Illum previous editions

illum 12 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/899905

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Novembru 2017 Sports 34 BORIS Vapenski twieled fil-belt ta' Novi Sad fis-Serbja fid-9 t'Ottubru 1990. Għandu tul ta' 191 ċentimetri filwaqt illi jiżen 110 kilogramma. Matul l-istaġun illi ġej ser jilgħab fi Sqallija mal-klabb minn Siracusa Circolo Cannottieri Ortigia. Din se tkun l-ewwel esperjenza tal-plejer Serb fl-Italja wara tliet staġuni fl-Ungerija ma' Eger, klabb tal-Ewwel Diviżjoni Ungeriża. Fiż-żmien li kien ma' Eger, Vapenski rebaħ it-Tazza Ungeriża wara finali missielta. Beda l-karriera professjonali tiegħu ma' VK Vojvodina bejn l-2009 u l-2012 sa ma ngħaqad ma' Red Star Belgrade li skont ma jgħid hu kienu l-isbaħ mumenti fil-karriera tiegħu fejn rebaħ sitt tazzi bejn l-2012 u l-2014. Fil-fatt huwa kiseb żewġ doubles konsekuttivi (kampjonat u tazza), Tazza taċ-Champions u Tazza Ewropeja. Kif stqarr hu stess mas-sit tal- internet fis-Serbja, hu kien lest li jieqaf mill-waterpolo qabel ingħaqad ma' Red Star. Kien hemm perjodu fejn kien qed jiddeċiedi x'għandu jagħmel però fl- aħħar mill-aħħar kompla dan l-isport u kif qal hu stess ma ddispjaċihx tad- deċiżjoni li ħa għax rebaħ ħafna unuri ma' dawn il-ġganti Serbi. Kellu x-xorti jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali ta' pajjiżu fejn fil-kurrikulu tiegħu jista' jniżżel midalja tal-bronż fit-Tazza Ewropea f 'Zagreb, tliet darbiet il-World League u darba t-Tazza FINA. Il-kowċ ta' Ortigia meta mistoqsi dwar x'jidhirlu wara l-akkwist ta' Vapenski kien ferħan se jtir illi d-diriġenti akkwistaw plejers ta' daqstant livell għoli. "Konna ilna niġru wara Boris! Dan il-plejer għandu xellug b'saħħitha u jaf jiskorja ħafna gowls importanti. Kapaċi wkoll jilgħab ferm tajjeb id- difiża u ninsab sodisfatt illi ser ikun parti mill-proġett tagħna." Matul is-sajf li għadda lagħab ma' Valletta fil-kampjonat tas-sajf lokali. Din ma kinitx l-ewwel esperjenza f 'pajjiżna għal dan il-plejer Serb minħabba li fis-snin illi għaddew libes ukoll il-kappa ta' San Ġiljan. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Kollox beda bla ħsieb għax għal bidu jien kont involut fil-futbol. Niftakar illi darba kienet ix-xitwa u ommi kienet sejra l-pixxina flimkien ma' ħuti. Jien għall-bidu bħal qisni kont qed naħsibha mmurx minħabba l-kesħa però hi assiguratni illi tkun f 'temperatura sħuna. Niftakar illi kont rajt xi sessjonijiet tal-waterpolo għaddejjin dak il-ħin u beda jogħġobni narahomjilagħbu. Ommi ħajritni biex nibda mmur u minn hemm tista' tgħid illi bdiet triq twila lejn il-quċċata f 'dan l-isport. Kemm huwa importanti illi plejer tal- waterpolo jkun għawwiem tajjeb? Huwa ferm importanti li l-plejer ikun għawwiem tajjeb għax b'hekk ikun jista' jvarja l-ħeffa tiegħu filwaqt illi jiċċaqlaq kif irid sabiex jevita avversarju. Hemm ħafna movimenti illi jgħinu l-fatt illi tkun taf tgħum waqt logħba waterpolo. Minkejja kollox illum huwa wkoll fundamentali li tkun fiżikament b'saħħtek biex tilgħab dawn il-livelli daqshekk għoljin f 'dan l-isport. Għalhekk ngħidlek illi hemm tliet fatturi li jagħmluk plejer tajjeb f 'din il-logħba; għawwiem tajjeb, saħħa kbira u kapaċi taqra l-moviment tal- avversarju tiegħek. Kif ġejt tilgħab hawn Malta? Kollox beda sentejn ilu meta Alfredo Spiteri De Barro li huwa membru tal-kumitat ta' San Ġiljan kien ikkuntattjani sabiex jipprova jakkwistani għal dak is-sajf partikolari. Dik is-sena inzetajt li ma kellix impenji la mat-tim nazzjonali u lanqas mal-klabb tiegħi u għalhekk iddeċidejt illi nittanta xortija f 'Malta. Rajtha bħala opportunità biex inżomm ruħi attiv fiżikament filwaqt illi nagħmel ħbieb ġodda u nikkompeti f 'kampjonat ferm akkanit f 'pajjiżkom. Kif tarah il-livell tal-waterpolo f 'pajjiżna? Il-livell tal-waterpolo qed dejjem iżid f 'Malta. F'dawn l-aħħar snin sar