Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 Aħbarijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter TOWERS, FORTS & BATTERIES IN MALTA maltatoday TOWERS, FORTS & BATTERIES IN MALTA maltatoday w i t h M a l t aT od a y on S u n d a y €2.50 Order your copy with the maltatoday next Sunday Minn Mamo sa Coliero Preca... L-ILLUM tat ħarsa lejn il-karriera ta' kull President fl -istorja awtonoma tal-Maltin IT13 ta' Diċembru 1974. Ġurnata storika li naqqxet tragward ieħor għal din l-art tant ħelwa. Din kienet il-ġurnata illi fiha l-Maltin ma baqgħux jirreferu għar- Reġina Eliżabetta bħala l-Kap tal-Istat, iżda minflok, kellna President tar-Repubblika elett mill-Parlament Malti. Kien it-tieni stadju fil- proċess sabiex Malta tkun kompletament maqtugħa minn kull rabta mal-Imperu Ingliż, dan wara li fil-21 ta' Settembru 1964, Malta ngħatat l-Indipendenza. Però fit-13 ta' Diċembru 1974, niżlet darba għal dejjem il-Union Jack, u minflok bdiet tperper il-bandiera bajda u ħamra. Nhar l-Erbgħa li ġej jaħbat it-43 anniversarju minn din il-ġurnata storika. Fid-dawl ta' dan l-ILLUM, tat ħarsa lejn l-istorja u l-karriera ta' kull President li kellu l-unur, li jservi bħala Kap tal-Istat. Sir Anthony J. Mamo 1974-1976 Mamo kien l-ewwel President ta' Malta u l-uniku wieħed li ma kellux affiljazzjoni ma' partit politiku. Huwa kien ukoll l-aħħar Gvernatur Ġenerali, li rrappreżenta lir- Reġina Eliżabetta II qabel ma Malta saret repubblika. Hu wkoll, l-uniku ċittadin Malti li qatt ġie maħtur bħala tali. Fl-1976, huwa temm il-kariga ta' President u miet 32 sena wara fl-età ta' 99 sena. Anton Buttigieg 1976-1981 Dr. Anton Buttigieg, kien elett bħala deputat fil-Kamra tad-Deputati għall-ewwel darba fl-1955. Buttigieg, ġie elett fil-kamra tad-Deputati f 'kull elezzjoni li saret wara l-1955, sakemm fl-1976 hu rriżenja sabiex inħatar President tar- Repubblika ta' Malta. Buttigieg kien l-ewwel President li serva t-terminu sħiħ ta' ħames snin. Qabel ma serva bħala Kap ta' Stat, hu kien ukoll il-President tal-Partit Laburista, (1959-1961), kif ukoll Deputat Mexxej tal-istess partit, (1962-1976). Apparti dan Buttigieg kien poeta prolifiku u kittieb għat- Times of Malta. Huwa ħalla din id-dinja fl-1983 fl-età ta' 71 sena. Il-monument b'tifkira ta' Buttigieg jinsab il-Blata Bajda biswit il-kappella ddedikata lil San Ġorġ Preca. Agatha Barbara 1982-1987 Agataha Barbara, kienet l-ewwel President mara u l-ewwel mara li ġiet eletta fil-Parlament Malti. Bejn l-1955 u l-1958, Barbara serviet bħala Ministru tal-Edukazzjoni taħt Dom Mintoff. Bħala Ministru tal- Edukazzjoni (1955-1958), hija mexxiet diversi riformi fosthom, l-edukazzjoni obbligatorja full-time għat-tfal. Fl-1958 ġiet ikkundannata 43 jum ħabs 'b'xogħol iebes', minħabba s-sehem tagħha fi strajk nazzjonali, wara r-riżenja tal-Prim Ministru Mintoff. Barbara, kienet pijuniera għall-involviment tan- nisa fil-politika u nisa f 'pożizzjonijiet għoljin. Wara li ntemmet il-kariga tagħha bħala President hi rtirat ġewwa Ħaż-Żabbar. Hi mietet f 'Ħaż-Żabbar stess fl-4 ta' Frar, 2002, fl- età ta' 78 sena. Barbara qatt ma kienet miżżewġa, f 'intervista ftit qabel il-mewt tagħha għamlet dikjarazzjoni onesta dwar dan. "Kont irrealizzajt li ma setax ikolli kollox, imma kont naf ukoll li skont liema triq ħa nieħu se jkun hemm il-mumenti sbieħ u dawk koroh. Aċċettajt dak." Barbara hi wkoll l-unika President li wiċċha deher fuq is-serje l-antika ta' flus tal-lira Maltija. Agatha Barbara

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017