaw din l-offerta. Grimaldo qed jimpressjona ferm ma' Benfica tant illi skorja żewġ gowls s'issa f 'dan l-istaġun. Barra Liverpool, anke Juventus qed jiġru wara l-firma tiegħu. Grimaldo kien jilgħab ma' Valencia u Barcelona fiż-żgħożija tiegħu u jidher illi l-esperjenza ma' dawn il-ġganti Spanjoli swietu mhux ftit. DIVOCK ORIGI- Il-klabb Ġermaniż ta' Wolfsburg huma ħerqana sabiex joffru kuntratt permanenti lill- Belġjan Divock Origi. Dan il-plejer ingħaqad b'self mat-tim li jilgħab fil-Bundesliga u mpressjona ferm fl- ewwel tliet xhur mat-tim hekk kif skorja tliet gowls fi tmien dehriet s'issa. Huwa ser jibqa' l-Ġermanja sal- aħħar tal-istaġun u meta mistoqsi jekk jixtieqx itawwal iż-żmien tiegħu ma' Wolfsburg, Origi m'eskluda xejn. Origi ngħaqad ma' Liverpool mingħand Lille fis-sajf tas-sena 2015 fejn lagħab 86 partita magħhom u sab ix-xibka 23 darba. GIANLUIGI DONNARUMMA - Il-kowċ ta' Manchester United Jose Mourinho qiegħed f 'kuntatt mal- gowlkiper ta' AC Milan Gianluigi Donnarumma sabiex iħajru jiġi jilgħab mar-Red Devils fl-istaġun illi ġej. Din il-mossa tidher illi qed tindika illi l-futur tal-goalkeeper attwali David De Gea jinsab fid-dubju. L-Ispanjol ġie rrapurtat jgħid illi jixtieq jiċċaqlaq minn Old Trafford wara seba' snin mal-klabb. Favoriti illi jieħdu lil De Gea huma l-ġganti Franċiżi Paris St Germain illi qed joffru somma ta' €70 miljun lir- Red Devils. B'hekk Donnarumma, illi għadu kemm iffirma kuntratt ġdid ma' AC Milan fil-bidu tal- istaġun, jinsab bejn ħalltejn jekk jaċċettax din l-offerta attraenti. CHRISTIAN PULISIC - L-eks plejer internazzjonali Ġermaniż Lothar Matthaus ħeġġeġ lil Bayern Munich sabiex jixtru lil Christian Pulisic illi bħalissa qed jilgħab ma' Borussia Dortmund. Matthaus qal dan wara li ra lil plejer Amerikan jilgħab għal Dortmund fil-partita li huma tilfu kontra Bayern Munich bl-iskor ta' 3-1. Minkejja t-telfa, Matthaus baqa' mpressjonat bil-kwalitajiet ta' dan il-plejer ta' 19-il sena illi f 'ħin minnhom ħabbat mhux ftit lid-difiża u nofs il-ground ta' Bayern Munich. DELE ALLI - Il-ġganti Spanjoli Real Madrid qed jikkunsidraw serjament illi jippruvaw jiksbu l-firma tal-istilla Ingliża ta' Tottenham Hotspur, Dele Alli. Il-Madrileni bdew isegwu b'attenzjoni anke lill-plejers oħra ta' Spurs bħal Harry Kane, Hugo Lloris u Christian Eriksen fost l-oħrajn. Madankollu l-interess f 'Alli kompla jiżdied wara li kien propju hu illi bid-doppjetta tiegħu xpruna lil Tottenham għal rebħa meritatata' 3-1 kontra l-istess Real Madrid fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017