Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
illum Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Sports 30 Suċċess kbir għall-ġirja Fastest 5 LEWWEL edizzjoni ta' Fastest 5, it-tellieqa ta' 5km organizzata mir-Raptorz Running Club kienet suċċess kbir b'xejn anqas minn 60 atleta jiksbu ħin ta' anqas minn 20 minuta, filwaqt li bosta oħrajn kisbu l-aqwa ħin personali jew staġjonali fuq din id-distanza. Charlton Debono (Gozo Athletix AC) rebaħ il-kategorija Open tal-Irġiel b'ħin ta' 15:51. Il-kompetizzjoni tat-timijiet intrebħet minn Gozo Athletix AC (irġiel) u Raptorz Running Club (nisa). Wara t-tellieqa tqassmu l-premijiet lill-atleti rebbieħa kif ukoll dawk klassifikati flewwel post f 'kull kategorija ta' età, filwaqt li ngħataw premijiet speċjali għall-atleti rġiel li ġrew taħt is-17-il minuta u n-nisa taħt it-18:30. Il-ġirja saret madwar it-toroq ta' Birkirkara u Santa Venera u ntemmet fuq stil Olimpiku b'dawra mat-track tal-Kulleġġ San Alwiġi. Fastest5, organizzata mir-Raptorz Running Club, attirat 300 parteċipant. Is-suċċess ta' din il-ġirja kien grazzi għall-appoġġ ta' Teamsport, Diadora, Jesmond Mizzi Financial Advisors, Garmin Malta, Nutrition Empire, Frizoll u Trusty Rents. Għal aktar tagħrif dwar Raptorz Running Club, żur il-paġna Facebook www.facebook. com/raptorz.run. Raptorz Running Club jixtieq juri l-apprezzament tiegħu lill- Kulleġġ San Alwiġi, b'mod partikolari lis-Sur Marco Bartolo, għall-appoġġ li ta fl-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment u talli ppermetta aċċess għat- trakka l-Ħadd. Raptorz Running Club xtaq jirringrazzja wkoll lill- Kunsilli Lokali ta' Birkirkara u Santa Venera. L-istess klabb ħabbar li se jkun qed jagħti €600 mid-dħul minn din it-tellieqa lill- Puttinu Cares. Ir-riżultati kollha huma disponibbli fuq fastest5.run. ILLUM, il-Ħadd 12 ta' Novembru, jiftaħ il- Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2017/2018. Għal darb'oħra l-istaġun ser ikun mifrux fuq sitt attivitajiet fejn ħames tiġrijiet isiru f 'Malta u waħda ssir f 'Għawdex. Dan l-istaġun ser jerġa' jkun issapportjat ukoll minn diversi sidien tal-barrieri madwar Malta u Għawdex li jippermettu li tinbidel l-attività fil-Barriera u tkun tista' ssir l-attività bil-Muturi Enduro. L-ewwel attività ser issir fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f 'Ta' Qali u l-programm jibda 10:00 ta filgħodu. Id-Ditta Dunlop ser tkun qed terġa' tagħti Tyre Dunlop lil kull rebbieħ Overall għal kull attività matul dan l-istaġun. Xi ħaġa ġdida li ser inkunu qed naraw matul dan l-istaġun hija klassi ġdida biex kulħadd ikollu ċans jirbaħ u jiklassifika fil-klassifika finali. Fil-ħinijiet tat-tiġrijiet sar ukoll avvanz ieħor. L-ASMK f 'dan l-istaġun investiet f 'apparat fejn il- ħinijiet kollha tal-muturi ser jittieħdu bis-sistema professjonali MYLAPS u se tintuża fl-isport kollu tal-ASMK. Dan sar possibli grazzi għall-Good Causes Fund u l-Kumitat Olimpiku Malti li għamluha possibli għall-Assoċjazzjoni biex tixtri din is-sistema. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, infetaħ l-istaġun tal- Karozzi Autocross fejn ġiet organizzata l-ewwel attività mill-ASMK Pasta Poiatti tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2017/2018. Għall- ewwel attività, irreġistraw 20 karozza maqsuma f 'żewġ klassijiet. