Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 FEJN fl-imgħoddi wieħed kien jaċċerta ruħu li qabel ma joħroġ mill- bieb tad-dar, jara li jkollu ċ-ċwievet u l-kartiera, illum magħhom żdied il-mobile. Kaxxa diġitali żgħira, b'kapaċitajiet li missirijietna ċertament ma kinux joħolmu bihom. Din it- teknoloġija saħansitra, irrevoluzzjonat id-dinja f 'dan l-aħħar seklu. Il-ġimgħa l-oħra, diversi nies madwar id-dinja inkluż Malta, inġabru wara l-bibien tal-ħwienet tat-tgħamir elettroniku, dan bl-għan li jakkwistaw l-aħħar mudell tal-mobile popolari tal-kumpanija Amerikana Apple, l-iPhone. Dan il-mudell il-ġdid hu wieħed uniku tax- xorta tiegħu għal diversi raġunijiet. Però l-iktar fattur hu l-prezz, li jibda minn €1,249. Sal-ħin li ġie ppubblikat dan l-artiklu, fis-suq Amerikan, uqija deheb tiswa €1,100. Fid-dawl ta' dan, il- gazzetta ILLUM, tat ħarsa lejn il-probabbiltà ta' serq li jinvolvi mobiles ta' dan il-valur. L-analiżi turi li sfortunatament is-serq tal- mobiles hi attività illegali li tassew kibret. Mill-2008 sa Diċembru tal-2016, insterqu madwar 18,077 mobile mill-ibliet u rħula ta' Malta u Għawdex. Il-maġġoranza tal-każijiet kienu rrapportati ġewwa San Ġiljan, hekk kif mat-8500 mobile nsterqu minn din il-lokalità. Skont l-istess informazzjoni, tressqu mal-509 persuni l-Qorti fuq dawn ir- reati, jiġifieri l-Pulizija kellha rata ta' suċċess ta' 2.75% f 'dawn il-każijiet rappurtati. Din l-informazzjoni ttieħdet minn diversi mistoqsijiet li saru fil- Parlament. Il-prezz medju ta' mobile fl-Ewropa huwa ta' €250 jiġifieri t-total ta' valur misruq kien f 'medja ta' €4,625,000. Kemm hu possibbli li wieħed jikseb lura l-mobile li nsteraqlu? Persuni mis-settur tat- telekomunikazzjoni, li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu li hu tajjeb li wieħed jieħu ċertu miżuri minn qabel, biex ikun f 'pożizzjoni aħjar li jerġgħu jsibu l-mobile li jkun insteraqlu. Huma spjegaw kif b'installazzjoni sempliċi ta'applikazzjonijiet, bħalma huma 'Prey', u 'Find My iPhone' , jgħinu ħafna f 'każ ta' serq. Dawn l-istess applikazzjonijiet jgħinu biex jinstab il-mobile, hekk kif wieħed ikun jista' jitraċċa l-passi ta' min ikun serqu. Però biex dawn it-tip ta' applikazzjoniet jaħdmu jeħtieġ li mobile jkollu konnessjoni attiva mal- Internet u batterija attiva. Dawn l-applikazzjonijiet huma disponibbli biss għal mobile b'kapaċitajiet tal- GPS. Huma komplew jgħidu li filwaqt li n-nies għandhom joqogħdu attenti mill- affarijiet tagħhom dawn għandhom ukoll jieħdu nota tan-numru uniku tal- IMEI tal-mobile tagħhom. Kull mobile għandu kodiċi uniku ta' 15-il numru, imsejjaħ numru IMEI. Dan in-numru jinsab qrib il-kompartiment tal- batterija ta' bosta mobiles. Huma qalu li hu iktar faċli li mobile jinstab mis-sid leġittimu tiegħu jekk dawn ikunu konxji tan-numru IMEI. Huma sostnew li f 'ħafna mill-każijiet ta' suċċess fejn mobiles ġew ritornati lis-sidien tagħhom hu għal dan in- numru. Intant, l-Ispettur Sandro Camilleri, il-President tal-Police Officers Union (POU-GWU), saħaq mal-ILLUM li dan is-serq huwa serq gravi u jeħtieġ li jkun hemm iktar kuxjenza soċjali dwaru. "Mhux qed ngħid li xi ħadd, għandu dritt li jisraqlek ħwejġek però, fid-dawl ta' dan is-serq dejjem qed jiżdied jeħtieġ li noqogħdu aktar attenti." L-Ispettur fakkar biex in- nies, ma jħallux il-mobiles tagħhom fuq xi bankijiet f ' bars jew 'nightclubs', ristoranti jew f 'vetturi miftuħin. L-Ispettur saħaq ma' din il-gazzetta li, "f 'Malta huwa iktar diffiċli li jinstabu l-mobiles misruqa meta mqabbel ma' pajjiżi barranin." Camilleri spjega li dan hu dovut minħabba l-fatt li, f 'pajjiżna l-mobiles mhumiex marbutin mal- kumpanija li jipprovdu servizz. Kieku dan ikun il-każ, ikun aktar faċli li mobile misruq jinstab, peress li SIM card tkun abbinata mal-mobile. Barra minn xtunta, peress li ħafna mill-mobiles huma direttament abbinati ma' kumpaniji li jipprovdu servizz, f 'każ ta'serq l-istess kumpaniji, bl-għajnuna tal-IMEI number jistgħu jimblokkaw l-użu tal- mobile, b'hekk dan ma jkunx jista' jintuża mill- ħallelin. Camilleri spjega li sfortunatament il-ħallelin dejjem qed isibu metodi ġodda u innovativi hekk kif illum il-ġurnata hemm modi kif wieħed ibiddel in-numru tal-IMEI u għalhekk xorta ma tkunx tista' titraċċa lil dak li jkun. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Misruqa b'valur medju ta' aktar minn €7 miljun f 'mobiles 18,000 mobile misruqa fl -aħħar tmien snin Kemm u fejn? Il-Belt Valletta 13% Tas- Sliema Buġibba San Ġiljan 5% 10% 72% L-Ispettur Sandro Camilleri