Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 Sports 32 NHAR il-Ħadd li għadda fl-aħħar kompetizzjoni tas-sena, ġew organizzati l-Kampjonati Nazzjonali Annwali tal-Weightlifting li raw bosta rekords ġodda, kif ukoll ħafna riżultati personali aħjar. Is-sessjoni tan-nisa kienet iddominata minn Elisia Scicluna, u minn Christina Grima - wiċċ ġdid relattiv għax-xena tal-weightlifting. Elisia spiċċat b`refgħa ta' 156 kilo total u kisbet l-ewwel post fil-kategorija tal-75kilo. Fil-kategorija ta d-69 kilo, Christina Grima, tat prestazzjoni b'saħħitha bl-irfigħ personali b'livelli aħjar u total ta' 144 kilo li kien biżżejjed biex Grima tintemm fil-quċċata tal- klassi nazzjonali. Tenishia Thorton, ta' 12-il sena, tista' tkun żgħira ħafna u xi ftit mhux esperjenzata biżżejjed fix-xena tal- weightlifting, iżda f 'dawn il-kampjonati, hija spiċċat b'disa' rekords nazzjonali u l-aħjar lifts personali fil- kategorija 40 kilo b`refgħa ta' 70 kilo. Riżultati importanti oħra ġew minn Shelby Mangion Vassallo, fejn kisbet l-aħjar riżultat personali ġimgħatejn biss wara l-prestazzjoni stellari li kellha ġewwa Ljubljana. Hija refgħet 58 kilo snatch, u waqqfet żewġ rekords nazzjonali fil-kategorija taż-żgħażagħ (-17) u Junior (-20). Daniela Xuereb (-48 kilo) waqqfet ukoll rekord nazzjonali bl-attentat tagħha ta' 38 kilo. Is-sessjoni tal-kategorija tal-irġiel tal-94kilo kienet waħda kumbattuta u eċitanti. Vlad Baldacchino, Rodmar Pulis u Owen Bugeja kienu ferm qrib xulxin bi ftit kilogrammi li jisseparawhom. Baldacchino spiċċa rebaħ it-titlu tal- kampjonat bi snatch faċli ta' 115 kilo u 135 kilo fil-clean & jerk għal total ta' 250 kilo. Rodmar Pulis wera li l-irfinar tal-klassi reali bi snatch ta' 98 kilo u 140 kilo fil-clean and jerk għal total ta' 239 kilo. Huwa wera li huwa kważi reġa' lura għall- aqwa prestazzjoni tiegħu wara xi injuries li kellu s-sena li għaddiet. Owen Bugeja spiċċa fit-tielet post b'refgħa ta' 226 kilo fil- kategorija tal-kbar u l-ewwel post fil-kategorija għal dawk ta' anqas minn 20 sena. Fil-kategorija ta' 85 kilo, Matthew Camilleri rebaħ il- Kampjonat Nazzjonali 2017 li kien rebaħ Kyle Micallef matul is-sena li għaddiet b'battalja tajba u spiċċa rebaħ il-kategorija b'240kilo, Kyle segwa b'238kilo u t-tieni post rispettabbli. Fl-istess kategorija Andy Grech kiseb l-ewwel post għal dawk ta' anqas minn 20 sena. Michael Fava ddomina il-kategorija tas-77 kilo u tejjeb it-total tiegħu b'ħames kilogrammi, xahar biss wara l-prestazzjoni impressjonanti tiegħu fis-Serbja. Huwa għalaq il-kompetizzjoni b`total ta` 210 kilo. Fil-kategorija tad-69 kilo għal dawk ta' anqas minn 20 sena l-ewwel post inkiseb għall-ewwel darba minn Ryan Degiorgio. Riżultati impressjonanti oħra kienu ġejjin mill-iżgħar atleti ta' Malta, Rylee Borg, li waqqaf seba' rekords nazzjonali fil-kategorija tal- 50 kilo b`refgħa totali ta' 87 kilo u Kyle Camilleri li wkoll waqqaf rekord nazzjonali fil-kategorija tal-40 kilo b`refgħa totali ta' 64 kilo. Rodmar Pulis -azzjoni Organizzati b'suċċess il-Kampjonati Nazzjonali Annwali tal-Weightlifting Illum l-ASMK se ttella' t-tieni attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 ILLUM, il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 l-ASMK ser ittella' t-tieni attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018. Dan ħa jsir fil- Barriera tal-Magħlaq, limiti tal-Qrendi u l-programm jibda