Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Floriana ........................ 6 Lija A. ........................... 0 FLORIANA umiljaw lil Lija Athletic meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 6-0. Kienu l-Greens li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta xutt ta' Ignacio Varela ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper ta' Lija Athletic, Luke Bonnici, mgħejjun mill- wieqfa, bil-ballun jintemm f 'corner. Man-nofsiegħa logħob, Floriana sabu x-xibka permezz ta' xutt fil-baxx ta' Mario Fonatnella, iżda r-referee Stefan Pace ma kkonvalidax dan il-goal hekk kif fuq senjalazzjoni tal-assistant referee Peter Abela, huwa ħassar dan il-goal, hekk kif l-attakkant Taljan ġie ġġudikat li kien jinsab f 'pożizzjoni ta' offside. Il-Greens għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tat-tieni taqsima u fid-59 minuta cross-shot ta' Juninho Cabral ħabat ma' Ousmane Sidibe qabel ma l-ballun intemm ġewwa, biex b'hekk irriżulta auto- goal. Il-Greens komplew jagħfsu u fit-63 minuta kien Maurizio Vella li ndirizza corner lejn Steve Pisani li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Lija Athletic, Luke Bonnici. Tliet minuti biss wara, il-Greens skorjaw it-tielet goal meta Mario Fontanella serva fuq platt tad-deheb lil Juninho Cabral li permezz ta' xutt mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Floriana ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba' goal fis-77 minuta meta minn azzjonii ta' freekick ta' Steve Pisani, qamet taħwida fil-kaxxa, qabel il-ballun intemm għand Ignacio Varela li permezz ta' xutt dijagonali minn ġol-kaxxa tefa' l-ballun wara Luke Bonnici. Fit-82 minuta, Lija Athletix spiċċaw jilagħbu b'10 players meta Ousmane Sidibe intwera karta ħamra diretta wara foul ikrah fuq Ignacio Varela, biex mill-freekick li rriżulta, Mario Fontanella, tefa' l-ballun fix-xibka. Erba' minuti wara, il- Greens issiġillaw ir-rebħa permezz tas-sitt goal meta minn azzjoni li bdiet minn Leighton Grech, huwa għadda tajjeb lejn Mario Fontanella li mill-viċin tefa' l-ballun wara Luke Bonnici. Floriana Akpan, Ruiz, Pisani (Sciberras 88), Borg, Varela (Baldacchino 83'), Villa (Grech 77'), Cabral, Cini, Grima, Fontanella, Marcelina Lija A. Bonnici, Babic, Sammut (Agius 80'), Scerri (Galea 72'), Muscat (Borg 64'), Clinch, Kooh Sona, Sidibe, Cassar, Beu, Leeflang Referi Stefan Pace minn Cristian Antony Muscat Hamrun S ..................... 0 Birkrkara ..................... 1 BIRKIRKARA kibsu rebħa minima u drammatika ta' 1-0 kontra Ħamrun Spartans. Dawn tal-aħħar ħarġu xi ftit aktar aggressivi u kważi fetħu l-iskor wara disa' minuti meta xutt ta' Succi ġie mxellef minn difensur Karkariż qabel ma l-ballun ħabat ma' sieq il-lasta. Madankollu,Birkirkara kienu qed ikunu iktar perikolużi bl-ewwel azzjoni denja joħolquha fis-26 minuta permezz ta' freekick ta' Goncalves li l-goalkeeper Għawdxi, Steve Sultana salva tajjeb. Ftit wara minn korner mogħti mill-istess Goncalves, ix-xutt ta' Montebello minn qagħda tajba spiċċa għoli. Fl-34 minuta, kien l-istess Luke Montebello xeħet kross minn fuq il-lemin imma Steve Sultana ħareg fil-ħin qabel seta' jilħaq Andelkovic. Iżda Hamrun ma qagħdux lura u ħames minuti wara minn cross tajjeb ta' Criaco kien Zerafa li ttanta xortih b'daqqa ta' ras li għaddiet tħakkek mal-mimduda. Fit-tieni taqsima kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu permezz ta' xutt ta' Herrera li Sultana kklerja b'diffikultá, waqt li xutt mill- bogħod ta' Ryan Camenzuli kien għoddu qarraq bl-is¬tess Steve Sultana li peró ntefa fil- ħin biex salva f 'korner. Reġa' kien Edward Herrera li xxuttja minn barra l-kax¬xa imma Steve Sultana salva mingħajr wisq diffikultá. In-naħa l-oħra, Espindola De Paula kien għoddu approfitta minn inċertezza fid-difiża bejn Schranz u Vukanac imma x-xutt tiegħu minn qagħda ferm angolata ġie mblukkat f 'corner minn Schranz. Madankollu Birkirkara baqgħu xi ftit aktar insidjużi f 'din it-tieni taqsima u wara li tentattiv ta' Andelkovic ġie salvat minn Sultana, fl-84 minuta huma skorjaw il-gowl deċiżiv. Dan hekk kif minn freekick mogħti minn Fernandez De Brito, l-eks tal-partita, Jake Grech indirizza l-ballun lejn il- lasti, dan wasal għand Luke Montebello li minn qagħda ideali għeleb lil Steve Sultana b'xutt imkaxkar. Hamrun S. Sultana, Souza Da Silveira, Zerafa, Criaco, De Castro, Zaccardo, Succi, Espindola De Paula, Caruana, Marino Clavero (Arab Eddin 74'), Micallef (Galea 87') Birkirkara - Schranz, Attard, Vukanac, Maia, Zammit (Fernandez De Brito 46') , Andelkovic, Camenzuli, Scicluna, Herrera (Grech 67), Da Silva Goncalves Junior (Cremona 87'), Montebello Referi Philip Farrugia MAURIZIO VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled il-Ġermanja iżda għandu nazzjonalità Taljana. Huwa fost l-aqwa plejers li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. MARCO CRIACO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalist preżenti. Inħaqad ma' Hamrun Spartans fil-jiem li għaddew. Huwa fost l-aqwa plejers li jimmilitaw fil-futbol lokali. Floriana jumiljaw lil Lija Athletic Azzjoni mill-konfront bejn Floriana u Lija Athletic Ritratt - Christine Borg Birkirkara jiksbu rebħa minima u drammatika kontra Ħamrun Spartans Ritratt - Dominic Borg Ryan Scicluna jaqbeż lill-plejer ta' Hamrun Spartans

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017