Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Sports 31 WAQT Laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret ilbieraħfil- jiem li għaddew f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, l-MFA kompliet bil-ħeġġa tagħha biex tkompli tħeġġeġ aktar plejers li lagħbu ma' timijiet barra minn xtutna. Dan hekk kif l-MFA ħa tkompli tinkoraġixxi lill-aktar plejers biex ikomlu jagħmlu iktar isem għall-pajjiżna barra minn xtutna. Fost dawn il-players diġà hemm Nicole Sciberras li qed tilgħab ma' Roma RES fl-Italja, Maria Farrugia li skorjat il-goal waħdieni kontra l-Fillandja fit-telfa ta' 8-1 u Romario Camilleri li qed jilgħab ma' Gubbio fl-Italja. Intant, sar magħruf ukoll li se jkun qed isir kors tal-Elite Referees tal-UEFA ġewwa pajjiżna li se jkun qed jiġi organizzat bejn l-aħħar ta' Jannar u l-bidu ta' Frar li ġej. Dan filwaqt li se jkun qed jiġi organizzat kors ieħor tal- assistenti referees lejn April li ġej. Instema' wkoll l-episodju ta' Jonathan Caruana li ġie sospiż għal erba' min-naħa tan- NADO bl-istess player jiftaħ appell kontra l-istess NADO kif ukoll kontra l-MFA. Fuq livell ta' żgħażagħ ukoll, intlaħaq qbil biex il-kunċett tal-home-grown, fejn players mhux Maltin ma jibqgħux jitqiesu barranin ghall-fini tar-regolamenti jekk jagħmlu erba' snin mal-istess club, jiġi estiż għall-football tal-youths. Saret diskussjoni dwar il-proposta tal-kowċ il-ġdid tat-team nazzjonali Malti Tom Saintfiet, li s-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti qal l-MFA tappoġġja, biex b'arranġament mal- clubs, players fl-iskwadra nazzjonali jitħarrġu Ta' Qali kull tant żmien barra mill- ġranet allokati għal-logħob internazzjonali. Ta' min jiftakar ukoll li tabilħaqq din kienet ix-xewqa tal-eks kowċ tat-tim nazzjonali, Pietro Ghedin. Tħabbar ukoll li s-sehem tal-MFA mill-iskema ta' solidarjeta' tal-UEFA għal dawk l-assoċjazzjonijiet li ma jkunux rappreżentati fil-fażi tal-gruppi tal- kompetizzjonijiet Ewropej għall-clubs, se tkun ta' kwazi nofs miljun ewro. Dr Chetcuti qal li l-fondi jitqassmu mill-MFA lill- clubs f 'assistenza għan- nurseries u akkademji. Intant, ġie kkonfermat li selezzjoni Għawdxija għal darb'oħra se tirrappreżenta lill-MFA fir-Regions Cup tal-UEFA. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas sar magħruf kif ix-xahar id-dieħel se jsir l-ewwel smiegħ fil-UEFA fir-rigward ta' diversi plejers jew eks plejers tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena f 'allegat każ ta' tbagħbis ta' riżultat ta' partita futbol. Din hija dik bejn Malta u l-Montenegro li ntlagħbet lura fit-23 ta' Marzu tal-2016, bil- Montenegro jkunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor minimu ta' 1-0. Barra minn hekk intqal ukoll kif f 'Diċembru li ġej hija mistennija s-sentenza finali tal-Qorti Maltija tal- appelli kriminali fir-rigward ta' tnejn mill-plejers Maltin li kieu jiffurma wparti mit- team nazzjonali ta' taħt il- 21 sena, jiġifieri Kyle Cesare u Emmanuel Briffa. L-MFA tkompli bis-sapport tagħha għall- plejers li jilagħbu barra minn xtutna Yazmin Zammit Stevens tkompli tagħel isem għall-Weightlifting Malti YAZMIN Zammit Stevens kompliet tagħmel isem fl-istorja tal- weightlifting Malti billi rebħet l-ewwel midalja tad-Deheb fil-kampjonat internazzjonali, Vladan Milhajovic fis-Serbja. Hi għamlet dan b'mod eċċezzjonali, bil rebħet żewġ midalji tad- Deheb matul l-aħħar weekend. Din kienet it-tieni darba għal Zammit Stevens li tikkompeti f 'dan il- kampjonat. Is-sena l-oħra, rebħet midalja tal-bronż fil- fażi Snatch tal-avveniment, li kienet suċċess kbir għaliha għax kienet biss it-tieni prestazzjoni internazzjonali tagħha. Madankollu, din is- sena, b'esperjenza u aktar b'saħħitha minn qatt qabel, Zammit Stevens ġġielded biex mhux biss toqgħod fuq il-podju għal darb'oħra, iżda biex toqgħod fuq nett. Il-kompetizzjoni kienet tinkludi pajjiżi b'saħħithom li jtaqqbu l-piżijiet bħall- Bulgarija, Ungerija, Iżrael, Bożnja Ħerzegovina, Rumanija, Uganda, Slovenja u s-Serbja. Il-fażi ta li- Snatch wriet li tkun waħda iebsa ħafna, fejn minkejja li refgħet daqs l-aqwa tagħha ta' 79kilo, dan ma kienx biżżejjed biex tinkiseb midalja hekk kif niżlet fil- ħames post tal-klassifika. Determinata aktar min qabel, Zammit Stevens bdiet ir-refgħa clean and jerk bl-iktar kompetenza ta' 93kilo l-aktar piż tqil mill-kompetituri l-oħra, u kompliet iżżid 96kilo u 99kilo b'suċċess, fejn l-aħħar refgħa kienet l-aktar pass importanti tal-kompetizzjoni għaliha, peressli mhux biss rebħitha d-deheb fil Clean & Jerk, iżda l-iktar importanti huwa li rebħet it-titlu ġenerali tal-aħjar atleta fil-kompetizzjoni. Il- refa ta 99kilo kienet ukoll rekord nazzjonali. Hija spiċċat b'225.94 punti, bl-Iżrael tispiċċa fit-tieni post b'223.99 punti u s-Slovenja fit-tielet ma '223.29 punti. Dan ir-riżultat iġib ħafna kburija u ferħ lill-MWA, li għamlu sforz kbir fit- tħejjija ta 'Yazmin u atleti oħra bl-istess mod biex Malta titqiegħed fuq il- mappa tal-weightlifting. It-tim ta' Malta fl- avveniment kien jinkludi wkoll lil Vlad Baldacchino u Michael Fava li kellhom l-ewwel dehra internazzjonali tagħhom fil-kampjonat. Fava għamel l-aħjar irfiegħ personali ta' 90 kilo fl-isnatch u 115-il kilo fil -clean & jerk. Huwa spiċċa l-kompetizzjoni b'total ta' 263.32 punt. Vlad Baldacchino refa' 115 kilo snatch u 140 kilo clean & Jerk fejn kiseb 293.22 punti. Il-president tal-MWA, Jesmond Caruana, kien ukoll fil-kampjonat u mexxa seminar ta' jumejn qabel il-kompetizzjoni. Huwa tkellem dwar ir-regoli u d-dmirijiet għall- uffiċjali tekniċi u wkoll dwar il-linji gwida ġenerali biex titwettaq kompetizzjoni xierqa u professjonali. Barra minn hekk, huwa kien il president tal-Ġurija matul il-kompetizzjoni nhar is-Sibt. Dr Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardi jindirizzaw lill-media preżenti