Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281
Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum 19 Opinjoni 19 F il-pajjiż hawn sens ta' sodisfazzjon u serenità wara t-tressiq ta' tliet persuni akkużati bil-qtil makabru ta' Daphne Caruana Galizia. Sintendi f 'pajjiżna għandha l-prinċipju tal-preżunzjoni ta' innocenza u nagħmilha ċara li ħadd ma jista' jitqies ħati jekk mhux wara li jkun twiegħed quddiem proċess ġudizzjarju imparzjali. Għalhekk kull kelma żejda li tista' tingħad żgur ma tgħinx, anzi ttellef biex issir il-ġustizzja. Biss nistgħu ngħaddu żewġ ħsibijiet: L-ewwel ħsieb huwa ta' ringrazzjament lill-forzi kollha tal-ordni kemm Maltin kif ukoll dawk barranin li tant ħadmu biex kellna din il- break through. Dan ix-xogħol kollu sar fl-istess ħin li ċertu sezzjonijiet tas-soċjetà bdew jikkritikaw bl-aħrax lill-forzi tal-ordni ta' pajjiżna. Il-ħidma professjonali li għamlu fissret li dawn il-persuni iffokaw mija fil-mija fuq ix-xogħol tagħhom u warrbu fil-ġenb il-kritika feroċi u ħafna drabi inġusta li tqanqlet fil-konfront tagħhom. It-tieni ħsieb huwa fuq il- bżonn li bħala pajjiż nagħmlu diskussjoni ġenerali fuq miżuri li nistgħu nieħdu biex insaħħu l-għodod tal- pulizija u l-forzi tal-ordni biex min jikser il-liġi jieħu li ħaqqu. Is-saltna tad-dritt ma tfissirx tpaċpiċ fil-vojt iżda azzjoni… tfisser li wieħed jagħmel affarijiet li jagħmlu d-differenza u jsaħħu s-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. *** Kienet deċiżjoni tajba immens dik li l-organizzazzjoni tal-Festivals tinqata' fi branka għaliha, distinta mill-Kunsill Malti għall-Arti. Waqt li qabel forsi kien jagħmel sens li l-promotur tal-arti jkun ukoll hu stess l-organizzatur minħabba l-ftit riżorsi li kienu jingħataw, il-folja nqalbet. L-ammont ta' investiment huwa bla preċedent – biżżejjed ngħidu li minn din is-sena għas-sena d-dieħla l-baġit għall-Festivals żdied minn żewġ miljun ewro għal tlieta. Żieda b'saħħitha li se tmur favur il-festivals li jiġu organizzati u oħrajn li nistgħu nmexxu 'l quddiem. Ftit jiem ilu kien hemm artiklu f 'media organisation ewlenija fil-qasam tal- ivvjaggjar fejn indikat lill-Belt Valletta bħala destinazzjoni tajba ħafna għas-sena 2018. Taf x'semmiet biex tissostanzja dan is-suġġeriment din il- media organisation? Il-fatt li fil-Belt Valletta se jkollna l-Valletta2018 u li matul is- sena jittellgħu ħafna festivals b'saħħithom. Il-Festivals jagħtu esperjenza meraviljuża lit-turist li jiġi jżurna u m'għandix dubju li issa li hemm organizzazzjoni dedikata – FestivalsMalta – li tieħu ħsieb dan is-settur, l-affarijiet jistgħu jmorru biss 'il quddiem. Irridu nkabbru l-experience economy u nmexxuha 'l quddiem għaliex dan ifisser iktar ġid, iktar xogħol u iktar karrieri għal ħafna persuni. Hawnhekk irrid insellem lil Anabel Stivala u l-istaff kollu tagħha li tant jagħmlu xogħol tajjeb biex itellgħu l-Festivals ewlenin ta' pajjiżna – mhux biss dawk ewlenin bħall- Karnival u n-Notte Bianca imma anke dawk speċjalizzati bħat-Three Palaces jew l-Għanafest. Irrid infakkar li FestivalsMalta tieħu ħsieb ukoll iċ-ċelebrazzjoni tal-festi nazzjonali – li minnhom, kif nafu, għandna mhux ħażin – u kif ukoll avvenimenti li għad li mhumiex nazzjonali, huma ta' valur enormi għal pajjiżna bħal pereżempju t-tfakkira tat-twelid/mewt ta' Dun Karm Psaila. Konvint ukoll li b'dan is- set-up il-ġdid il-festivals li jittellgħu mis-settur privat u mill-għaqdiet ukoll se jsibu f 'FestivalsMalta partner importanti. Kif nafu fis-sajf l-għaqdiet fl-irħula jtellgħu żewġ, tliet festivals kull weekend li aħna nsejħulhom festi li wkoll jattiraw turiżmu kbir għal pajjiżna. Insomma l-futur hu sabiħ immens għall-qasam tal-Festivals u konvint li din