Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Senglea A ...................... 2 Naxxar L ........................ 1 SENGLEA Athletic kisbu rebħa ferm importanti meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta' 2-1. Huma fetħu l-iskor fl-ewwel okkażjoni denja ta' nota li ħolqu fil- 11-il minuta meta Nicola Palmieri għadda tajjeb lejn Peter Sammut u żmarkat, ikkontrolla l-ballun tajjeb qabel ma għeleb għal kollox lill-goalkeeper ta' Naxxar Lions Omar Borg permezz ta' xutt b'saħħtu mill-viċin. Ħames minuti wara, kross- shot tal-istess Peter Sammut għas-Sengleani ġie kklerjat f 'sigurtà b'diffikultà mid- difiża ta' Naxxar Lions. Is-Sengleani komplew jattakkaw u meritatament irduppjaw l-iskor man- nofsiegħa logħob meta wara li rċieva minn freekick ta' Gonzalo Nicoals Virano, għola tajjeb Nicola Palmieri li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix- xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar Lions, ħarġu ferm aħjar mill-ewwel taqsima u fit-48 minnuta, Duane Bonnici għadda tajjeb lejn Yuri De Jesus Messias li iżda mill-viċin xeħet barra. Huma komplew jattakkaw u fil-55 minuta, Duane Bonnici, dendel il-ballun lejn Yuri De Jesus Messias li ttanta xortih permezz ta' rovexxata minn ġol-kaxxa, iżda l-goalkeeper Matthew Farrugia, kien attent u rnexxielu jsalva. Il-Lions komplew jagħfsu u fil-64 minuta sabu x-xibka biex naqqsu l-marġni tal- iskor permezz ta' freekick dirett ta' Yuri De Jesus Messias, li ma ta l-ebda ċans lil Matthew Farrugia. Fit-78 minuta, freekick ta' Yuri De Jesus Messias, għal Naxxar Lions għal ftif ma qarraqx bil-goalkeeper Matthew Farrugia, li salva f 'żewġ tentattivi. Fil-ħin miżjud, Senglea Athletic, spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom is-sostitut Rene Augusto Casers wara li rċieva żewġ karti sofor. SENGLEA A. Farrugia, Vella, Bondin, Uyi, Leyton, Garzia, Vella, Virano, Vella (Paz 69'), Palmieri (Caseres 59'), Sammut (Bonnici 83') NAXXAR L. Borg, Fenwick, Grech, Micallef, Falzon (Ellul 75'), Bonnici, Cassar (Fenech 75'), Buhagiar, Oussenyou Ndoye, Cascaval, De Jesus Messias Referi Jude Amin Utulu YURI DE JESUS MESSIAS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba milll- ġurnalisti preżenti. Ilu jimmilita ma' Naxxar Lions għal dawn l-aħħar snin. Huwa wieħed mill- aqwa plejers barranin li jimmilitaw f'pajjiżna. Rebħa importanti għal Senglea Athletic Azzjoni mill-konfront bejn Senglea Athletic u Naxxar Lions Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017