Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 Ingaġġ ta' Casual Substitutes fil- Fisjoterapija Il-Ministeru għas-Saħħa qed jilqa' applikazzjonijiet għall- Allied Health Professional (Physiotherapy) bħala Casual Substitutes fuq bażi definita (Jobsplus Numru tal-Permess: 316/2017). L-applikanti eleġibbli jridu jkunu fil-pussess tar- reġistrazzjoni mal-Council for the Professions Complementary to Medicine (CPCM). Kopja sħiħa tad-deskrizzjoni tax-xogħol u dettalji dwar il- pakkett tas-salajru jistgħu jiġu miksuba mid-Direttorat tar- Resourcing and Employee Relations (dettalji jinsabu hawn taħt). L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet flimkien mal-curriculum vitae ddettaljat u kondotta tal- Pulizija reċenti (mhux iktar kmieni minn xahar) sa mhux iktar tard mit-Tlieta 26 ta' Diċembru 2017. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lid-: Direttur (Resourcing and Employee Relations) 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT1171, Malta Tel: 22992600 Email: recruitment.health@gov.mt MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171, Malta Tel: 22992600 Email: recruitment.health@gov.mt L-assasinju li ħoloq urugan; 54 jum ta' Kienu seba' ġimgħat ta' traġedja, spekulazzjoni, dimostrazzjonijiet u kontroversji; preludju probabbli għal dak li għadu ġej. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aħħar 54 jum mill-qtil ta' DCG Inqatlet Daphne... Għamlulha bomba! Nhar it-Tnejn, wara nofsinhar. Ftit wara it- tlieta ta' wara nofsinhar. Daphne Caruana Galizia tispiċċa blogg dwar il-każ fil-Qorti dakinhar stess tal-eks Kap tal-PN Simon Busuttil fil-konfront taċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri. Tgħid li Schembri huwa kriminal u li kull fejn tħares illum tara l-kriminali. "Is-sitwazzjonin hija ddisprata". Titlaq, tirkeb karozza tal-kiri, issuq ftit metri u tisplodi l-karozza li tkun fiha. Il-pajjiż jieqaf hekk kif tiġri l-aħbar. Fuq il- post issejħet l-assistenza tal-Pulizija, tat-taqsima tal-Bomb Disposal, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku b'ambulanza kif ukoll il-Brigadier tal-Forzi Armati Jeffrey Curmi. Il-familja Caruana Galizia ressqu rikors fil-Qorti biex tinbidel il-Maġistrat inkwerenti Consuelo Scerri Herrera minħabba li fil-passat kienet ġiet ikkritikata minn Daphne Caruana Galizia. Il-familja qalet li għandha dubji kemm il-Maġistrat Scerri Herrera tista' tagħmel xogħolha b'imparzjalità. Il-PM Muscat isejjaħ konferenza tal-aħbarijiet u jgħid li mhux se jieqaf qabel ma jinqabdu dawk li kienu wara l-qtil. Muscat iħabbar li l-FBI se jkunu qed jgħinu lill-Pulizija Maltin biex jissolva l-każ. Minn Jersey sa Acapulco L-għada filgħodu s-sit illum.com.mt jiżvela kif il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN waqqa' l-ħames libelli li kellu fil-konfront ta' Daphne Caruana Galizia. It-tfal tagħha iżda jgħidu li se jkunu qed jidħlu 'fiż-żarbun' ta' ommhom fuq il-każ tal-Ministru Chris Cardona. Dwar Delia, Caruana Galizia kienet allegat illi dan kellu kont f 'Jersey li minnu, allegatament, kienu qed jgħaddu flus ġejjin mill-prostituzzjoni. Hi għamlet ukoll diversi allegazzjonijiet dwar