Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet magħluq' – FIAU 2016 talbu kjarifiki mill-bank Pilatus tant hu hekk li l-bank kien qabbad lil KPMG u Camilleri Preziosi biex jagħmlu 'due diligen-ce'. Fl-ittra nkiteb hekk: "Għalkemm il-formola tipprovdi għażla biex timmarka jekk l-applikant hux PEP, dawn id- dokumenti ma kinux iffirmati mir-rikorrent innifsu." "Għandu jiġi nnutat li peress li l-formola KYC ma tagħtix spjegazzjoni dwar min għandu jiġi kkunsidrat bħala PEP, il-bank għandu jinkludi definizzjoni komprensiva, f 'konformità mar-Regolament 11 (7), tal-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu. (PMLFTR). "Huwa importanti li l-applikanti kollha għan-negozji jkollhom għarfien ċar dwar liema sitwazzjonijiet jagħtu lok għal persuna li tiġi kklassifikata bħala PEP, sabiex l-informazzjoni korretta tkun inkluża fil-formola KYC. Din il- formola għandha dejjem tkun iffirmata mill-applikant għan-negozju." "Wara spezzjonijiet ulterjuri tal-lista tal- klijenti li ġiet ipprovduta lill-FIAU wara l-eżami tal-konformità, kien hemm xi għadd ta' kumpaniji li kellhom jiġu kklassifikati bħala li kellhom involviment ta' PEP imma fil-fatt ma kinux." "Skont regolament 11 (7)(c), kull persuna li għandha parti benefiċjarja konġunta ta' korp ġuridiku jew kwalunkwe arranġament legali ieħor, jew kwalunkwe relazzjoni kummerċjali mill-qrib ma' PEP hija kkunsidrata wkoll bħala PEP." L-aħħar ittra L-FIAU ikkonkludew: "Il-falliment mill-bank li jidentifika dawn l-involvimenti huwa meqjus bħala nuqqas kbir, partikolarment peress li dan jissuġġerixxi li l-miżuri obbli-gatorji ta' diliġenza dovuta ma ġewx applikati f 'dawn il-każijiet." Wara skambju ta' ittri, rapporti u kjarifikazzjonijiet l-aġent direttur Alfred Zammit innota li "l-bank ipprovda biss informazzjoni u dokumentazzjoni matul l-eżami li sar wara. L-FIAU tinnota li hemm preokkupazzjoni f 'din il-linja ta' azzjoni u li se jinżamm rekord tal- kwistjoni mqajma. "L-FIAU żżomm id-dritt li twettaq eżami ieħor ta' konformità fil-ġejjieni." F'ittri oħrajn ġie konkluż li waqt eżami preċedenti ma nġabritx l-informazzjoni kollha "minħabba l-possibbiltà ta' nuqqas ta' ftehim bejn l-uffiċjali tal- FIAU u l-Bank." "L-FIAU għalhekk iddeċidiet li twettaq eżami ieħor fuq il-post biex teżamina din id-dokumentazzjoni." Jidher li wara li l-bank ġie eżaminat għal darba darbtejn il- Pilatus ingħataw 'clean bill of health' bil-proviso li l-FIAU jkomplu jgħassuh. Bħalma qed isir ma' banek differenti barranin. Sadanittant jidher li l-bank beda ġlieda legali kontra l-midja Maltija minħabba allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus u b'hekk xi midja kellha tneħħi l-istejjer. Huwa allegat ukoll li kien hemm kawża pendenti ta' miljuni ta' dollari kontra Daphne Caruana Galizia. Il-liġi Maltija bħal dik internazzjonali tipprojbixxi li rapporti jew investigazzjonijiet tal-FIAU jew konklużjonijiet jiġu ppubblikati. Għalhekk li l-ILLUM qed tagħmel xi ħaġa li tmur kontra l-prassi, imma dan qed tagħmlu biex taqdi s-servizz lill-qarrejja f 'isem il-libertà tal-istampa u kif ukoll biex il-verità f 'din l-istorja fl-aħħar tasal għand il-qarrejja mhux f 'biċċiet imma fis-sħiħ tagħha. Irrappurtaw Saviour Balzan u Liam Carter. magħluq' – FIAU 2016 X'inhu l-irwol tal-MLRO? Il-Money Laundering Reporting Officer (MLRO) huwa responsabbli biex jiżgura li l-kumpanija li timpjegah hi konformi mad-direttivi tal-'Anti Money Laundering' (AML) u fl-istess waqt konformi mad- direttiva kontra l-Finanzjament tat- Terroriżmu (CFT). X'inhu l-irwol tal-FIAU? Il-Financial Intelligence Analysis Unit hija aġenzija tal-Gvern stabbilita skont l-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus. Din l-entità hi responsabbli mill-ġbir, l-ipproċessar, l-analiżi u t-tixrid ta' informazzjoni bl-għan li tikkumbatti l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. L-aġenzija hija wkoll responsabbli għall-osservanza tal-konformità tal-kumpaniji finanzjarji mad- dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti. X'inhu l-irwol tal- Avukat Ġenerali? L-Avukat Ġenerali hija kariga Kostituzzjonali bi tliet funzjonijiet: li jibda, iwettaq u jwaqqaf il-proċedimenti kriminali; jagħti parir lill-Gvern dwar kwistjonijiet legali u jirrappreżenta l-interessi tal- Istat fi proċedimenti ġudizzjarji. L-Avukat Ġenerali jippresjedi wkoll il-Bord tal-Gvernaturi tal- Financial Intelligence Analysis Unit. L-Avukat Ġenerali jinħatar mill-President ta' Malta fuq parir tal-Prim Ministru. Peter Grech ġie maħtur bħala Avukat Ġenerali f 'Settembru tal-2010 mill- Prim Ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi. Tista' tara d-dokumentazzjoni kollha fuq il-websajt illum.com.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017