Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 Sports 34 ILLEĠĠENDA Brażiljana Pele darba qal, "Il-futsal iġiegħlek taħseb u taġixxi malajr. Meta mbagħad tiġi biex tilgħab il-futbol kollox isir faċli." Bla dubju illi l-Brażiljani huma l-aktar li għandhom stil fil-logħob tagħhom u dan jafuh għal-logħba tant sabiħa tal-futsal. Ser nitkellmu ma' plejer illi m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni f 'din il-logħba. Ta' 40 sena huwa kkunsidrat bħala l-iktar plejer veteran tal-futsal fid-dinja. Magħruf ukoll għal mod ta' kif jaqbeż il-plejers avversarji b'dak id- dribbling veloċi u bil-ġirja tiegħu illi għadha ħafifa mhux ħażin. Saqajh ix-xellugija kapaċi tipproduċi xutt verament b'saħħtu illi jaħsad kull gowlkeeper li jilgħab kontrih. Għandu movimenti li jaħsdu kull avversarju li jmur joħodlu l-ballun u mhux ta' b'xejn illi sar magħruf għall-istil li jadotta. Dan mhu ħadd ħlief Alessandro Rosa Vieira magħruf aħjar bħala Falcaoli twieled fil-belt ta' Sao Paolo fil-Brażil fit-8 ta' Ġunju 1977. Huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-futsal fid-dinja kif ukoll hu magħruf bħala "il-Pele tal-futsal." Bħal ħafna plejers Brażiljani Falcao beda jilgħab il-futsal iżda kontra kollegi oħra bħal Neymar, Ronaldinho jew Robinho ma tantx kellu ħajra li jilgħab il-futbol. Ix-xewqa tiegħu kienet illi jibqa' jilgħab fil-court fejn ta' età żagħżugħa beda jilgħab ma' Guapira fil-kampjonat reġjonali. Lagħab il-futbol mat-tim li tant iħobb, Sao Paulo Futebol Clube lura għas-sena 2005 fejn rebaħ it-Tazza Libertadores. Fl-età ta' 28 sena ma kienx daqshekk żgħir u kien għalhekk illi d-diriġenti tal-klabb ħeġġewh biex jiffirma kuntratt ta' sitt xhur biss. Minkejja kollox l-istess plejer ma tantx impressjona lill-kowċ Emerson Leao illi ddeċieda li ma jżommux għall- istaġun ta' wara. Fil-verità lanqas hu stess ma kien daqshekk għal qalbu jilgħab il-futbol. Kien għalhekk illi l-imħabba tiegħu għall-futsal baqgħet hemm u kien għalhekk illi reġa' rritorna għal dan l-isport li tant iħobb. Bħalissa qed jilgħab mat-tim Brażiljan ta' AKA Sorocaba li jirrapreżenta l-belt ta' Sao Paulo. Fis-snin 2004, 2006, 2011 u 2012 ġie rikonoxxut bħala l-aqwa plejer tad-dinja tant illi kien parti integrali mit-tim Brażiljan. Fis-26 ta' Ġunju 2015, Falcao ngħaqad ma' Nottingham Forest sabiex jipparteċipa f 'turnament internazzjonali fil-Kuwajt. Lagħab ukoll fil-logħba inawgurali tal- kampjonat Premier Indjan. F'dik il- partita huwa skorja ħames gowls. Fix-xena internazzjonali, Falcao skorja xejn anqas minn 932 gowls f '697 partiti mal-klabbs li lagħab u 339 gowls f '201 dehra mat-tim nazzjonali Brażiljan. M'hemmx xi ngħidu l-medja ta' gowls tiegħu hija aktar milli impressjonanti! Fl-edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futsal tas-snin 2004 u 2008, il- FIFA għażlitu bħala l-aqwa plejer ta' dawn it-turnaments għax spikka ferm bil-gowls illi skorja. F'Settembru tas-sena l-oħra, il- Brażiljan ta' 40 sena irtira mit-tim nazzjonali wara li ġew eliminati mill-Iran fir-rawnd tal-aħħar sittax. "Jien stajt għamilt karriera fil-futbol iżda ppreferejt nilgħab il- futsal għax kien aktar għal qalbi. Dan huwa sport dinamiku u veloċi fejn trid taħseb immedjatament ħalli tieħu deċiżjoni f 'waqtha." L-Aqwa Plejer tal-Futsal Cristian Antony Muscat Falcao - meqjus bħala l-aqwa plejer tal-futsal d-dinja ta' kull żmien tant li huwa mlaqqam bħala l-'Pele tal-Futsal'. "Jekk int trid issir plejer tajjeb fil-futbol bilfors li trid tibda mill-futsal. Jekk kapaċi tilgħab iż-żewġ sports tkun xi ħaġa ferm kbira filwaqt illi jekk tiddeċiedi li tkompli l-futsal qed tagħti kontribut sabiex din il-logħba tant veloċi, dinamika u spettakolari tkompli tikber fis-snin illi ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017