fl-10am. Intant, nhar il-Ħadd li għadda - it-3 ta' Diċembru 2017 ġiet organizzata t-tielet attività mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Għal din l-attività rreġistraw 21 kompetitur maqsuma f 'żewġ klassijiet - dik Modified u oħra Standard. Matul il-ġurnata rajna lill- kompetituri kollha jsuqu fuq trakka b'S-Bend b'differenza. Ġiet introdotta wkoll il-Joker Lap. Din id-darba l-Joker Lap intużat b'mod li kull kompetitur kellu jidħol darba f 'liema ħin irid fi triq itwal minn dik normali fil-korsa waqt il-Heats u wkoll waqt il-Finali. Wara tliet Heats tal- ġurnata rajna lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta jiddomina l-ġurnata billi dan irnexxielu jġib l-ogħla total tal-punti mill-Heats tal-ġurnata u assigura postu fil-finali Klassi A. Ma' Micallef ikkwalifikaw ukoll Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Ryan Scerri fuq Opel Corsa u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova. Għall-finali ta' Klassi B, ikkwalifikaw Gary Grech u Gordon Johnson it-tnejn fuq Opel Corsa, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Keith Borg fuq Vauxhall Nova u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205. Kemm il-finali Klassi A u Klassi B kellhom jiġu posposti minħabba inċident waqt il- finali tal- Autocross Standard Class u billi b'dan kien daħal il-ħin il-kumitat organizzattiv iddeċieda li ż-żewġ finali Klassi A u B jsiru f 'ġurnata oħra li mistennija tkun mħabbra iktar 'il quddiem. Fil-Klassi Autocross Standard rajna lil Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 iġġib l-għola puntaġġ mill-Heats tal- ġurnata fejn assigura posthu fil-finali waqt li miegħu kkwalifikaw Johann Vella fuq Opel Nova, Kyle Agius fuq Renualt 5, Deane Farrugia fuq Citroen AX, Chris Formosa fuq Ford Fiesta u Quinn Camilleri fuq Peugoet 106. Ma tluq ta din il-finali rajna lil Vella flimkien ma Chircop jagħmlu ħrug tajjeb ħafna b'Vella jieħu t-tmun tat- tiġrija segwit min Chircop u Camilleri segwit min Agius u Formosa. l-attenzjoni marret fuq Farrugia fejn mill-aħħar post irnexxielu jissupera lil Formosa biex spiċċa isegwi lil Agius. It-taqtigħa kompliet bejn Agius u Farrugia li kienu qed jokkupaw it-tielet u r-raba' post fejn ftit metri qabel tmiem it-tiġrija, Farrugia daħal ma' ġenb Agius b'dan tal- aħħar jerġa' jagħmel tentattiv għal postu bil-konsegwenza li Farrugia għamel kuntatt ma' Agius u waqt din l-aħħar azzjoni Agius spiċċa qabad it-tyre barrier mal-ġenb tat-triq u nqaleb. Minkejja li kien jonqos biss xi 30 metru għall tmiem it-tigrija, it-tigrija twaqfet u ttieħdu il- prekawzjonijiet kollha. Agius ġie eżaminat mit-tim mediku li jkun preżenti fuq il-post. Ir-riżultat finali Autocross Standard spiċċa hekk: Vella jirbaħ din il-finali segwit min Chircop. Il-pożizzjonijiet l-oħra għad iridu jkunu magħrufa u kkonfermati mill-Kumitat Eżekuttiv wara li jirrevedi d-deċiżjoni tar-referi u jekk din tkun korretta, Farrugia jista' jiġi sospiż wara din l-azzjoni tiegħu waqt din il-finali. Intant, l-Assoċjazzjoni bħalissa qed tipprepara bis-sħiħ għall-24 edizzjoni tad-Demolition Derby b'risq l-Istrina. Din mistennija ssir fis-17 ta' Diċembru 2017 u tibda fit-3:30pm. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk. org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku: info@asmk.org.mt. Gary Grech fuq Opel Corsa Ritratt : Mario Micallef

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017