Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
14 illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet LISTITUT Paulo Freire u l-Fondazzjoni Vodafone Malta nedew l-għodda diġitali ġdida bil-Malti bl-isem ta' Iċ-Ċavetta. Din hija l-għodda diġitali hija mmirata lejn adulti u żgħażagħ li qed jaffaċċjaw problemi relatati mal- esklużjoni soċjali u sfidi oħra biex isibu impjieg. Il-mira ewlenija ta' din l-għodda diġitali hija li persuna tkun tista' titgħallem ħiliet bażiċi fil-qari kif ukoll fil-kitba bil-Malti. Iċ-Ċavetta hija mfassla f 'forma ta' kors li jikkonsisti fi 32 attività, li huma maqsumin fuq livell elementari u li jibqgħu jiżdiedu sakemm jaslu għal- livell avvanzat. Din l-għodda diġitali hija meqjusa bħala l-unika waħda preżenti ta' din ix-xorta li hija speċifikament magħmula għall-adulti u ż-żgħażagħ. Iċ-Ċavetta hija bbażata fuq sensiela ta' kotba li saru fl-2008 mill-Istitut Paulo Freire, u li kienu frott ix-xogħol estensiv ta' din l-NGO fil-qasam tal- edukazzjoni u tal-illitteriżmu fl-adulti f 'Malta u Għawdex. Din l-għodda diġitali onlajn tgħin f 'dan il-kuntest billi tippreżenta l-qari u l-kitba b'mod ferm iżjed attraenti liż-żgħażagħ u tinkoraġġixxi wkoll il-ħiliet fis-settur tal-informatika mal-persuni li huma akbar fl-età. Mill- aħħar ċensiment li sar fl-2011, jirriżulta li f 'Malta hawn 24,000 persuna li ma jafux jiktbu jew jaqraw. Id-Direttur tal-Istitut Paulo Freire Fr Edgar Busuttil sostna li sfortunatament dawn il-persuni jispiċċaw f 'xibka u jista' jkun li qatt ma jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà Malta u dik Ewropea. Qal li jonqsulhom ukoll iċ-ċansijiet li jsibu impjieg għax l-illitteriżmu jġib lin-nies f 'sitwazzjoni li jkunu aktar vulnerabbli u sfruttati. L-Istitut jinsab kunfidenti li Iċ-Ċavetta se sservi ta' assistenza kbira lil dawk l-adulti u żgħażagħ li għal xi raġuni jew oħra jsibuha diffiċli biex jaqraw u se tkun qed tgħinhom ukoll jipparteċipaw fis- soċjetà. Iċ-Ċavetta kien wieħed minn sensiela ta' proġetti li l-Fondazzjoni Vodafone Malta qed twettaq u li huma mmirati lejn l-użu tal-mowbajls għall-bidla soċjali. Iċ- Ċavetta huwa servizz bla ħlas permezz tas-sit elettroniku www.cavetta. org.mt kif ukoll permezz ta' app li tinsab fl-'istores' tal-mowbaljs App Store tal-Apple fuq iOS u Play Store tal-Google fuq sistemi Android. Għodda diġitali ġdida għal nies li qegħdin jiffaċċjaw sfidi bl-illitteriżmu Kotba li jieħdu l-ħajja bit-teknoloġija IDDINJA tal-Orisini l-ewwel kotba bil-Malti bl-Augmented Reality. Id-Dinja tal-Orsini hi serje ġdida ta' kotba' b'differenza hekk kif dawn il-kotba se jkunu qegħdin mżejnin bit-teknoloġija pjuttost ġdida tal-augemented reality. Ruth Frendo l-awtur u ko-produttur tas-serje, qalet lill-ILLUM, li dan hu l-ewwel xogħol tat-tip tiegħu f 'Malta. Però x'għandhom iktar speċjali l-kotba tal-orisini minn kotba oħrajn? Id-dinja tal-Orsini, li tinkludi ħames Orsini ta' daqs u xorta differenti li jitgħallmu jgħixu f 'dinja mill-isbaħ tal- Orsini, se jkun l-ewwel ktieb ippubblikat bil-Malti li jagħmel użu mit-teknoloġija tal- 'Augemented Reality'. L-Augemted Reality, hi teknoloġija pjuttost ġdida li titfa' informazzjoni fuq id-dinja reali. Pereżempju stampi u ħsejjes jitfaċċjaw fuq dak li qed jara u jisma' min jagħmel użu mill-applikazzjoni. Il-filmati li huma allaċjati mal-kotba ġew maħduma bl-animazzjoni tat- tip stop motion. 'Stop Motion Animation' hija teknika użata fl-animazzjoni biex tagħti l-ħajja lil oġġetti statiċi fuq l-iskrin. Dan isir billi l-oġġett jiġi mċaqlaq f 'inkrementi waqt li jkun iffilmjat 'frame, frame.' Meta wieħed jara l-frames kollha f 'sekwenza mill- bidu għat-tmiem din it- teknika toħloq effett ta' moviment. Hemm tliet tipi ta' animazzjoni stop motion. Cartoons popolari bħal Shaun the Sheep u Pingu nqdew b'din it-teknika ta' produzzjoni. Din it-tip ta' animazzjoni, hi waħda li tirrikjedi ħafna ħin hekk kif, għal filmat ta' madwar ħames minuti, wieħed irrid jiġbed mas-7,200 ritratt statiku. Dawn huma l-ewwel żewġ kotba f 'din is-serje li fil-futur ser jiġu wkoll tradotti għall- Ingliż. Mal-Illum Frendo rrimarkat li t-taħlita tat- teknoloġija mal-qari għandha tkun ta' benefiċċju sabiex aktar tfal jaraw il-qari bħala gost. Dan il-proġett, ġie mtella' bl-għajnuna tal-MCAST, il- Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu flimkien mal-Malta Film Fund, taħt id-direzzjoni ta' Christ Scicluna u l-produzzjoni ta' Ruth Frendo u Charlo C Bonnici. Dawn il-kotba huma mmirati lejn tfal li jattendu jew se jibdu jattendu l-Pre-school, kindergarten flimkien mal-ewwel u t-tieni sena tal-primarja. L-awtriċi Ruth Frendo