Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 33 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol internazzjonali... LEON GORETZKA - Il-plejer internazzjonali Ġermaniż Leon Goretzka huwa ferm viċin illi jispiċċa free agent hekk kif il-kuntratt tiegħu ma' Schalke 04 wasal biex jiskadi. Huwa żvela illi dalwaqt jitkellem dwar il-futur tiegħu għalkemm hemm min qed isostni illi Manchester United, Arsenal u Barcelona jinsabu fuq quddiem nett illi jakkwistaw is-servizzi ta' dan il-plejer. Dan it-talent Ġermaniż huwa wieħed mill-plejer illi bena profil mill-aqwa u jinsab fost l-iktar elementi illi qed jiġu mfittxija fis-suq ta' Jannar. KEVIN TRAPP - It-tim illi qed ibati mhux ftit fil-Premier League Ingliż dan l-istaġun Crystal Palace dawru ħaristhom fuq il-goalkeeper ta' Paris St Germain Kevin Trapp. Din l-aħbar ġiet żvelata mill-gazzetta The Sun fejn sar magħruf illi l-kowċ Roy Hodgson jixtieq lil dan il-goalkeeper Ġermaniż f'Jannar sabiex jgħin lit-tim jinqala' min-naħa t'isfel tal- klassifika. Trapp ilu ma jilgħab għal ħafna żmien mal-Pariġini tant illi lanqas biss deher f'dan l-istaġun bil-goalkeeper l-ieħor Alphonse Areola illi qed jiġi ppreferut mill-kowċ Unai Emery. THIBAUT COURTOIS - Il-goalkeeper ta' ChelseaThibaut Courtois se jitlaq lil Chelsea fuq free transfer fis-sena 2019 hekk kif il-Belġjan baqa' jiċħad spekulazzjonijiet illi bdew isemmu illi jista' jġedded il-kuntratt mal-Blues. Imsemmija bħala l-iktar tim interessati hemm Real Madrid illi jistgħu jikkunsidraw din iċ-ċaqliqa madwar sena u nofs oħra bil-possibilta' li jakkwistaw goalkeeper ta' kwalità. Courtois, illi llum għandu 25 sena, jista' jkun is-suċċessur tal-goalkeeper preżenti tal-Merengues, Keylor Navas, hekk kif hu fadallu 18-il xahar kuntratt mat-tim li jilgħab fi Stamford Bridge. AHMED HEGAZY - Wara li fallew id-diskussjonijiet mal-plejer ta' Southampton, Virgil Van Dijk, il- klabb Ingliż ta' Liverpool qed jitfgħu ħarsithom fuq element ieħor interessanti. Dan huwa Ahmed Hegazy li jilgħab fil-pożizzjoni ta' difensur ma' West Bromwich Albion. Minkejja kollox, id-direttur ta' Al Ahly Sayed, Abdel Hafiz ma jidhirx illi jistgħu japprovaw dan l-interess minħabba illi Hegazy jinsab b'self mat- tim Ingliż. Id-difiża ta' Liverpool tinsab taħt pressjoni wara sensiela ta' gowls banali illi qalgħu fil-partiti li lagħab it-team fil-UEFA Europa League u l-PremierLeague Ingliż. LUKAS NMECHA - Everton qegħdin isegwu b'interess plejer ta' talent illi bħalissa jinsab fuq il-kotba ta' Manchester City. Dan m'hu ħadd ħlief Lukas Nmecha illi għandu 18-il sena u li qed jevalwa l-possibilta' li jingħaqad mat-Toffees ħalli jkollu aktar minuti ta' logħob. Barra Everton hemm ukoll it-tim illi jilgħab fiċ-Championship Ingliż DerbyCounty illi wkoll qed isegwu l-progress ta' dan il-plejer. Madankollu l-ħsieb ta' Nmecha hu li jibqa' fil-Premier League iktar milli jinżel diviżjoni. Nmecha twieled fil-belt Ġermaniża ta' Hamburg iżda għandu wkoll nazzjonalità Ingliża tant illi lagħab ma' diversi kategoriji tat-tim nazzjonali Ingliż. JOSE MOURINHO - Il-kowċ ta' ManchesterUnited Jose Mourinho ser jiġi mogħti s-somma ta' £80 miljun biex jonfoqhom fi plejers ġodda għas-suq ta' Jannar. Peressli r-Red Devils ser ikunu qed ibigħu lil Luke Shaw u Matteo Darmian ser ikunu qed iġibu aktar flus u jixtru plejers oħra ta' kwalità. ManchesterUnited iridu jersqu viċin ir-rivali mill-istess belt Manchester City tant illi Mourinho għandu l-ħsieb illi jsaħħaħ it-tim fejn identifika difensur, plejer li jilgħab mal-linja xellugija u kif ukoll numru 10 ferm interessanti. Minkejja kollox il-manager Portugiż jixtieq ikollu tim ta' kwalità sabiex jagħmlu l-qabża speċjalment fil-kampjonat u anke l-UEFA Champions League. PAULO DYBALA - Il-president ta' Real Madrid Florentino Perez qed jikkunsidra jipproponix bdil bejn player u ieħor flimkien ma' somma flus sabiex jakkwista lill-Arġentin ta' Juventus Paulo Dybala. Perez qed jipproponi lil Toni Kroos flimkien ma' somma flus sabiex jasal għat-talent żagħżugħ Arġentin. Dan tal-aħħar jidher xi ftit dubjuż mat-tim preżenti tiegħu fejn wara sensiela ta' sostituzzjonijiet mhux dejjem ittieħdet bil-ferħ minnu tant illi kollox jista' jiġri f 'dan l-istadju. Dybala ġie akkwistat mill- Bianconeri fis-sena 2015 mingħand Palermo u skorja 42 goal fi 80 partita li lagħab magħhom. minn Cristian Antony Muscat GARETH BALE - Id-diriġenti ta' ManchesterUnited ħabbru f'intervista mal-ġurnal Ingliż The Mirror illi l-klabb jista' jabbanduna l-interess illi hemm preżentement sabiex jinxtara l-plejer minn Wales Gareth Bale mingħand Real Madrid. Bale ilu jissemma' għal diversi xhur mar-Red Devils iżda l-prezz illi qed jitolbu l-klabb Spanjol huwa eċċessiv wisq. Fil-fatt il-Los Blancos qed jitolbu s-somma ta' £100 miljun iżda peress illi l-player kellu xi injuries fil-passat, id-diriġenti Ingliżi qed jitolbu mqar illi s-somma titnaqqas bin-nofs bejn £50 sa £60 miljun. JAVIER MASCHERANO - Il-plejer internazzjonali Arġentin Javier Mascherano jħoss illi ż-żmien tiegħu ma' Barcelona riesaq lejn it-tmiem wara li ilu mal-klabb għal dawn l-aħħar seba' snin. F'dan l-istaġun il-kowċ Ernesto Valverde bdieh biss disa' darbiet fil-kompetizzjonijiet kollha li l-Katalani ħadu sehem fihom u dan qed iħasseb mhux ftit lil Mascherano. "Inħoss illi żmieni hawn kważi spiċċa. M'hemmx x'tagħmel kull bidu fih it-tmiem. Nispera biss illi nitlaq fl-aqwa mument. Mhux beħsiebni nitlaq kif ġieb u laħaq. Madankollu nixtieq nilgħab aktar," stqarr Mascherano. Dan il-plejer għandu 33 sena u ġie akkwistat fis-sena 2010 mingħand Liverpool.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017