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-ġurnata fejn fil-Klassi Modified rajna lil Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa jiddominaw il-heats tal-ġurnata, tant li rnexxielhom jakkwistaw l-ogħla punteġġ tal-ġurnata, liema ħin kien irreġistrat bis-sistema l-ġdida, li min ikollu l-iktar punti għall- finali jagħżel il-post fil- finali Klassi A. Ma' Grech u Johnson, ikkwalifikaw ukoll Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Noel Zammit fuq Fiat Punto. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Farrugia segwit minn Grech u Johnson. Wara t-tieni dawra, Johnson għamel użu mill-Joker Lap u rnexxielu jibqa' jżomm postu filwaqt li wara t-tielet dawra Grech għamel użu mill- Joker Lap u spiċċa jillidja l-finali quddiem Johnson u Farrugia. Grech iddefenda postu sal-aħħar biex spiċċa rebaħ l-ewwel attività segwit minn Johnson u Zammit. Fir-raba' post spiċċa Micallef segwit minn Farrugia fil- ħames post. Fis-sitt post daħal Camilleri wara li rtira iktar kmieni matul il-finali. Fil-Finali Autocross Modified Klassi B ikkwalifikaw Keith Borg fuq Vauxhall Nova, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Melo Zammit fuq Opel Corsa u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205. Mat-tluq ta' din il-finali, rajna ħruġ tajjeb minn Scicluna u Birmingham b'Scicluna jmur fuq quddiem segwit minn Birmingham u Borg. Mal-ewwel dawra rajna lil Scicluna u Zammit jużaw il-Joker Lap b'Scicluna jkompli jiddefendi postu. Matul it-tieni dawra rajna lil Birmingham u Borg jużaw il-Joker Lap fejn Birmingham ftit wara kellu jirtira minħabba ħsara teknika. Miegħu rtira wkoll Zammit minħabba ħsara teknika fil-magna. Intant, ir-riżultat finali juri lil Scicluna jirbaħ il-Finali ta' klassi B segwit minn Borg u Vassallo. Fir-raba' post spiċċa Zammit segwit minn Birmingham. Għall-ewwel finali tal- istaġun fl-Autocross Standard rajna lil Deane Farrugia fuq Citroen jirbaħ il-Heats kollha tal-ġurnata biex issiġilla postu fil- finali tal-ġurnata. Miegħu kkwalifikaw Nicovich Chircop fuq Peugeot 106, Kyle Agius fuq Renault 5, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa, Alex Fenech u Quinn Camilleri - it-tnejn fuq Peugeot 106. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Farrugia u lil Agius li mill-ewwel okkupaw l-ewwel żewġ pożizzjonijiet segwiti minn Chircop u Spiteri. Matul l-ewwel dawra Spiteri, Agius u Farrugia użaw il-Joker Lap fejn Farrugia kompla jillidja l-finali segwit minn Chircop u Agius li baqgħu jiddefendu l-post tagħhom sal-aħħar bir-riżultat finali spiċċa b'Farrugia jirbaħ l-ewwel tiġrija f 'dan l-istaġun segwit minn Chircop u Agius fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Spiteri segwit minn Fenech u Camilleri li għalqu l-finali fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Intant, fi Sqallija matul il-ġurnata tal-Ħadd, l-aħwa Camilleri - Clayton u Kyle, ħadu sehem fil-Kampjonat Motocross tal-Federazzjoni Taljana FMI bil-muturi Motocross. Dawn iż-żewġ riders aħwa saqu din it- tiġrija fi Trapani. Clayton ikkompeta fil-Klassi MX1 (Over 21) fuq mutur KTM 450cc waqt li Kyle kkompeta fil-Klassi MX2 (Under 21) fuq mutur KTM 250cc. L-ahwa Camilleri it-tnejn telgħu fuq il-Podju għax rebħu t-tieni post kull wieħed fil-klassi rispettiva. Fid-19 ta' Novembru 2017 l-aħwa Camilleri se jerġgħu jikkompetu fil-korsa għall- aħħar tiġrija tal-istagun FMI fil-korsa ta' Agrigento. Iktar informazzjoni wiehed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku, info@ asmk.org.mt. Illum jiftaħ l-istaġun ASMK WotoMoto Enduro Ritratt - Mario Micallef Bidu ta' tiġrija Autocross