Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281
15 Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Mela tajba din Manwel! Mela dak Manwel Delia dak il-pompuż jaħseb li hu xi ħaġa, ħareġ bl-argument imqanżaħ li jekk canvaser jew driver jinstab li huwa ħalliel jew inkella qed jaffaċċja proċeduri kriminali mela 'it follows' li l-ministru għandu jirriżenja. Kien qed jirreferi ovjament għal Evarist Bartolo. Tajba Manwel bl-istess argument mela x'kellu jagħmel il-Ministru tiegħek Austin Gatt meta ċ-Chairman tal-Enemalta spiċċa arrestat. Ma għandekx kliem hux? Ma jimpurtax. Caoilfhionn Gallagher Jien ħadt pjaċir li din l-avukatessa mill-Irlanda aktar magħrufa għall-fatt li taħdem favur l-abort kitbet li l-Pulizija Maltin kissru d-drittijiet tal-bniedem u għandhom l-ewwel ineħħu d-Deputat Kummissarju Silvio Valletta u mbagħad jiskużaw lill-familja. Tajjeb tassew, hekk għandu jkun b'mod speċjali wara li l-familja, insomma r-raġel ta' Daphne, ġie infurmat mill-pulizija quddiem Jason Azzopardi bid-dettalji kollha tal-każ. Ta' min ifakkar li din l-avukatessa qed tiġġieled għad-drittijiet ta' Silvio Berlusconi biex ikun jista' jipparteċipa fl-elezzjonijiet tal-Italja. Il-Jason tagħna Niggustah lil Jason tagħna. L-ewwel jiltaqa' mal-pulizija u mal-familjari ta' Daphne Caruana Galizia. Fejn jiġi infurmat bil-każ kollu. Imbagħad narawh ma' xi ġurnalisti Taljani l-qorti. Imbagħad jidhru kumbinazzjoni żewġ stejjer fil-Messaggero u La Repubblica u mbagħad ħoll xagħrek u ġib iż-żejt jikkundanna l-leaks lill-media. Chi parla! Ara vera jrid ikollok wiċċek u ****** l-istess tafux. Kont se ninsa biex forsi nfakkar lil Dottor Azzopardi jiftakar ma' min kien qed jieħu kafè xi ftit ġranet ilu? Addio financial services? Isimgħuni li s-soċjalisti tal-Ewropa qed jagħmlu pressure biex Malta tiġi ddikjarata 'tax haven' mhix aħbar sabiħa. Miskina Miriam Dalli ma kinetx taf x'ser tgħid. Ejja nammettu li Malta mhix eżemplari f 'din il-kwistjoni. U ejja naċċettaw il-fatt li din ilha ġejja u l-Partit Laburista għandu kriżi kbira ta' kuxjenza hawn. Irridu nammettu li fuq din il-kwistjoni kulħadd qisu jaqbel li jekk il-financial services jispiċċaw minn Malta verament immorru l-baħar. Il-Pierinu nru. 2 Mela Pierinu Portelli għamel like ta' post ta' Frank Psaila fejn dan staqsa kif il-media barranija taf aktar milli nafu aħna. Elementary Sur Pierinu staqsi lil dak li qiegħed fil-paragrafu ta' fuq. Fil-fratemp Sur Pierinu tista' tgħidilna x'qed jiġri fl-istamperija: Adrian orrajt, jew qed jibjadlu xagħru. Let us know ta! 'L-assasinju ta' DCG ħoloq sens ta' inċertezza f 'Malta' Il-fondazzjoni Aditus tikkummenta fuq is-sitwazzjoni 'prekajra f 'pajjiżna' ILFONDAZZJONI Aditus, saħqet li l-qtil makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ħoloq sens ta' inċertezza f 'pajjiżna, "minħabba l-bosta fatturi fiżiċi u psikoloġiċi ta' dan il- qtil fuq is-soċjetà Maltija." Aditus qalet dan kollu fi stqarrija lbieraħ, fl-okażżjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lid-drittijiet tal- bniedem. Il-fondazzjoni Aditus li ġiet imwaqqfa lura fl-2011, minn grupp ta' avukati żgħażagħ bl-għan li jiġu żgurati d-drittijiet tal-bniedem f 'Malta, qalet li, "mhumiex sodisfatti li l-kwistjonijiet li huma inkwetati fuqhom mhumiex jiġu mħarsa mill- awtoritajiet ikkonċernati speċjalment f 'dawl ta' vittmi ta' mibgħeda minn l-istess awtoritajiet li suppost jipprevenu dan." Il-fondazzjoni kompliet tisħaq fuq l-importanza li s-soċjetà tifhem l-importanza tad-difensuri tad-drittijiet umani. Aditus qalet ukoll li jekk nittoleraw dan l-abbuż kontinwu, bħala soċjetà nkunu qegħdin mhux biss noffendu l-prinċipji tad- driittijiet tal-bniedem iżda nkunu qegħdin inkomplu nimmarġinalizzaw il- komunità tagħna. Aditus ikkummentat ukoll fuq "il-qagħda prekarja tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f 'Malta, filwaqt li sejħet għal aktar "rispett għax-xogħol tagħhom fil-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għat-titjib totali tal-pajjiż." Fl-aħħar nett huma appellaw lill-Maltin, biex jerġgħu jikkunsidraw il- pożizzjoni tagħhom rigward ir-relazzjoni mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem. Il-valur ta' Bitcoin jaqbeż is-$16,000 MINN Liam Carter ILVALUR tal-Bitcoin qabeż il-limitu ta' $16,000 għall-ewwel darba din il-ġimgħa, tragward ieħor għad-dinja tal-muniti diġitali. Fil-bidu tas-sena 2017, valur ta' munita waħda kien dak ta' $800. F'Settembru li għadda, dan tela' għal $3,500 fejn kompla tiela' għall-prezz attwali tal-lum. Lura għal Awwissu, wara li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA kienet ħarġet stqarrija li fiha elenkat il- perikli ta' tranżizzjonijiet b'muniti diġitali, l-ILLUM kienet intervistat lil Dario Azzopardi Kap Eżekuttiv tal-kumpanija 3Group, li kien sostna li 'm'hemm ħadd kompetenti biex jitkellem dwar il-kunċett Bitcoin fl- MFSA'. Madankollu, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri kien sostna mal-ILLUM, l-MFSA, qiegħda tistudja l-possibilità li tibda tirregola l-krytpocurrencies bħal Bitcoins. Mal-ILLUM, Schembri kien saħaq ukoll, fuq l-importanza l-gvern qed jagħti lis-settur tal-Fintech fejn l-għan prinċipali huwa li "Malta tkun l-ewwel pajjiż li jadotta teknoloġija tal- blockchain." Intant lura f 'Settembru, il-kap ta' JP Morgan, Jamie Dimon, qal li l-Bitcoin hi frodi u bużżieqa li se tisplodi. Skontu l-munita diġitali kienet biss tajba għall-użu min-negozjanti, qattiela u nies li jgħixu f 'postijiet bħall-Korea ta' Fuq.