Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Sports 28 Wirja qalbiena mhux biżżejjed għat- tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Malta U21 ..............0 Turkija U21 ............1 minn Cristian Antony Muscat F'PARTITA li ntlagħbet nhar il-Ġimgħa, it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena safa megħlub bl-iskor minimu ta' 1-0, mit-tim nazzjonali Tork tal- istess kategorija. Kienu t-Torok li ħolqu l-ewwel periklu wara 13-il minuta meta wara taħwida fil-kaxxa, Merih Demiral ra x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jintemm barra. Erba' minuti biss wara, il-captain tat-Torok, Orkan Cinar kellu freekick jiġi salvat tajjeb mill- goalkeeper ta' Malta, Jake Galea. It-Torok komplew jiddominaw l-partita u minuta biss wara Orkan Cinar indirizza kross preċiż lejn Deniz Hummet li minn qagħda ideali minn quddiem Jake Galea, tefa' inkredibbilment barra. Fis-27 minuta, is-solitu Hasan Ozkan għadda tajjeb lejn Kubilay Kanatsizkus li iżda ra lill-goalkeeper Malti Jake Galea joħroġ tajjeb minn postu u jtajjar il-ballun b'siequ. Fl-34 minuta Ali Aydin xeħet cross lejn Mehmet Celik iżda kien sfortunat meta ra x-xutt mill-ewwel tiegħu minn ġol-kaxxa jistampa mal-wieqfa, bil- goalkeeper Jake Galea megħlub għal kollox. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, it-Torok komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fid-49 minuta Umut Bozom għadda tajjeb lejn Deniz Hummet li ra x-xutt angulat tiegħu jiġi milqugħ minn Jake Galea b'siequ, biex b'hekk reġa' salva lill-Maltin. Minuta biss wara, it-Torok fetħu l-iskor meta xutt minn barra l-kaxxa ta' Kubilay Kanatsizkus li deher destinat għal barra, ħabat ma' Karl Micallef, u b'hekk irriżulta auto-goal sfortunat. Żewġ minuti wara xutt minn barra l-kaxxa ta' Denzi Hummet ħareġ l-aħjar ta' Jake Galea li salva tajjeb. Malta U21 Galea, Borg, Zammit, Micallef, Vella (Scerri 80'), Mbong, Grech, Nwoko, Degabriele, Corbolan (Brincat 86'), Xuereb (Walker 60') Turkija U21 Sengezer, Calik, Aydin, Ersoy (Hanli 70'), Demiral, Kilic, Cinar (Okutan 87'), Ozkan, Kanatsizkus, Hummet (Koca 79'), Bozok Referi Alexandru Tean (MDA). Jake Grech jirbaħ il-ballun bir-ras minn fuq plejer Tork Gowl fl-aħħar minuti ta' Sergio Aguero jagħti r-rebħa lill- Arġentina GOWL fl-aħħar minuti ta' Sergio Aguero ta r-rebħa lill-Arġentina, meta f 'logħba ta' ħbiberija, huma barra minn darhom għelbu lir-Russja bl- iskor minimu ta' 1-0. Kollox kien qed jindika li l-Arġentina kienu se jtemmu dan il-konfront fi draw diżappuntanti ta' mingħajr gowls, iżda l-iskorer prolifiku ta' Manchester City, Sergio Aguero, kellu intenzjonijiet oħra u b'xamma kbira għall-gowl, skorja l-gowl rebbieħ lejn l-aħħar tal-logħba. Iż-żewġ timijiet qassmu l-logħob bejniethom għall-ħin twil. Għall- Arġentini mpressjonaw f 'nofs il- ground it-trio Enzo Perez, Matias Kranevitter u Giovani Lo Celso li pprovdew protezzjoni kontinwa f 'dan id-dipartiment. Sergio Aguero jiskorja l-gowl rebbieħ għall-Arġentina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017