Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017| illum Aħbarijiet Il-PD jipproponi penali aktar ħorox għal min iwettaq vjolenza fuq mara Il-vjolenza domestika ma għandhiex ġeneru Il-Partit Demokratiku jikkundanna kull forma ta' vjolenza. Il-PD kemm-il darba tkellem favur id-dinjità tal-bniedem u jinnota li f 'soċjetà li qed tinbidel ir- relazzjonijiet ta' bejn il-koppji u fost il-familji qed jiħżienu tant li r-rata tal-vjolenza domestika żdiedet. Din il-vjolenza tieħu diversi għamliet u tinkludi mhux biss dik fiżika imma wkoll dik finanzjarja u emozzjonali. Dan l-għemil oxxen jaffettwa l-aktar lin-nisa iżda jolqot ukoll l-irġiel, koppji tal-istess sess, tfal u aħwa. Is-sehem tal-Knisja Il-PD jinnota li f ' Malta għandna servizzi offruti mill-Aġenzija Appoġġ, preparazzjoni għaż-żwieġ u counselling lil koppji mill- Moviment ta' Cana, numru ta' shelter Homes għan-nisa msawta (3 tal-Knisja, fosthom Dar Merħba Bik, SOAR u Dar Qalb ta' Ġesù-Programm Sebħ), oħrajn tal-gvern bħal Għabex u servizz għall-irġiel offrut mill-gvern. Hu ċar li l-piż ta' dawn is-servizzi huma merfugħ l-aktar mill- Knisja u għalkemm f ' ċertu każijiet hemm sussidju mill- gvern, dan żgur mhux wieħed realistiku . Il-PD jittama li bl- implementazzjoni tal-liġi dwar il-Vjolenza tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika r-rimedji offruti jkunu aktar f 'waqthom u tanġibli biex b' hekk tinkiseb ugwaljanza vera b' soluzzjonijiet li huma dejjiema. Hemm ħtieġa aktar minn qatt qabel li ssir enfasi fuq il-prevenzjoni permezz ta' edukazzjoni formattiva, proċess fil-qrati li jassigura anqas dewmien bla bżonn u l-programmi ta' riabilitazzjoni. Proposti legali ġodda dwar l-istupru L-istupru mhuwiex biss abbuż sesswali iżda abbuż ta' poter li l-bażi tiegħu hi l-attitudi sessista. Il-PD jinnota li filwaqt li l-Att tal-Vjolenza Domestika li qed jiġi diskuss fil-Parlament jiffoka fuq l-istupru mill-aspett kriminali jonqos li jħares il-vittma u l-wild minn aspett soċjali. Għalhekk il-PD qed jipproponi li Artklu 150 ta' Kapitlu 16 tal-Kodiċi Ċivili jinbidel bl-intenzjoni li: a) Jassigura serħan tal- moħħ lill-vittmi tal-istupru (ommijiet) li wara kollox jinkludu wkoll 'inċest' u 'inter-marital rape'. b) jiġu rikonoxxuti u jiżdiedu d-drittijiet tat-tfal li jitwieldu minn dan l-att. c) jaċċerta li min stupra jiġi ppenalizzat mhux biss kriminalment iżda wkoll ċivilment, billi tiżdied klawsola oħra li tgħid: Mill-mument li jirriżulta li t-tifel/tifla ġie/ġiet ikkonċeput/a b'riżultat ta' stupru, il-ġenitur li jkun ikkommetta dan ir-reat jitlef l-awtorità ta' ġenitur, il-kustodja u kwalunkwe kuntatt mat-tifel/tifla jekk it- terminazzjoni tar-relazzjoni bejn il-ġenitur u t-tifel/ tifla jkun fl-aħjar intress ta' tiegħu/ha. U madanakollu li m'hemm l-ebda riperkussjoni jew tnaqqis mir-responsabbilità tal-ġenitur li kkommetta dan ir-reat, biex jipprovdi manteniment u mid-dritt tat-tfal li jkunu l-eventwali werrieta tiegħu, sakemm l-omm (meta t-tfal ikunu għadhom minorenni) jew it-tfal (meta jilħqu l-età ta' maġġorenni) ma joġġezzjonawx għal dawn id-drittijiet. Din il-proposta qed tiġi ssuġġerita wara konsultazzjoni pubblika msejħa milll-PD. Il-Partit Demokratiku jħeġġeġ lill-pubbliku biex juri s-solidarjetà fil- mixja 'Love doesn't hurt' organizzata għada mill- Fondazzjoni Dar Merħba Bik. Ħames plejers ta' Tarxien FC f 'allegat każ ta' tixħim Minn Liam Carter ILGAZZETTA ILLUM, hi infurmata li l-Pulizija flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta (MFA) qiegħda tinvestiga numru ta' plejers li jagħmlu parti mit- tim ta' Tarxien Rainbows u li allegatament huma involuti f 'każijiet ta' 'match-fixing'. Sorsi ferm viċin Tarxien Rainbows żvelaw mal-ILLUM, li b'kollox ħames plejers qegħdin jiġu investigati. Jidher li kienu nies minn ħdan il-kumitat tal-klabb stess li għaddew informazzjoni lill-Pulizija wara li saru jafu b'dawn il-każijiet. Is-sorsi tal-ILLUM indikaw min huma l-plejers inkwistjoni. Fost dawk il-persuni f 'nofs l-investigazzjoni hemm xi plejers li fil-passat għamlu parti mill-istruttura ġovanili tat-tim nazzjonali Malti. Ikkuntatjat mill-ILLUM, l-Uffiċjal għall-Integrità tal- MFA, Franz Tabone kkonferma li għaddejja l-investigazzjoni fuq il-każ, però hu ma elaborax aktar. Lura għal Marzu tal-2016, il-Pulizija kienet fetħet investigazzjoni fuq diversi plejers li kienu jagħmlu parti mit-tim Malti ta' taħt il-21 sena, wara li Franz Tabone, għall- Integrità tal-MFA kien għadda informazzjoni rigward każ ta' xiri ta' plejers fil-logħba U-21 Malta v Montenegro. Tarxien Rainbows Football Club bħalissa qed jipparteċipa fl-ogħla diviżjoni tax-xena tal-futbol lokali, jiġifieri l-BOV Premiere League, u jinsab it- tieni mill-aħħar hekk kif wara 12-il logħba huma irnexxielhom jiksbu biss 12-il punt. Tarxien Rainbows kienu promossi għall- ogħla diviżjoni wara li spiċċaw rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni ta' Malta fl-2007-08. Il-klabb kien twaqqaf bħala Little Rainbows lura għall-1944. Intant f 'Awwissu li għadda, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima nieda konsultazzjoni pubblika dwar liġi proposta biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-isports, l-abbozz se jtejjeb il-liġijiet attwali li jiffissaw il-'match fixing', estensjoni tal-ġurisdizzjoni ta' Malta fuq persuni involuti fil-korruzzjoni, filwaqt li joffri wkoll protezzjoni lill-whistleblowers li jitkellmu kontra l-korruzzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017