Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Sports 35 San Ġiljan kellhom taħlita ta' plejers Maltin tajbin aktar mis-sena l-oħra u plejers barranin bħal Ivovic, pereżempju illi taw dik is-saħħa akbar lit-tim. Kellhom gowlkeeper illi laqa' ħafna blalen u wettaq saves kbar u d-difiża illi kienet impekkabbli. X'tikkumentali dwar il-pixxina nazzjonali f 'Tal-Qroqq? Hija pixxina miftuħa u ideali għal logħba waterpolo. Wara li sar xi xogħol fuqha ġiet isbaħ u aktar nadifa. Anke l-kwalità tal-ilma huwa tajjeb. M'għandix xi ngerger żgur minnha. Xi tgħidli fuq il-partitarji li jattendu għal-logħob? Ifhem hemm tliet klabbs partikolari li jagħtu s-sapport tagħhom li huma San Ġiljan, Neptunes u Sliema. Meta dawn it-timijiet jiltaqgħu kontra xulxin, dejjem ikun hemm atmosfera sabiħa. Jien nqishom bħala partitarji fanatiċi għat-tim favorit tagħhom u dan jagħmel il-logħba ferm sabiħa. Fil- verità qatt ma rajt daqshekk partitarji ffissati fuq il-waterpolo u dan kollu għandu s-sabiħ tiegħu. Kellimni ftit dwar l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tas-Serbja. Bħal kull plejer ieħor, il-fatt illi tilgħab għal pajjiżek bħal qisu lħaqt il-quċċata tal-karriera tiegħek. Lgħabt għal diversi drabi ma' Serbja fejn rbaħt il-midalja tal-bronż fil-kampjonati Ewropej li saru f 'Zagreb, tliet darbiet il-WorldLeague u anke kelli l-unur illi nirbaħ it-Tazza FINA. Kull meta l-kowċ għażilni biex nilgħab dejjem tajt l-aqwa tiegħi u dan kien ta' sodisfazzjon għalija. X'inhu l-futur tiegħek? Nistgħu narawk tilgħab ma' tim ieħor is-sajf illi ġej? Ifhem għadu ftit kmieni u għalissa għadni ma nafx. Però jekk tiġini l-opportunità nerġa' nilgħab hawn Malta mhux se ngħid le żgur. Kif qed tħares issa lejn l-esperjenza l-ġdida tiegħek fi Sqallija ma' Ortigia? Bla dubju jien ħa nagħmel li nista' biex ngħin lil dan it-tim jitla' skaluna fil-kampjonat. Se tkun esperjenza oħra ġdida għalija u qed inħares lejha b'ottimiżmu kbir filwaqt illi qed nistennieha b'ħerqa kbira. Għamilt tliet snin nilgħab ma' Eger fl-Ungerija u issa din ser tkun l-ewwel esperjenza tiegħi fil-kampjonat Taljan. Nixtieq inbiddel ix-xorti ta' dan il- klabb u ngħinu jiżviluppa dejjem aktar. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jibdew jipprattikaw dan l-isport. Ngħidilhom illi l-waterpolo huwa sport sabiħ illi jgħinek ħafna f 'ħajtek. M'hemmx xi ngħidu għal bidu dan jinvolvi xi ftit tas-sagrifiċċji speċjalment jekk trid tasal fejn tixtieq. Però ladarba tasal imbagħad tibda tgawdi u taħsad il-frott ta' dak li ħdimt għalih. Jien kelli x-xorti li mmur f 'diversi pajjiżi fejn lgħabt il-waterpolo u ltqajt kontra avversarji ta' kalibru mondjali. Il-waterpolo bil-kontra ta' sports ieħor ma tantx għandu qligħ. Madankollu wieħed jagħti l-almu tiegħu għax ikun iħobb l-isport. Wieħed għalhekk m'għandux ipoġġi l-flus l-ewwel u qabel kollox għax mhux ser jirnexxi żgur. Il-waterpolo fis-sajf sabiħ wisq u għalhekk wieħed għandu jipprova dan l-isport speċjalment għat-tfal illi jkunu bil-vaganzi. prinċipali fl-isfera tal-Waterpolo Mondjali Twieled fil-belt ta' Novi Sad fis-Serbja fid-9 t'Ottubru 1990. Fl-istaġun li għadda, lagħab ma' Valletta f 'pajjiżna, waqt li fl-istaġuni ta' qabel lagħab ma' San Ġiljan. Matul l-istaġun illi ġej ser jilgħab fi Sqallija mal-klabb minn Siracusa Circolo Cannottieri Ortigia, li se tkun l-ewwel esperjenza tal-plejer Serb fl-Italja wara tliet staġuni fl-Ungerija ma' Eger, klabb tal-Ewwel Diviżjoni Ungeriża. Boris Vapenski

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017