Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 Il-Maġistrat Padovani kellha kliem iebes għal Degorgio Dak iż-żmien ukoll kien 'jgħix' fuq il-benefi ċċji soċjali għalkemm kien bouncer f 'Paceville Tkompli minn paġna 1 Alfred Degiorgio, li din il-ġimgħa mistenni jibda jinstema' l-każ fil-konfront tiegħu u ta' tnejn oħrajn bl- akkuża li flimkien magħhom kien wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia għandu passat li xi ftit jew wisq jorbtu ma' numru ta' serqiet mhux biss dik relatata ma' fergħa tal- bank HSBC f 'Santa Venera. Fil-fatt jirriżulta li l-'Fulu', kif inhu magħruf, għandu marbutin ma' ismu numru ta' serqiet, fosthom waħda lura għall-5 ta' Mejju 2003. Dakinhar Degiorgio għall- ħabta tal-4:00pm fis-Swieqi kien seraq handbag b'diversi affarijiet fih, fosthom Lm18,000 fi flus kontanti. Jirriżulta, mix-xhieda li kienet ingħatat fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Jaqueline Padovani, illi l-vittma ta' 64 sena kellha flus li kienu minn rifużjoni tat-taxxa. Liema flus kienu msarrfa mill-Bank Ċentrali fi blokka ta' 10 pakketti ta' 100 karta tal-Lm20 u numru ta' pakketti ta' flus oħrajn. Fix-xhieda kien irriżulta li fil-jiem sussegwenti Degiorgio, li anke dak iż- żmien kien bla impjieg u kien jgħix fuq il-benefiċċji soċjali għalkemm kellu impjieg bħala membru tas-sigurtà f 'bar f 'Paceville, kien beda jonfoq flus bl-addoċċ (Il-Qorti kienet użat il-kliem 'shopping spree'). Fosthom, infieq minn Casino f 'Buġibba, ħanut tal-ħwejjeġ fil-Belt Valletta u minn stabbiliment tal-bejgħ tal-karozzi. Minkejja dan, il-Qorti dakinhar kien sabitu ħati biss tas-serq u mhux li fil-fatt kien uża dawn il-flus misruqin biex jixtri t-tali oġġetti, anke jekk ix-xhieda kienet pjuttost komprensiva. Din kienet tinkludi nfieq ta' Lm300 f 'Casino f 'Buġibba, Lm120 fi ħwejjeġ u depożitu ta' 17-il karta tal-Lm20 fi stabbiliment tal-bejgħ tal-karozzi. Mix-xhieda tal-Ispettur Geoffrey Azzoprdi kien irriżulta, li l-handbag tal-mara li kien misruq inħaraq. Minn filmat CCTV li ttieħed tliet ijiem wara s-serqa fis-Swieqi jirriżulta li Degiorgio kien qiegħed jilgħab fuq il-mejda tar-Roulette u li kien l-uniku parteċipant li beda jitfa' karti tal-Lm20 fuq il-mejda tal- logħob. Dakinhar il-Maġistrat Padovani kellha kliem iebes għal Degiorgio; "stramb kif persuna diżokkupata u benefiċċjarja t'għajnuna socjali, tkun f 'qagħda illi tmur il-Casino u taħraq ċentinajja ta' liri Maltija; tkun f 'qagħda li tmur fuq shopping spree u saħansitra tixtri lbies iffirmat ta' Versace, flimkien ma' diversi oġġetti ta' lbies oħra għaliha, għall-partner u għat- tfal; u tkun f 'qagħda li tkun irjal tant illi tħallas kont ta' Lm549 għal terza persuna." Tliet xhur ilu jinħeles minn seba' akkużi, fosthom ta' serq ta' karozzi Imma din ma kinitx l-unika darba li isem Alfred Degiorgio spiċċa ħdejn akkużi ta' serq fil-qorti, dan hekk kif tliet xhur ilu biss inqata' każ illi fih kien qed jiffaċċja seba' akkużi. Fil-fatt il-'Fulu' kien akkużat b'serq ta' karozza tat-tip Ford Escort minn Triq it-Turisti fil-Qawra bejn it-2 u 3 ta' Awwissu tas-sena 2000, serq ta' vann Toyota minn San Pawl il- Baħar fl-istess lejl u serqa ta' karozza tat-tip Hyundai bejn is-6 u s-7 ta' Settembru 2000. Il-Qorti, mmexxija mill-Maġistrat Anthony Micallef Trigona ma kinitx sabitu ħati minħabba li 'ma nġiebu ebda provi li jorbtu lill-imputat ma' serq u ħsara ta' karozzi'. Minn studju li kien sar mill-espert Philip Gilhooley kienu nstabu marki tas-swaba' tiegħu ma' kaxxa partikolari bi spaga ħamra illi fiha kien hemm il-flus, taħt sodda f 'dar f 'Birżebbuġa. Il-Fulu, flimkien ma' ħuh George iktar kmieni din il-ġimgħa kienu arrestati u akkużati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia u ta' konfoffa kriminali, fost oħrajn. Iktar kmieni din il-ġimgħa l-midja Taljana żvelat ukoll kif kien George, magħruf bħala ċ-Ċiniż li bagħat l-sms fatali u li sploda l-bomba mwaħħla fil-karozza ta' Caruana Galizia. Flimkien ma' George u Alfred Degorgio tressaq ukoll Vince Muscat magħruf bħala l-'Koħħu'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017