Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017| illum Aħbarijiet Tkompli minn paġna 1 L-MEPs fil-Parlament Ewropew qed jinsistu li dan mhux se jkun attakk fuq Malta iżda fuq prattiċi finanzjarji li għandhom dubji dwarhom għax qed jgħidu li jistgħu jħarbtu l-armonizzazzjoni kummerċjali. Dan hekk kif il-Parlament Ewropew qed jipprepara biex jid-diskuti s-saltna tad-dritt f 'Malta waqt laqgħa li se ssir nhar it-Tlieta li ġej. Din il- laqgħa kienet intalbet wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia iżda d-diskussjoni issa mistennija li tiffoka wkoll fuq ir-rivelazzjonijiet li ħarġu mill-Paradise Papers, fejn persuni prominenti użaw skemi finanzjarji u l-ħolqien ta' kumpaniji biex jevitaw li jħallsu t-taxxi. Ħafna mill-persuni li jsemmu fil-Paradise papers kien użaw servizzi finanzjarji Maltin snin ilu. Ir-riżoluzzjoni għall- mozzjoni se tkun qed tagħmel referenza għas- sitwazzjoni f 'Malta, l-allegat imparzjalità tal- istituzzjonijiet kif ukoll it-tħaddim ta' skemi fis-settur tas-servizzi fi-nanzjarji, dawk taċ- ċittadinanza u l-bejgħ tal-passaporti. L-MEPs se jitolbu lil Malta tidentifi- ka l-persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza permezz tal-iskema b'investiment. Dwar il-qtil ta' Caruana Galizia, numru ta' MEPs qalu li għandu jkun hemm irwol akbar tal-Europol fl-investigazzjonijiet. Qed jissuġġerixxu wkoll li jibda jingħata premju Ewropew annwali għall-ġurnaliżmu investigattiv li jkun f 'isem Caruana Galizia. L-MEP Alfred Sant qal li dan huwa sforz orkestrat mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew u tal- PN biex tkun attakkata l-kredibbilità ta' Malta. Alfred Sant qal li l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew barra s-Soċjalisti u Demokratiċi se jattakkaw lill-Gvern Malti meta fl-aħħar xhur baqgħu jiddefendu lill-Gvernijiet tal-Ungerija u l-Polonja li jinsabu akkużati li qed jiksru s-saltna tad-dritt f 'pajjiżhom. Min-naħa tagħhom, l-MEPs tal- Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalu li huma l-persuni f 'Kastilja u li taħtar u tirrifjuta li tkeċċi Kummissarju tal-Pulizija li fi kliemhom huwa inkompetenti li qed tagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta' Malta. Il-Kummissjoni Ewropea diġà talbet kjarifiki lill- Gvern Malti, fuq skemi u miżuri finanzjarji, li hi qed tqis li jistgħu ma jkunux neċessarjament konformi mal-liġijiet Ewropej. It-talba għal dawn il-kjarifiki ntbagħtet mill- Kummissjoni Ewropea f 'Ottubru li għadda. Sorsi fil-Kummissjoni Ewropea qalu mal-ILLUM li t-talba lil Malta saret fil-5 ta' Ottubru li għadda u kienet tikkonċerna miżuri tal-VAT għal jottijiet u ajruplani żgħar privati, u skemi oħra li permezz tagħhom barranin li jinvestu f 'pajjiżna jħallsu anqas taxxa wara li jingħataw ċertu 'rebates'. Sistema li ilha titħaddem Malta sa mill-1994. Il-Gvern Malti ilu jargumenta li ħafna pajjiżi bħal Franza, l-Italja u l-Ġermanja għandhom interess li jimminaw is- servizzi finanzjar-ji ta' pajjiżna. Il-Gvern Malti diġà wieġeb għal din it-talba tal-informazzjoni. Il- pożizzjoni tal-Kummissjoni hija li l-kumpaniji kollha li huma rreġistrati f 'xi pajjiż tal-Unjoni jħallsu t-taxxa li hija dovuta mingħajr ma jkollhom aċċess għal xi skemi jew miżuri f 'xi pajjiż ieħor partikolari, li permezz tagħhom jispiċċaw iħallsu inqas taxxa milli dik dovuta. Mir-rapport tal-PANA, li kien res-ponsabbli mill-istħarriġ fuq il-Panama Papers ġie determinat li filwaqt li kien hemm bosta nuqqasijiet, il-liġijiet tat-taxxa f 'Malta huma konformi kemm ma' dawk Ewropej kif ukoll ma' tal-OECD. Hemm il-ħsieb li jsir kumitat ieħor apposta li jwettaq investigazzjoni fuq il-Paradise Papers u li tagħmel rakkomandazzjonijiet lill- Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew. Wara li ġie ppub- blikat ir-rapport tal-PANA, l-Ewropa issa qed tlesti lista ta' pajjiżi meqjusa 'tax havens' li għandhom jiġu 'blacklisted' mill-Unjoni Ewropea, pajjiżi li l-Ewropa tibda tqis li jiffaċilitaw l-evażjoni tat-taxxa. Huwa mistenni li din il-lista tiġi ppreżentata x-xahar id- dieħel. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Il-Kumitat PANA sab li Malta hija konformi mal- liġijiet dwar reġimi fiskali • Kemm il-KE kif ukoll il-PE talbu għal kjarifiki fuq skemi tat-taxxa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017