Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 Intervista 12 "Joseph Muscat hu t-traditur L -assassinju ta' Daphne Caruana Galizia ħoloq diskussjoni politika f 'kull rokna tad-dinja. Notevolment, l-15 ta' Novembru, il-Parlament Ewropew, wara li l-ġurnata ta' qabel iddiskuta s-saltna tad-dritt f 'pajjiżna, approva riżoluzzjoni sabiex tiġi investigata s-saltna tad-dritt f 'Malta. Din id-deċiżjoni skattat, proċess biex tim investigattiv magħmul minn Membri Parlamentari Ewropej (MPE), bl-għan ewlieni li jinvestigaw is-sitwazzjoni preżenti f 'pajjiżna. Tul il-ħidma tagħhom f 'pajjiżna, id-delegazzjoni ltaqgħet ma' diversi individwi u anke għaqdiet non governattivi bl-għan li jimu aħjar x'inhi s-sitwazzjoni f 'pajjiżna r-rigward tas-saħħa u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet, primarjament il- Pulizija, il-qrati u l-midja. Ir-riżultat ta' dan, għalkemm fi stadju bikri, kien żvelat lill-pubbliku ġenerali waqt konferenza stampa, li l-istess delegazzjoni indirizzat. Waqt il-konferenza stampa, Sven Giegold MPE, li jagħmel parti mill-partit tal-Ħodor, saħaq li hu kien iktar inkwetat illum, milli kien qabel. Propju ftit minuti wara li din il-konferenza stampa intemmet, l-ILLUM, iltaqgħet mal-MPE David Casa, wieħed mill-MPE li riċentement kien voċiferu rigward is-saltna tad-dritt f 'pajjiżna, u saħanistra kien wieħed mill-atturi prinċipali tal-riżoluzzjoni fil- Parlament Ewropew. Ma' Casa l-ILLUM, tkellmet fuq diversi suġġetti ta' interess fosthom, il-funzjonalità tal-Korp tal-Pulizija, il-ġudikatura u l-midja. Is-settur finanzjarju u 't-theddid' li dan qed jaffaċċja, kif ukoll, u rigward it- tikketta li donnu weħlet miegħu illi huwa t-traditur ta' pajjiżna'. Fuq din Casa hu skjett. "It-tradituri veru tal-pajjiż huma, il-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi. Inkun traditur ta' pajjiżi kieku nagħlaq ħalqi u ma nitkellimx dwar dak li qed issir f 'pajjiżi," saħaq Casa. Skontu, il-Prim Ministru 'missu rażżan' lil dawn in-nies, mhux 'tahom iktar lok biex jattakkaw lili jew lil MPE's sħabi, Roberta Metsola u lil-Francis Zammit Dimech." Casa kompla jisħaq mal-ILLUM, li sakemm, is-sitwazzjoni f 'pajjiżna ma tinbidilx, hu se jibqa' juża l-istituzzjonijiet Ewropej sabiex dak li għandu jsir, isir. "Ilni 13-il sena niddefendi settur finanzjarju" Mal-ILLUM, l-MPE Nazzjonalist tkellem ukoll fuq is-settur finanzjarju ta' pajjiżna, settur li fix-xhur li għaddew sikwit kien f 'ċentru ta' skrutinju u diskussjoni politika kostanti, speċjalment wara li ġew żvelati dokumenti bħal Panama Papers u l-Paradise Papers, f 'tal- ewwel, minn Malta, jissemmew Konrad Mizzi u Keith Schembri. Casa qal lil din il-gazzetta, li hu kien ilu żmien jiddefendi s-settur finanzjarju mill-pajjiżi kompetituri li 'jgħiru' għalina, "ili 13-il sena fil-Parlament Ewropew niddefendi s-servizzi finanzjarji tagħna, is- servizzi finanzjarji ilhom joperaw, però qatt ma kellna din l-attenzjoni fuq is-sistema tagħna." Din l-attenzjoni, skont Casa, hi riżultat tal-aġir ta' "Keith Schembri, Konrad Mizzi, il-Prim Ministru, il-Kummissarju u l-Avukat Ġenerali, li qed jagħmlu ħsara lis-settur finanzjarju." Ħsara, li skontu hi waħda indefensibbli. "Kif nista' jien niddefendi s-settur finanzjarju b'Joe Bannister fl-MFSA? Kif nista' jien niddefendi settur finanzjarju meta kellek Ministru li mar bil-moħbi l-Panama u New Zealand mal- kriminali, jaġixxi ta' kriminal u llum għadu Ministru?" jallega Casa. "Meta jkollok Prim Ministru jiddefendi l-liċenzja tal-bank Pilatus. Dawn huma li qed jagħmlu ħsara lill- pajjiż, mela jien! Dawn huma l-veru t-tradituri," temm jgħid Casa. Ir-rivelazzjonijiet mill-Paradise Papers żvelaw li, Joe Bannister, iċ- Chairman tal-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, (MFSA), inkariga ruħu b'pożizzjoni mhux eżekuttiva f 'kumpanija bbażata fil- British Virgin Islands lura għall-2007. Il-kuntratt tal-Professur Bannister jiskadi fl-2019. Però hu kien diġà, esprima x-xewqa li jirtira bħala l-kap tal-MFSA minħabba 'raġunijiet personali'. ll-ħidma ta' Bannister kienet fil-mira ta' ħafna kritika mill- Partit Laburista meta dan kien fl-oppożizzjoni. Fl-2012, il-Ministru Evarist Bartolo, li dak iż-żmien kien Deputat