kienet deċiżjoni mill-aktar tajba u b'saħħitha li ta' warajna se jħarsu lura u jgħidu – kemm kienet deċiżjoni tajba! *** Din il-ġimgħa wkoll ltqajna l-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f 'dak li jissejjaħ Kunsill formali tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern tal-Unjoni Ewropea. Irrid ngħidha mill-ewwel - il–Presidenza Estonja għamlet xogħol eċċezzjonali u bdiet fuq ix-xogħol għaldaqstant eċċezzjonali li, modestja apparti, għamilna aħna fl- ewwel nofs tas-sena 2017. F'dawn il-laqgħat isiru mhux biss diskussjonijiet imma jittieħdu d-deċiżjonijiet wara diversi laqgħat oħra (li jien ma nattendix għalihom) li jieħdu ħsiebhom it-tekniċi bravi tagħna. Żewġ deċiżjonijiet importanti li ħadna din il- ġimgħa jirrigwardjaw l-ECRIS u l-ordnijiet ta' friżar u ta' konfiska. Dawn it-tnejn huma żewġ għodod b'saħħithom li se jgħinu biex titkisser il- kriminalità organizzata. Xtaqt nispjega ftit waħda waħda. L-ewwel deċiżjoni tirrigwardja l-ECRIS. Din hi sistema ta' informazzjoni li tista' tintuża mill-istati Membri tal-UE rigwardanti kriminali mhux biss Ewropej, imma anke kriminali li għandhom ċittadinanza Ewropea u barra mill-Ewropa. Ma għandix dubbju li dan se jkun pass għaqli li se jgħin mhux ftit lill-awtoritajiet ta' pajjiżna u l-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea. It-tieni deċiżjoni tirrigwardja għodod ġodda li se jkollhom il-pajjiżi sabiex joħorġu ordni ta' friżar u konfiska kontra kriminali li jkollhom l-assi tagħhom imferrxin mal-erbat irjieħ. L-għan wara dan ix- xogħol kollu huwa li naraw li l-kriminal ma jaqbillux jagħmel il-kriminalità - crime must not pay. Veru, dawn it-tip ta' laqgħat huma tekniċi u ħafna nies ma tant jitqanqal interess dwarhom fihom. U ma nagħtihomx tort għax sigħat ta' laqgħat tekniċi u xotti mhuma attraenti xejn. Biss il-ġid li joħroġ minnhom hu kbir u l-Ewropa għandha fi ħdanha ħafna nies bravi u intelliġenti *** Ħadt gost nisma' li l-eks deputat Prim Minsitru Wistin Abela twaqqaflu monument biex tiġi mfakkra l-memorja tiegħu. Sfortunatament meta dan il-monument ġie mniedi mill-Prim Ministru Joseph Muscat jien kont qed nattendi l-Kunsill formali fi Brussell u ma stajtx nattendi iżda kont maż-Żwieten fil-ħsieb u fil- qalb. Lis-Sur Wistin kont nafu pjuttost tajjeb iżda kont nafu ħafna wara li spiċċa mill- politika u meta saħħtu kienet fraġli immens. Mhux l-ewwel darba li kien iċempilli u kont nieħu gost ħafna nipprova nkun ta' assistenza għalih fix-xogħol tiegħi ta' Avukat. Darba minnhom kien hemm barrani li seraqlu xi pouch jew ċurkett waqt li s-Sur Wistin kien barra mid-dar għall-kwiet. Meta dan il-barrani tressaq il-Qorti, is-Sur Wistin kien għamilhieli ċara li xtaq li jaħfirlu. Is-Sur Wistin kien qalbu tajba ħafna. Ħaġa oħra li kienet tolqotni fis-Sur Wistin kienet li sa l-aħħar baqa' jattendi ċ-Ċentru Laburista taż- Żejtun, assistit minn Ċensu Cumbo l-iZgej li qatt ma telqu la fil-bnazzi u wisq inqas fil-maltemp. Nies bħal Ċensu għandi ammirazzjoni kbira lejhom Nifraħ u nsellem lill-familja Abela u nifirħilhom tas- sentiment kbir ta' appoġġ li offrew iż-Żwieten magħhom. Insellem ukoll lill-ħbieb tas-Sur Wistin li f 'dan il- persunaġġ raw persuna li kienet temmen fihom u tħobbhom.Jekk jogħġbok, ikteb il-kliem li tixtieq tikkoreġi fil-kaxxa ta' fuq u agħfas il-buttuna. OWEN BONNICI Serenità Fil-pajjiż hawn sens ta' sodisfazzjon u serenità wara t-tressiq ta' tliet persuni akkużati bil-qtil makabru ta' Daphne Caruana Galizia. Is-saltna tad- dritt ma tfissirx tpaċpiċ fil-vojt iżda azzjoni Bħala pajjiż hemm bżonn nagħmlu diskussjoni ġenerali fuq miżuri li nistgħu nieħdu biex insaħħu l-għodod tal-pulizija u l-forzi tal- ordni biex min jikser il-liġi jieħu li ħaqqu