Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet ġuf... Il-kontroversja tal-ħajja Il-kiri tal-ġuf u l-każ ta' 'Baby M' Il-Kiri tal-ġuf jew inkella 'surrogacy' hu meta mara ġġorr tarbija għal koppja li ma tkunx tista' tikkonċepixxi. L-ewwel kuntratt formali ta' dan it-tip tfassal fl-1976 fl-Amerika. Għaxar snin wara, "Baby M", spiċċa f 'nofs kontroversja nazzjonali, meta s-surrogat (il-mara li welldet it-tarbija) bidlet il-ħsieb tagħha u fetħet każ legali, mingħajr suċċess, għall-kustodja tat-tifel, li ġenetikament kien tagħha. Il-furur ta' dan il-każ wassal għal projbizzjonijiet fi New York u diversi stati oħra. Madankollu, skont Surrogacy UK, Għaqda karittativa, Brittanika, s'issa ma kien hemm l-ebda każi simili ta' 'Baby M' fl-Ingilterra f 'dawn mill-2002, li minn dak inhar 'l hawn madwar 180 tarbija twieldu bis-surrogacy. L-istess għaqda tinkoraġġixxi liż-żewġ partijiet fil-qbil biex isiru jafu lil xulxin għal mill-inqas tliet xhur qabel jippruvaw jikkonċepixxu. Nuqqas ta' qbil dwar xi ħaġa importanti sservi bħala twissija biex ma titkompliex. Is-Surrogacy huwa legali fir-Renju Unit, iżda, l-ebda parti fil-qbil ma tista' tkun involuta kummerċjalment, jiġifieri, tirċievi miżati għal kiri tal-ġuf. Apparti minn hekk, ir-reklamar għal kiri ta' ġuf mhux permess, is-surrogat jista' jirċievi biss ħlas biex ikopri l-ispejjeż li ġarrab meta kien tqil għall- ġenituri maħsuba tiegħu. Kiri tal-ġuf kummerċjalizzat huwa legali biss f 'xi Stati Amerikani, l-Ukranja u l-Ġorġja. Apparti minn hekk, persuni waħedhom huma projbiti milli jagħmlu użu minn surrogacy għalhekk bosta ċittadini Ingliżi, jivvjaġġaw sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan. Fir-Renju Unit ukoll, minn April 2010 kien possibbli wkoll għall-koppji tal-istess sess biex iwettqu surrogacy fir-Renju Unit. Ħlas għad-donazzjoni jew kumpens? Jekk taħseb li bil-possibbiltà ta' bank tal- isperma f 'Malta, tista' tbiddel il-karriera tiegħek u tintefa' taqla' l-ħobża ta' kuljum minn dawn it-tip ta' donazzjonijiet, aħsibha darbtejn. Dan għaliex is-sistema preżenti ta' donazzjoni fir-Renju Unit, ma tippermettix li l-banek tal-isperma u l-ova jħallsu lura lid-donaturi. Għaldaqstant, il-banek joffru lura £35 għal kull donazzjoni tal-isperma u £750 għal kull donazzjoni ta' ova. X'tgħid il-liġi Maltija? Kemm il-kiri tal-ġuf kif ukoll id-donazzjoni tal-gamita huma illegali f 'Malta. Dan għaliex id- donazzjoni tal-isperma jew inkella tal-bajd u l-kiri tal-ġuf imorru kontra dritt ta' identità ta' kull wild, skont l-artiklu 8 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal- Ġnus Magħquda li daħlet fis-seħħ fit-2 ta' Settembru 1990 u li bażikament tgħid li "L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id- dritt tat-tfal li jippreservaw l-identità tagħhom, inklużi n-nazzjonalità, l-isem u r-relazzjonijiet familjari kif rikonoxxuti mil-liġi mingħajr indħil illegali. Meta t-tfal ikunu mċaħħda illegalment minn xi elementi jew mill-elementi kollha tal-identità tiegħu, l-Istati Partijiet għandhom jipprovdu assistenza u protezzjoni xierqa, bil-għan li jerġgħu jistabbilixxu malajr l-identità tiegħu jew tagħha." Min jista' jagħmel użu mill-IVF f 'Malta? L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun tal-2012 jagħmilha ċara li l-IVF jista' jingħata lil koppji eterosesswali li huma miżżewġin jew f 'relazzjoni 'stabbli'. Koppji omosseswali ma jistgħux jużaw l-IVF. Persuni waħedhom ma jistgħux jużaw għal darboħra jużaw l-proċess ta' IVF. Il-ġimgħa dieħla, il-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn id-donazzjoni tal-gamita, il-kiri tal-ġuf u mistoqsijiet etiċi u politiċi relatati magħhom. Se ngħatu ħarsa wkoll lejn il- pożizzjoni tal-partiti politiċi f 'Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017