il-karattru u l-passat kriminali ta' nies li jkunu madwar Delia. Dwar Cardona, Caruana Galizia kienet allegat li dan, waqt żjara tal-Gvern, kien mar f 'burdell bl-isem ta' Acapulco fil-Ġermanja. Cardona kien fetaħ numru ta' mandati ta' sekwestru fuq l-assi ta' Caruana Galizia. Mal-erbat irjieħ tad-dinja Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien irrappurtat madwar id-dinja kollha. CNN, Euronews, BBC, The Guardian, Ir-Rai u bosta siti barranin influwenti kollha irrappurtaw il-każ bi prominenza u baqgħu isegwuh. Il-PM Muscat kien intervistat minn CNN kif kienu politiċi oħrajn bħal Simon Busuttil u l-MPE David Casa. Il-każ tal-qtil ta' DCG verament spiċċa dar l-erbat irjieħ tad- dinja u tefa' dawl xejn sabiħ fuq pajjiżna. Matthew Caruana Galizia, it-tifel ta' Daphne jitfa' l-ħtija fuq il-Gvern ta' Joseph Muscat; 'Joseph Muscat, Keith Schembri, Chris Cardona, Konrad Mizzi, the Attorney General and the long list of police commissioners who took no action: you are complicit. You are responsible for this' kien qal Caruana Galizia. Gomes, Giegold, Bindi u Di Pietro F'temp ta' 54 jum ġew pajjiżna erba' persuni li sa qabel il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, ftit kienu 'popolari' jew magħrufin lokalment, anke jekk konna fil-fatt smajna bihom jew inkella saħansitra ġew pajjiżna qabel. Il-Membri Parlamentari Ewropej Ana Gomes (S&D) u Sven Giegold (Ħodor) ġew Malta bħala parti mid-delegazzjoni dwar is-saltna tad-dritt. Huma ltaqgħu mal-Kummissarju tal-Pulizija, mal-eks Spettur tal-Pulizija u eks impjegat tal-FIAU Jonathan Ferris, ma' Matthew Caruana Galizia, il-PM Muscat u Keith Schembri, fost oħrajn. Mistoqsi mill-ġurnalisti Giegold saħaq illi kien iktar inkwetat dwar is-sitwazzjoni f 'pajjiżna, wara li d-delegazzjoni ġiet Malta milli qabel ġiet. Huwa talab għall- protezzjoni ta' Ferris ukoll. Bħalissa Giegold flimkien ma' Gomes u l-bqija tad-delegazzjoni qed jippreparaw rapport dwar iż-żjara tagħhom li mbagħad ikun diskuss fl-istrutturi Ewropej. Wieħed ma tantx jantiċipa li se jkun rapport kumplimentuż għal pajjiżna jew għall-inqas għal mod kif ċerti istituzzjonijiet qed jimxu. Apparti minn dawn f 'Malta ġew żewġ Taljani. Rosy Bindi, is-senatur Taljan li qed tmexxi l-Kummissjoni Taljana tal-Anti- Mafja u Antonio Di Pietro, eks Maġistrat responsabbli għall-kxif u l-iżmantellar tal-akbar xibka mafjuża fl-Italja. Il-Kummissarju tal-Pulizija ma kienx iltaqa' ma' Bindy għax kien 'imħabbat wisq'. Bindi kienet qalet illi l-ħasil tal-flus hija problema komuni għal Malta u anke l-Italja. "Jekk il-mafja qed tara lil Malta bħala l-ġenna, allura Malta għandha tħares lejn il-kwalità tal- espansjoni ekonomika tagħha", sostniet Bindi. Di Pietro attenda dimostrazzjoni organizzata mis-Civil Society Network bħal-lum ġimgħa ilu. Hu sostna illi l-qtil ta' Caruana Galizia m'għandux jgħaddi ma' kwalunkwe qtil ieħor u m'għandux jitqies hekk. Nhar it-Tlieta tressqu tlieta minn nies il-Qorti, akkużati fost l-oħrajn bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia. L-istorja tal-qtil ta' DCG, fil-fatt, għadha se tibda... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham