Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 29 AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT minn Cristian Antony Muscat Balzan ......................... 1 Hibernians ................... 0 BALZAN kisbu rebħa dramatika iżda minima ta' 1-0 kontra Hibernians. Il-Pawlisti ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota fis-36 minuta hekk kif ħarba tajba ta' Dunstan Vella illi qasam nofs il-grawnd, baqa' dieħel u għadda tajjeb lejn Johann Bezzina illi minn pożizzjoni ferm tajba xeħet il-ballun barra. Balzan irrispondew mal-45 minuta meta xutt b'saħħtu ta' De Fiori Mendes ġie mxellef minn difensur ta' Hibs għal korner, bll- ewwel taqsima ferm kwieta tispiċċa fi draw ta' 0-0. Fil-55 minuta Balzan ħolqu l-periklu hekk kif Bojan Kaljevic kellu l-ballun ma' saqajh u b'xutt b'saħħtu ra t-tenttativ tiegħu jgħaddi jħakkek mal-lasta. Fid-59 minuta, freekick ta' De Fiori Mendes għal Balzan bil-ballun jispiċċa barra. Bil-gowlkiper Ivan Janjusevic ta' Balzan illi kien qed izappap għal ħafna mill-partita, jipprova ċ-ċans tiegħu Johann Bezzina illi b'xutt minn barra l-kaxxa fis-77 minuta l-ballun jispiċċa barra. Hekk kif ir-riżultat baqa' ma żblukkax ruħu, il-kowċ Balzani Marko Micovic daħħal jilgħab lil Alex da Paixao Alves u din il-mossa ħalliet il-frott mixtieq meta propju mad-90 minuta skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa. Kien kontrattakk veloċi mibdi minn Bojan Kaljevic bil- ballun jasal għand l-istess Alex da Paixao Alves illi ġera ġirja tajba u b'xutt fil-baxx xeħet wara Andrew Hogg. Balzan Janjusevic, Bezzina, Serrano Valero, Effiong, Ljubomirac (Da Paixao Alves 69'), Fenech, Kaljevic, Giglio de Oliveira, Fenech, De Fiori Mendes (Johnson 90'), Arab (Grioli 88') Hibernians Hogg, Vella, Kreuzriegler, Da Gracia Gomes, Lima, Soares (Degabrile 90') Dias, Kristensen, Failla (Sahanek 76'), Bezzina, Elias dos Santos (Mbong 82') Referi Matthew De Gabriele JACKSON LIMA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm spiċċa fuq in-naħa telliefa, kien l-aħjar player fil-ground. Huwa fost l-aqwa plejers fil-futbol Malti. Balzan jiksbu rebħa drammatika konta Hibernians Clayton Failla segwit minn Samir Arab Ritratt - Dominic Borg West Ham United jaħsdu lil Chelsea WEST Ham United ġewwa darhom ħasdu lil Chelsea meta għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0. Il-gowl tal-Hammers kien skurjat minn Marko Arnautovic wara biss sitt minuti logħob. Intant. f 'partita oħra, Totttenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu lil Stoke Ciy bl-iskor kbir ta' 5-1. Huddersfield Town ukoll ġewwa darhom għelbu lil Brighton & Hove Albion bl-iskor ta' 2-0. Swansea City wkoll ġewwa darhom għelbu lil WBA bl-iskor minimu ta' 1-0. Crystal Palace u AFC Bournemouth temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2. Dan sabiex Burnley għelbu lil Watford bl-iskor minimu ta' 1-0. Marko Arnautovic jifraħ bil-kbir wara li skorja l-gowl tant importanti kontra Chelsea RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 9 ta' Diċembru West Ham United vs Chelsea 1-0 Burnley vs Watford 1-0 Crystal Palace vs AFC Bournemouth 2-2 Huddersfield Town vs Brighton & Hove A. 2-0 Swansea City vs WBA 1-0 Tottenham H. vs Stoke C. 5-1 FIXTURES Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 13:00 Southampton vs Arsenal 15:15 Liverpool vs Everton 17:30 Manchester U. vs Manchester C. Kampjonat Serie A TIM 12:30 Chievo Verona vs Roma 15:00 SPAL 2013 vs Hellas Verona 15:00 Napoli vs Fiorentina 15:00 Udinese vs Benevento 18:00 Sassuolo vs Crotone 20:45 AC Milan vs Bologna It-Tnejn 11 ta' Diċembru 19:00 Genoa vs Atalanta 21:00 Lazio vs Torino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017