Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ALEXIS SANCHEZ - Ħafna kritiċi tal-futbol Ingliż qed jissuġġerixxu lil Arsenal sabiex ibigħu liċ- ĊilenAlexis Sanchez illum qabel għada wara l-wirja ferm diżappuntanti fil-partita ta' tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Manchester City. Bil-Gunners jitilfu din il-partita bl-iskor ta' 3-1, Sanchez ftit deher anzi ma tantx ta daqqa t'id lil sħabu meta naqas illi jidħol fil-partita. Sanchez kien sigħat 'il bogħod milli jingħaqad ma' Sky Blues dan is-sajf iżda dan it-trasferiment ma seħħx sabiex iċ-Ċilen kellu jibqa' mat-tim minn Londra. Saħansitra, dawn l-istess kritiċi qed jgħidu illi Arsenal imorru aħjar li kieku kellhom jilagħbu mingħajru. VERTHONGEN U KANE - Id-difensur Belġjan ta' Tottenham Jan Vertonghen kellu kliem ta' tifħir għall- attakkant sieħbu Harry Kane. Huwa stqarr illi jinsab kuntent u onorat illi jilgħab miegħu fit-team minħabba l-ammont ta' gowls illi qed jiskorja u anke għal karattru ferm sabiħ illi għandu. Vertonghen qal illi Kane jiswa daqs id-deheb u t-team għandu kunfidenza kbira għall-partita mill-UEFA Champions League li ser jilagħbu kontra Real Madrid. JOSE GIMENEZ - Il-klabb Ingliż ta' Manchester City qed jiffaċċja kompetizzjoni qawwija minn Manchester United, Arsenal, Inter u Juventus sabiex jipprova jikseb is-servizzi tal-plejer ta' Atletico Madrid Jose Gimenez. Il-plejer ta' 22 sena beda biss f 'erba' okkażjonijiet f 'La Liga Spanjola u jidher illi xejn m'huwa kuntent b'dan kollu. Dan jista' jixpruna lil Gimenez sabiex jiċċaqlaq f 'Jannar illi ġej għalkemm Atletico Madrid qed jitolbu 56 miljun lira sterlina għal dan il-plejer. KEVIN DE BRUYNE - L-internazzjonali Belġjan Kevin de Bruyne jinsab ferm kuntent ma' ManchesterCity. Dan stqarru l-plejer stess f 'intervista illi ta mas-sit tal-klabb. Huwa sar pedina ferm importanti għall-kowċ Pep Guardiola hekk kif skorja xejn inqas minn 25 gowl f '104 dehriet mat-tim li jilgħab bil-flokk ċelesti. Huwa ngħaqad ma' Sky Blues minn ma' Wolfsburg fis-sena 2015 għas-somma ta' 54. 5 miljun lira sterlina u ffirma kuntratt ta' sitt snin mal-club. De Bruyne kellu kliem ta' tifħir għall- manager Pep Guardiola. FABINHO - Il-plejer Brażiljan ta' Monaco Fabinho jinsab ferm diżappuntat illi l-klabb xejjen kull interess illi setgħu kellhom fih klabbs bħal Manchester United u Paris St Germain. Huwa ġie avviċinat minn dawn iż-żewġ klabbs fis-sajf illi għadda iżda Monaco pront għalqulu l-bibien kollha sabiex kellu jibqa' magħhom għallinqas għax-xhur illi ġejjin. Il-plejer illi jilgħab f 'nofs il-grawnd kien ħerqan ħafna illi jiċċaqlaq minn ma' Monaco wara li skont hu ta s-servizz illi kellu jagħti lill-klabb. THOMAS LEMAR - Il-kowċ ta' Arsenal Arsene Wenger għadu dubjuż dwar kemm jaqbel lill-klabb tiegħu illi jerġa' juri interess fl-attakkant ta' Monaco Thomas Lemar. Dan il-plejer kien fix-xewqa tal-Gunners għal sajf sħiħ fl-aħħar suq tat-trasferimenti iżda t-trasferiment baqa' qatt ma seħħ. Kien hemm saħansitra qbil bi prezz ta' 90 miljun lira sterlina iżda kollox sfaxxa fl-aħħar ġurnata tas-suq. Wenger sostna illi meta mbagħad indaga dwar ir-raġuni prinċipali, skopra illi kien l-istess Lemar illi xtaq jibqa' jilgħab fil-Ligue 1 mal-istess Monaco. TIERNEY U DEMBELE - Manchester United huma interessati fiż-żewġ plejers ta' Celtic Kieran Tierney u Moussa Dembele. Id-duo qed jattiraw l-interess ta' diversi klabbs fil-Premier League Ingliż bl-iscouts ta' diversi timijiet imorru jaraw lil Tierney u Dembele fit-telfa illi Celtic kellhom kontra Bayern Munich. Id- difensur Tierney sar wieħed mill-iktar plejers ta' talent illi hemm fl-Iskozja fil-preżent filwaqt illi Dembele qed jispikka ħafna għat-tim Skoċċiż. minn Cristian Antony Muscat KEYLOR NAVAS - Liverpool jinsabu fi tfittxija ta' goalkeeper u skont is-sit sportiv Spanjol Diario Gol, id-diriġenti jinsabu f'kuntatt ma' Keylor Navas illi jilgħab ma' Real Madrid. Ir-Reds xejn m'huma kuntenti bil-wirjiet illi qed jagħtu ż-żewġ goalkeepers tagħhom Simon Mignolet u Loris Karius minħabba li xejn m'għandhom awtorita' fid-difiża tat-team. U huwa għalhekk illi t-team li jilgħab f'Anfield Road jaraw lil Keylor Navas bħala l-bniedem ideali sabiex ikun bejn il-lasti tar-Reds. JAVIER PASTORE - Inter qed jikkunsidraw illi f 'Jannar illi ġej iġibu tliet plejers oħra ta' kwalita' fit-tentattiv illi jsaħħu l-iskwadra u jsaħħu l-ġlieda tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat Taljan. Skont TuttoSport, id- diriġenti Interisti qed jinteressaw ruħhom f 'Javier Pastore, Eliaquim Mangala u Ramires. L-iktar wieħed illi jidher konvint illi jista' jingħaqad man-Neroazzurri huwa proprju Pastore illi diġà kellu esperjenza fil- kampjonat Taljan ma' Palermo.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017