Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
9 Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet IXXOGĦLIJIET fuq il-proġett tal-'junction' tal-Marsa se jibdew minn għada. Dan wara li kien il-Ministru għat-Trasport Ian Borg li ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il- permessi kollha meħtieġa. Il-proġett se jkun maqsum f 'fażijiet differenti, b'allokazzjoni ta' €85 miljun, b'€45 miljun kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea, li mistenni jkun lest fi żmien tliet snin. L-għan tal-proġett huwa li jitħaffef il-mod kif qed jimxi t-traffiku llum il-ġurnata. Dan għaliex l-eluf ta' karozzi, li ta' kuljum jgħaddu minn dawn it-toroq arterjali, ikollhom jieqfu mat-'traffic lights' biex jagħtu ċ-ċans lil sewwieqa oħra jgħaddu minn bnadi oħra. Il-proġett tal- Marsa se jara li permezz tal- bini mill-ġdid tal-'junction' u 'flyovers', dan it-traffiku li jkollu jieqaf mat-'traffic lights' jibda jħaffef aktar lejn Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Luqa u l-Fgura. Il-'flyovers' se jkunu qed jifirxu t-traffiku lejn il-lokalitajiet differenti tal- inħawi billi jitneħħew ukoll l-ammont ta' 'traffic lights' li hemm preżentament, li joħolqu l-waqfien tat- traffiku, li tiggrava meta jkun hemm ix-xita. Il-proġett, li huwa meqjus bħala l-aktar wieħed ambizzjuż fit-toroq Maltin, se jkun maqsum fuq tliet fażijiet, bl-aħħar fażi tkun dik ta' 'junction' b'bosta livelli. Din it-tielet fażi se tkun l-akbar waħda mill-proġett kollu fejn se jinbnew seba' 'flyovers' li l-ħsieb warajhom huwa li jsolvu l-problemi tal- konġestjoni tat-traffiku kbir li jinġe-ma'. Il-proġett huwa mmirat ukoll li jżid is-sigurtà fit-triq. Il-proġett kollu tal- 'junction' tal-Marsa jinkludi t-twaqqigħ tal-fabbriki vojta, il-bini ta' 'junction' bi tliet karreġġjati, iċ-ċaqliq tal- karreġjati li hemm fil-preżent fis-sit, il-bini ta' 'park and ride' li se jkun qed joffri parkeġġ għal aktar minn 250 karozza u t-tisbiħ tal-medda kollha li hija mifruxa fuq 25,000 metru kwadru. L-ewwel fażi tal-proġett jikkonsisti fit-twaqqigħ tal- fabbriki fil-Marsa fi Triq il- Labour, li se jagħmlu l-ispazju għal toroq ġodda, u tkabbir strutturali li huwa ppjanat fl- inħawi. It-tieni fażi tal-proġett se jara l-bini ta' 'interchanges' b'livelli differenti mill- Marsa sa' biswit iċ-ċimiterju tal-Addolorata. It-toroq li fuqhom se jsiru x-xogħlijiet jinkludu Triq Aldo Moro, Triq il-Labour, Triq Garibaldi, Vjal Santa Luċija, Vjal Sir Paul Boffa u Triq Ħal Qormi. Dan mistenni li jdum seba' xhur biex jitlesta. It-tielet fażi tal-proġett huwa l-bini tal-'flyovers' stess. Il-proġett se jinqasam fi tliet fażijiet biex ikun wieħed aktar mexxej u x-xogħlijiet jitlestew fil-ħin stipolat. Transport Malta wettqet ukoll xogħlijiet mar- 'roundabout' fin-naħa ta' isfel qabel it-telgħa ta' Kordin biex il-karozzi tal-linja jgħabbu l-passiġġieri mingħajr ma jtellfu u biex il-karozzi li jkunu ġejjin minn Raħal Ġdid u Kordin lejn il-Marsa jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jieqfu wara l-karozzi tal-linja. Għada jibdew ix-xogħlijiet fuq il-'junction' tal-Marsa • Proġett kbir infrastrutturali li jammonta għal €85 miljun • Se jkun maqsum fi tliet partijiet u mistenni li jkun lest fi żmien tliet snin jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Ritratt - James Bianchi Ritratt - James Bianchi Jobsplus permit number 607/2017 VACANCY NOTICE Legal Aid Malta was established in 2014 as part of the Justice Reform. It provides legal services to indigent people who qualify for legal aid in civil and criminal matters. ASSISTANT ADVOCATE FOR LEGAL AID Legal Aid Malta invites applications from team driven, motivated, communicative and willing-to-learn individuals for the post of Assistant Advocate for Legal Aid within our Agency. Required Qualifications: • Degree in Law from the University of Malta. • Warrant to practice as a lawyer on the Maltese Islands. • 2 years experience at the law courts after obtaining warrant. • 2 years experience in the legal field. • Be fluent in speaking and writing in Maltese and English languages. Copy of the job description in respect of this position may be obtained by sending an email on legalaidmalta.mjcl@gov.mt. A Europass curriculum vitae with a motivation letter for the above mentioned post will be received latest by 20 November 2017 at: legalaidmalta.mjcl@gov.mt or by post at the following address: Manager, Legal Aid Malta Agency, 'Chateau de la Ville', 21, Archbishop Street, Valletta VLT1443.