Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 31 Poloz Tazza tad-Dinja 2018 - X'qalu l-esponenti ewlenin minn Cristian Antony Muscat Hekk kif ftit tal-jiem ittellgħu l-poloz tat-Tazza tad-Dinja li se ssir matul is-sena d-dieħla fir-Russja, tkellmu wħud mill-esponenti ewlenin tat-timijiet prinċipali fosthom Spanja, il-Belġju, l-Ingilterra, il-Brażil, Franza u anke l-Iżvizzera. LOPETEGUI DWAR SPANJA - Il-kowċ tat-tim nazzjonali Span- jol Julen Lopetegui stqarr illi Spanja telgħu fi grupp diffiċli u kkumplikat fejn jafu illi kull logħba ser tkun diffiċli. Misto- qsi fuq il-polza li tellgħethom maċ- champions Ewropej il-Portugall, il-kowċ Spanjol tenna illi bla dubju l-partita ta' kontrihom tista' tid- determina min ser jirbaħ il-grupp. Fuq l-Iran u l-Marokk, Lopetegui ammetta illi xi ħadd minnhom jaf ikun is-sorpriża tal-grupp u huwa għalhekk illi għandhom jibqgħu saqajhom mal-art u jieħdu kull impenn illi għandhom bis-serjeta'. Spanja ser ikunu qed jaffrontaw lill-Portugall, Iran u Marokk fl-ewwel fażi illi ser issir fir-Russja. KOMPANY, BATSHUAYI U VER- THONGEN DWAR IL-BELĠJU - Tliet plejers Belġjani li jilagħbu fil- kampjonat Ingliż jiġifieri Vincent Kom- pany, Michy Batshuayi u Jan Vertonghen tkellmu fuq il-media soċjali dwar il-polza illi messithom kontra l-Ingilterra. Huma kienu ferm kuntenti illi ser jilagħbu kontra pajjiż illi fih jilagħbu mal-klabbs rispettivi tagħhom u ser jagħtu l-mija fil-mija tagħhom sabiex jispiċċaw l-ewwel fil-grupp. Kompany, illi jilgħab ma' Manchester City fisser din il-polza bħala stram- ba iżda eċitanti kontra t-Three Lions filwaqt illi Vertonghen u Batshuayi qed jistennew bil-ħerqa dan il-konfront ferm interessanti. Sadanittant il-konnessjoni Belġjana ma' dik Ingliża kompliet tkun inter- essanti hekk kif fit-tmun għandhom lill-eks kowċ ta' Everton u Wigan, Roberto Martinez. FERNANDEZ DWAR L-IŻVIZZERA - Il-plejer ta' nofs il-ground Żvizzeru Gelson Fernandez ammet- ta illi pajjiżu m'għandu xejn x'jitlef fi grupp E meta ser jiltaqgħu kontra l-qawwa tal-Brażil, Costa Rica u Serbja. "Il-fatt illi tilgħab l-ewwel logħba tal-grupp kontra l-Brażil hija l-ħolma ta' kull plejer tal-futbol. Madankollu nistqarr illi huwa grupp ferm diffiċli għalina." "Il-Brażil jibqgħu dejjem il-Brażil, Costa Rica spiċċaw kwartifinalisti fl-edizzjoni ta' erba' snin ilu u ma nistax ninsa s-Serbja illi għandhom plejers ta kwalita' kbira." Fernandez temm jgħid illi jinsabu realistiċi fuq iċ-ċansijiet tagħhom li javvanzaw. Huma beħsiebhom jieħdu kull logħba b'serjeta' sabiex jagħtu l-aħjar illi jistgħu f'din il-kompetizzjoni. DESCHAMPS DWAR FRANZA - Franza għandhom l-objettiv illi javvanzaw għat-tieni round tat- Tazza tad-Dinja iżda qabel iridu joħduha kontra l-Awstralja, il-Peru' u d-Danimarka sabiex ikunu ċerti illi jagħmlu dan. Il-kowċ Didier Deschamps sostna illi jridu jaħdmu mhux ftit sabiex jissuperaw lill-avversarji tagħhom. Kif mistenni, Deschamps qal illi d-Danimarka ser ikun it-tim illi għandhom ikunu l-għadma iebsa tal-grupp għalkemm stqarr illi l-Awstralja jew il-Peru għandhom plejers veloċi illi kapaċi jagħtu logħba lil kulħadd. L-eks plejer ta' Juventus temm jgħid illi l-Federazzjoni Franċiża ser tippjana sensiela ta' partiti ta' ħbiberija sabiex hu jkun jista' jagħżel l-aqwa elementi possibbli. SOUTHGATE DWAR L-INGILTERRA - Il-coach Ingliż Gareth Southgate kien sodisfatt bil- polza li messet lit-tim tiegħu meta ser jilagħbu fi Grupp G kontra l-Belġju, it-Tuneżija u l-Panama. "Ma kontx nemmen illi kien ser ikollna grupp daqshekk pożittiv. Veru illi għandna lill-Belġju li nafu s-saħħa li għandhom pero' fiduċjuż illi għandna niksbu passaġġ għat-tieni rawnd tal-kompetizzjoni," qal bi tbissima fuq fommu Southgate. Il-kowċ, illi ilu fit-tmun tat-Three Lions sa minn Ottubru 2016, jistqarr illi jrid jirranġa xi affarijiet fix-xhur illi ġejjin sabiex it- tim jasal ir-Russja fl-aqwa forma possibbli u jwettaq il-ħolma li javvanzaw kemm jistgħu f'din it-Tazza tad-Dinja. TITE DWAR IL-BRAŻIL - Il-kowċ tat-tim nazzjonali Brażiljan Tite ukoll ta r-reazzjoni tiegħu wara l-polza illi messithom kontra l-Iżvizzera, il-Kosta Rica u s-Serbja. "Iktar milli nevalwa l-grupp, għandi f'moħħi illi nagħtu wirja tajba f'din il-kompetizzjoni wara d-diżappunt tal-2014. Kull tim illi ser niltaqgħu miegħu mhux ser ikun faċli pero' ser nagħmel li nista' biex intella' 23 plejer ta' livell għax dan il-pajjiż ħaqqu jirbaħ din il-kompetizzjoni," sostna Tite.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017