investiment għaqli minn kulħadd u llum hawn kowċis u plejers ta' livell għoli li xi darba jew oħra kellhom esperjenza internazzjonali anke f 'kompetizzjonijiet maġġuri. Dan għen biex il-kwalità tal-plejers Maltin tkompli togħla fejn saħansitra tliet plejers minn San Ġiljan marru jilagħbu fis-Serbja wkoll. Anke t-tim nazzjonali bbenefika ħafna minn dan kollu għax tjieb ħafna fil-logħob tiegħu u rajna kif anke kkompeta fil-kampjonat Ewropew ftit tax-xhur ilu. X'taħseb dwar it-tim nazzjonali Malti? Kif diġà għedt, Malta tjiebet ħafna fil-livell tagħha wara dan ix-xogħol kollu illi sar mill-assoċjazzjoni. U fuq livell individwali hemm Stevie Camilleri illi jispikka ħafna fost sħabu għall-viżjoni tiegħu tal-logħba. Il-fatt li anke hu lagħab barra minn Malta jixhed kemm verament l-affarijiet qed jitjiebu dejjem aktar. Sentejn ilu rbaħt il-kampjonat ma' San Ġiljan. Kif kienet dik l-esperjenza? Dak ta' sentejn ilu kien l-isbaħ sajf illi qatt kelli f 'ħajti. Niftakar li kont ħadt it-taħriġ bis-serjeta' u kienu tliet xhur ferm intensivi tas-sajf. Fl-aħħar mill-aħħar sibtu wkoll biex nagħmel progress fit-tim nazzjonali għax-xhur tax-xitwa. Kien sajf pożittiv għax dak iż-żmien San Ġiljan kellhom tim ferm qawwi. Kellna wkoll lil Molina magħna u dan kompla jżid il-potenzjal fit-tim. Barra minn hekk, għamilt ħbieb ġodda f 'pajjiżkom u llum bla tlaqliq nista' ngħid illi ma ddispjaċieni xejn li ġejt nilgħab f 'Malta għax saret it-tieni dar tiegħi fis-sajf. Xi tgħidli dwar l-istaġun li għadda meta kontu ferm viċin li tieħdu l-kampjonat iżda tliftuh fl-aħħar parti? Ifhem is-sena l-oħra Neptunes kellhom dik ix-xi ħaġa aħjar mill- avversarji u kien ħaqqhom jieħdu l-kampjonat. L-istaġun illi għadda kien hemm mumenti fejn bħala tim żbaljajna xi partiti u ta' dan approfittaw l-avversarji tagħna illi ħadu l-punti meħtieġa. Int taqbel illi jkun hawn barrani wieħed jew inkella tnejn jilagħbu fil- logħba? Jien naħseb illi aħjar ikun hemm żewġ barranin jilagħbu waqt il-logħba għax tkun iktar interessanti. Bħala eżempju nieħdu lil Valletta illi kieku jkollhom żewġ barranin jilagħbu jistgħu jiskorjaw aktar gowls. Fil-fatt għal ċerti klabbs il-fatt illi jkun hemm żewġ barranin tista' żżid aktar is-saħħa tagħhom minħabba l-esperjenza illi għandhom. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek ma' Valletta. L-esperjenza ma' Valletta nqisha ferm ħelwa. Hemm plejers u anke kumitat ħabrieki ħafna li jixtieq jara aktar avvanz fit-tim. Hemm plejers żgħażagħ ferm interessanti apparti illi m'għandhomx dik il-pressjoni u għalhekk jilagħbu iktar għal qalbhom. Niddejjaq xi ftit biex ngħidlek il-verità meta nitlef ħafna logħbiet bħalma ġara dan l-istaġun. Però nammetti illi hemm xi ftit tad-distakk bejn it-tim li nilgħab miegħu jien u klabbs bħal San Ġiljan, Neptunes u Sliema. Imma x'kellhom speċjali fl-opinjoni tiegħek San Ġiljan illi spiċċaw rebħu l-kampjonat? "Il-waterpolo huwa sport sabiħ illi jgħinek ħafna f 'ħajtek. M'hemmx xi ngħidu għall-bidu dan jinvolvi xi ftit tas-sagrifiċċji speċjalment jekk trid tasal fejn tixtieq. Però ladarba tasal imbagħad tibda tgawdi u taħsad il-frott ta' dak li ħdimt għalih. Jien kelli x-xorti li mmur f 'diversi pajjiżi fejn lgħabt il-waterpolo u ltqajt kontra avversarji ta' kalibru mondjali." Rebbieħ ta' diversi unuri prinċipali Cristian Antony Muscat Boris Vapenski - Plejer li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni -isfera tal- waterpolo mondjali hekk kif rebaħ bosta unuri prinċipali f 'dan l-isport li tant iħobb. "Dak ta' sentejn ilu kien l-isbaħ sajf illi qatt kelli f 'ħajti. Niftakar li kont ħadt it-taħriġ bis-serjetà u kienu tliet xhur ferm intensivi tas-sajf. Fl-aħħar mill- aħħar sibtu wkoll biex nagħmel progress fit- tim nazzjonali għax- xhur tax-xitwa. Kien sajf pożittiv għax dak iż-żmien San Ġiljan kellhom tim ferm qawwi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 November 2017