Parlamentari tal- Oppożizzjoni kien appella għar- riżenja tiegħu, dan minħabba 'fondi' ta' investiment li Bannister kellu bbażati fil-Gżejjer Cayman. Min-naħa tagħhom, il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri dejjem sostnew li l-istrutturi finanzjarji tagħhom ġew stabbiliti biex jipprovdu għall-familji tagħhom u jipproteġu l-interessi finanzjarji tagħhom. Fuq ir-rimedju għal din il-problema li Casa qed jgħid li hemm fis-settur finanzjajru Malti, huwa qal li l-ewwel jeħtieġ li ma niżolawx lil Malta, iżda naraw x'qed isir ukoll f 'pajjiżi oħra stati membri bħal Franza, il- Ġermanja u l-Lussemburgu. "Irridu naraw is-sistema kollha". Għalhekk, spjegalna Casa, l-Unjoni Ewropea, ma tistax tagħmel miżura waħda li tkun tgħodd għal kull pajjiż. "Aħna bħala pajjiż, m'għandniex ir-riżorsi, aħna l-iżgħar pajjiż fi ħdan l-UE u allura rridu nsalvaw l-ekonomija tagħna billi jkollna sistema ta' taxxa attraenti għan- negozju." Casa sostna li sistema tagħna hi waħda tajba u rigoruża, "tant kemm għandna sistema tajba li, Keith Schembri u Konrad Mizzi, ma fetħux kumpanija Malta iżda marru barra." Minn John Dalli sa Jimmy Magro skont David Casa L-intervista kompliet tindaga fuq suġġetti pertinenti oħra, din id- darba fuq il-kwistjoni li riċentement iddominat il-midja Maltija, jiġifieri dik tas-saltna tad-dritt. Nibdew bil-pulizija. David Casa jemmen illi l-Gvern qiegħed direttament jindaħal lill-Kummissarju tal-Pulizija u jgħidlu kif jagħmel xogħlu? "Jiena għandi fiduċja fil- maġġorparti tal-Pulizija, fil-passat ħdimt fl-istruttura tal-Pulizija għalhekk rajt kif għandu jaħdem korp, kif suppost għandu jaħdem. Naf li hemm ħafna uffiċċjali tajbin, però bħal f 'kull ħaga oħra hemm uffiċjali oħra li jużaw l-arma politika għall-fini tagħhom," allega Casa "M'għandix konferma li l-Pulizija qed tiġi mmexxija minn Ministri, però hi stramba li f 'erba' snin jinbidlu ħames kummissarji. Uħud minnhom riedu jipproċedu kontra John Dalli, imbagħad kellek il-każ ta Jimmy Magro, biex insemmi ieħor. Filwaqt li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni ddeċidiet kontra l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista dan għadu sal-lum persuna ta' fiduċja tal-Gvern Laburista. U f 'sentejn il-Pulizija ma ħaditx passi," spjega Casa li jerġa' jfakkar fil-każ tal-kumpaniji fil-Panama. Kompla jgħid kif kieku hu kien il-Kummissarju tal-Pulizija kien iniedi investigazzjoni fil-konfront ta' Mizzi u Schembri fir-rigward tal-każ Panama u li ma jistax jifhem kif meta ffaċjat bil-pressjoni kollha tal-media, is-Civil Society Network u anke l-Parlament Ewropew hu "xorta baqa' ma investigax". "Kont nipproteġi lil Daphne" Imma dwar il-qtil ta' DCG, minn fejn wara kollox qamet il-kritika kollha preżenti lejn il-Kummissarju tal-Pulizija, Casa onestament iħoss li dan kien evitabbli? "Jien naħseb li f 'Malta kulħadd kien jaf li Daphne Caruana Galizia kienet qed tikteb fuq każijiet serji u perikolużi, li fiċ-ċentru tagħhom imdaħħlin fihom kriminali konnessi ma' gangs u anke dawk viċin ta' Kastilja" jerġa' jallega Casa. "Kulħadd kien jaf dan u għalhekk kulħadd jaf ukoll li l-kriminali mhumiex konformi mal-liġi u għalhekk mhux se jirrispondu għall-kitba ġurnalistika b'miżuri konformi mal- liġi," temm jgħid Casa. Skont il-Membru Parlamentari Ewropew, kieku hu kien flok il- Kummissarju tal-Pulizija kien jibgħat protezzjoni lil Daphne anke jekk din kienet irrifjutat l-istess tip ta' protezzjoni. "Niftakar fiż-żmien ir-referendum tal-Ewropa l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo kien bagħat protezzjoni lili mingħajr ma mort nittallab għaliha f 'xi għassa jew inkella b'xi talba personali lilu." Mumenti wara li tintemm iż-żjara tad-delegazzjoni ta' MPE f'Malta David Casa ma tantx jidher f'burdata ta' kompromessi ma' Joseph Muscat u dawk ta' madwaru. Mal-ILLUM Casa jirribatti, speċjalment għat-tikketta ta' 'traditur' li ħafna jwaħħlu ma' ismu... "Kif nista' jien niddefendi s-settur nanzjarju b'Joe Bannister -MFSA? Kif nista' jien niddefendi settur nanzjarju meta kellek Ministru li mar bil-moħbi l-Panama u New Zealand mal- kriminali, jaġixxi ta' kriminal u llum għadu Ministru?" " " lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017