Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 16 F tit żmien ilu, il-Brazil kien pajjiż b'ekonomija qed tiżviluppa u b'politika soċjali progressiva. Il-President Lula, mexxej tal-Partit tal-Ħaddiema, li tela' għall-ewwel darba fil-ħakma, offra somma regulari lill- ifqar familji, bil-kundizzjoni li jibagħtu lil uliedhom l-iskola. Flok nefaq il-flus fl- armamenti, Lula beda jonfoq fil-fidwa tal-parti fqira tal- popolazzjoni. Illum, sena wara li s-suċċessur ta' Lula, Dilma Rousseff, sfat imneħħija mill- ħakma b'vot tal-Parlament (vot li ħafna qed isejħu kolp morbidu tal-istat) il-Brazil jinsab f 'kawlata politika, soċjali u ekonomika. Il-Gvern li daħal jaħkem min-naħa tal-lemin għaddej b'ritmu ta' reviżjoni f 'isem dawk li huma super għonja fil-pajjiż. U kull bulletin t'aħbarijiet qed ikun pass ieħor fit-triq ta' korruzzjoni li qed tieħu s-sura ta' l-akbar waħda fid-dinja. Hekk qal ġurnalist żagħżugħ Brażiljan: "Konna dejjem nafu li kien hawn il-korruzzjoni iżda d-daqs tagħha, il-għadd ta' politiċi mdaħħlin fiha u l-ammont ta' flus li hemm fin-nofs ħallietna diżgustati u demoralizzati għalkollox". Lula Min ħa post Rousseff, Michel Temer, huwa mċappas bil-korruzzjoni u Lula, il- mexxej ta' qabel Rousseff, dak li beda r-rivoluzzjoni soċjali, li għandu ċans jirbaħ l-elezzjoni s-sena d-dieħla, għandu wkoll iċ-ċans li jsib ruħu fil-ħabs! Fi kliem ieħor, in-nies tal- lemin li warajhom hemm il- għonja, wara li rebħu l-ewwel battalja bit-tneħħija ta' Rousseff mis-setgħa, issa jridu it-tieni battalja billi ma jħallux lil Lula jerġa' jitla' fil-ħakma. Il-korruzzjoni tinsab fil- qalba tal-kriżi politika u soċjali li għaddej minnha l-Brazil imma mhix l-uniku raġuni għala dal kolp ta' stat morbidu kien possibbli. Lura fl-2013 Immorru lura fl-2013. Ħdax- il sena ta' tmexxija mill-Partit tal-Ħaddiema kienu ġabu ħafna benefiċċji. Iżjed minn 30 miljun Braziljani sfaw meħlusa mill-jasar tal-faqar. Il-programm ekonomiku u soċjali, magħruf bħala Bolsa Familia kien temm il-ġuħ, żied l-attendenza fl-iskola, u kien qed jilħaq 14-il miljun familja. Inbnew diversi universitajiet ġodda u d-dħul ta' studenti fl-ewwel żmien ta' Rousseff żdiedu 18%. Il-programm Dari Hija Ħajti kien bena tliet miljun dar. U l-Brażil rebaħ il-kompetizzjoni biex kemm it-Tazza tad-Dinja 2014 u l-Logħob Olimpiku 2016 isiru hemmhekk. Beda l-maltemp Minkejja dan, beda jqum il-maltemp. Il-protesti fit- toroq, li qabel kienu jsiru biss mix-xellug, bdew isiru wkoll mil-lemin u anke mil-lemin estrem. Bdew l-istudenti li fi tliet xhur qamu f 'madwar mitt belt u ħajru kategoriji oħra tal-klassi tan-nofs għax dawn bdew jilmħu d-differenzi bejnhom u l-fqar dejjem qegħdin jonqsu bl-avvanz ta' dawn tal-aħħar. U fl-elezzjoni tal-2014 Rousseff sabet ruħha eletta imma kif jgħid il-Malti tkaxkret biex telgħet b'5%. Imma hemm raġuni oħra. Il-Partit tal-Ħaddiema li kien beda l-bejjiegħ tal-karawett Lula, wara ħdax-il sena fis-setgħa beda jixxaħxaħ bil-poter, beda jitlef il-kuntatt mal-għeruq li jappoġġjawh u lil dawn ma sabhomx meta ġie bżonnhom – kif ġara lill- partiti tal-ħaddiema f 'pajjiżi oħra. Il-kriżi bdiet taħkem il- pajjiż. Il-qgħad tela' għal 14-il miljun. Id-dejn beda jikber, il-partiti tal-Lemin bdew jitolbu awsterità ikbar u bdew jitolbu l-privatizzazzjoni tal-ġid pubbliku u l-għonja bdew isiru iżjed għonja. Meta waqgħet Rousseff u flokha beda jiggverna Temer, dil- kriżi wasslet biex saħansitra il-kumpanija tal-eletriku Electrobras, li hija tal-Istat, tinsab għal bejgħ. Il-korruzzjoni qed tinfiltra kullimkien. Id-ditti kbar qed jammettu li bi flushom xtraw diversi politiċi u s'issa mal-100 politiku u uffiċjal pubbliku nstabu ħatja, erba' eks-presidenti u 71 parlamentari qed ikunu investigati bħala parti mill- iskandlu msejjaħ Car Wash u fl-istess ħin hemm 238 membru tal-parlament qed ikunu investigati mill-Qorti Suprema Federali, il-biċċa l-kbira fuq allegazzjonijiet ta' korruzzjoni kriminali. Brażil Differenti. Minkejja kollox, Lula mhux jaqta' qalbu. Qajjem is-slogan "Brażil differenti huwa possibbli" u beda għaddej vjaġġ ta' 2,300 mil madwar in- Nordeste b'entużjażmu kbir! Il-Brażil jgħallimna "Hekk qal ġurnalist żagħżugħ Brażiljan: "Konna dejjem nafu li kien hawn il-korruzzjoni iżda d-daqs tagħha, il-għadd ta' politiċi mdaħħlin fiha u l-ammont ta' flus li hemm fin-nofs ħallietna diżgustati u demoralizzati għalkollox" "Erba' eks-presidenti u 71 parlamentari qed ikunu investigati bħala parti mill-iskandlu msejjaħ Car Wash u fl-istess ħin hemm 238 membru tal-parlament qed ikunu investigati mill-Qorti Suprema Federali" DUN ANG SEYCHELL Lula wkoll, fiċ-ċans li jkun arrestat fuq akkużi ta' korruzzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017