Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 24 Biografija Jean Louis Pindy (1840-1917) minn Alfred Consiglio JEAN Louis Pindy twieled fit-3 ta' Ġunju 1840 fi Brest, Franza. Huwa ħadem ta' mastrudaxxa; fl-1867 mar Pariġi u involva ruħu fl-għaqdiet tal- ħaddiema appoġġati mill- Internazzjonal. Pindy attenda l-Kungress ta' Brussels fl-1868 u dak ta' Basle fl-1869. Huwa fformula l-idea li l-igruppar ta' għaqdiet ta' reżistenza jiffurmaw il-Komun tal- futur u l-gvern ikun mibdul mill-kunsill ta' għaqdiet tas- snajja'. Fil-Kungress ta' Basle huwa ressaq riżoluzzjoni u saħaq li r-reġim tal-iskjavitù tal-paga għandu jkun mibdul mill-Federazzjoni ta' Produtturi. Fl-1870 huwa weħel sena ħabs minħabba s-sħubija tiegħu fl-Internazzjonal. Huwa nħeles f 'Settembru 1870, u flimkien ma' oħrajn ifforma l-Kumitat Ċentrali Repubblikan matul l-assedju ta' Pariġi mill-Prussi. Huwa kien wieħed mill-firmatarji tal-Kartellun Aħmar li pproklama "Agħmlu l-wisgħa għall-Poplu! Agħmlu l-wisgħa għall- Komun!". Fit-18 ta' Marzu 1871 ħa parti fl-okkupazzjoni tal-"Hotel de Ville". Huwa vvota kontra l-iffurmar tal-Kumitat ta' Sigurtà Pubblika. Fil-31 ta' Marzu 1871 inħatar gvernatur tal- "Hotel de Ville". Meta r-reġim attakka lill-Komun ta' Pariġi, huwa staħba għal sena, u wara ħarab lejn l-Isvizzera. Hemm għamel kuntatt ma' James Guillaume (1844-1916). Huwa kellu parti importanti fl- amministrazzjoni tal-fond għall-membri tal-Komun li kienu ddeportati. Fis-16 ta' Settembru 1872 ħa sehem fl-"Anti- Authoritarian Congress" f 'Saint-Imier. Huwa kien sar segretarju tal-Bureau Federali tal-Internazzjonal bejn l-1876 u l-1877. Flimkien ma' Bakunin u Andrea Costa (1851-1910) ippjanaw l-irvell fl-Italja fl-1874. Flimkien ma' Paul Brousse (1844-1912) u Francois Dumartheray (1842-1931) ħoloq is-sezzjoni Franċiża tal-Internazzjonal u l-ġurnal tagħha "L'Avant- garde". Huwa u Brousse rrappreżentaw lill- Federazzjoni Franċiża fil-Kungress ta' Berne fl-1876. Qabel il-Kungress ta' Verviers fl-1877, Pindy iltaqa' ma' Kropotkin, Guillaume, Brousse, Costa u Vinas f 'Settembru biex iwaqqfu "komunità rivoluzzjonarja" magħrufa bħala l-Internazzjonal ta' Ħbiberija. Malatesta u Cafiero, li kienu l-ħabs f 'dak iż-żmien, ukoll qablu ma' dan il-grupp. Aktar tard, minħabba rtirar u diżertar, il-grupp kien kompost biss minn ħamsa. Fil-Kungress tal-Jura Federation fl-1880, l-idea ta' komuniżmu anarkist kienet adottata bħala prinċipju fuq parir ta' Kropotkin, Dumartheray, Elisee Reclus (1830-1906) u Georges Herzig (1856- 1923). Pindy iddikjara li huwa kien komunist iżda rrikkmanda kontra li joħorġu fil-beraħ għax ftit kienu jifhmu eżatt x'kien ifisser. Pindy ħa sehem fit- twaqqif ta' "La Libre Pensée" (Ħsieb Ħieles), l-għaqda tal-ħassieba ħielsa fi Franza. Pindy miet fl-24 ta' Ġunju 1917 f 'Chaux de Fonds fl- Iżvizzera. 7'IJIEM L-ANNIVERSARJU MIR-RIVOLUZZJONI RUSSA U AKTAR... ILLEJLA FIT-20:30 FUQ TVM2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017