Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 ISSEDUTA parlamentari ta' nhar it-Tlieta 13 ta' Novembru kienet evidenza ċara li l-kiri tal-ġuf (Surrogacy) u d-donazzjoni tal-gamita, jiġifieri d-donazzjoni tal-ova jew l-isperma ċertament se jkunu żewġ kwistjonijiet li fil-futur qrib se jqanqlu klima ta'dibattitu f 'pajjiżna. Dawn il-kwistjonijiet iddominaw is-seduta hekk kif id-deputati tal-gvern skrutiniżaw mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista. Din kienet immottivata mill-att legali tal-Gvern li ppropona lura f 'Mejju 2017, li bażikament se jkun qed jagħti 100 siegħa frank lil koppji liżbjani li jgħaddu minn proċess ta' IVF barra l-pajjiż. Fid-dawl ta' dan, il-gazzetta ILLUM, indagat fir-realtà ta' din il-kwistjoni. Billi tat ħarsa lejn is-sitwazzjoni ta' kiri ta' ġuf u donazzjoni tal-gamita fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. L-ILLUM, irriċerkat il-proċess ta' donazzjoni, il-liġi fis-seħħ u dik proposta, min hu eliġibbli biex jagħti jew jirċievi donazzjoni kif ukoll il-bosta kwistjonijiet soċjali, etiċi u reliġjużi madwar dan kollu. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Għall-bejgħ: sperma, bajda u ġuf... Ir-riproduzzjoni hija kontroversja ta' dejjem, id-donazzjoni tal-isperma, il-bajda u l-kiri tal-ġuf lil dawk li ma jistgħux ikollhom tfal toff ri dilemma politika u morali. L-ILLUM tagħti ħarsa profonda lejn dawn it-tliet kwistjonijiet f 'analiżi maqsuma fi t-tnejn Kemm wieħed jaqbad u jagħmel donazzjoni? L-ILLUM tat ħarsa lejn l-operat ta' bank fir-Renju Unit li jaħżen kemm l-isperma kif ukoll l-ova. Dan il-bank jitlob li, id-donatturi prospettivi jilħqu bosta kriterji sabiex ikunu jistgħu jagħmlu din id-donazzjoni. Ċertu rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti mill-Awtorità tal-Fertilizzazzjoni u l-Embrijoloġija tal-Bniedem (HFEA) tar-Renju Unit. L-ewwel nett il-Bank jeżamina l-applikanti biex ikunu żguri li huma b'saħħithom, mingħajr kundizzjonijiet mediċi serji u li għandhom biżżejjed sperma ta 'kwalità tajba biex jipproduċu. Il-bank iħares ukoll lejn l-istorja tal-familja ta' applikant u jaċċerta ruħu jekk ikollhomx kundizzjonijiet ġenetiċi familjari li jkunu ta' detriment lill-ulied prospettivi fil-futur. Hemm ukoll eżami fiżiku, testijiet tad-demm għall-iskrin ta' mard infettiv u fl-aħħar nett l-ittestjar tal-isperma. Dan l-aħħar test jinvolvi l-applikant li jipproduċi kampjun f 'wieħed mill- kmamar tal-bank u mbagħad jagħtih lill-bank tal-isperma għall-ittestjar immedjat mal-androloġist. Id-donaturi jistgħu jiġu mistoqsija dwar il-personalità, l-edukazzjoni, il-passatempi u anki d-drawwiet ħżiena tagħhom biex tinbena stampa sħiħa. Fil-każ ta' donazzjoni ta' ova, id-donaturi għandhom ikunu bejn l-etajiet ta' 18 u 35 sena, ma jpejpux, bi provvista tal- bajd fil-medda normali, bl-ebda storja ta' mard trażmissibbli sesswalment jew dak ġenetiku u notevolment bla ebda storja ta' rispons baxx għall-istimulazzjoni tal-ovarji għall-IVF. L-anonimità tad-donatur hi sigura? Jekk nieħdu l-liġi Ingliża bħala punt ta' referenza, l-anonimità tad-donaturi hi mistoqsija li taf tbeżża' donaturi prospettivi. Dan għaliex l-istess liġi tippermetti lit-tfal imwielda mid- donazzjonijiet tal-isperma aċċess għal informazzjoni dwar id-donatur. Dan minħabba raġunijiet mediċi, soċjali u emozzjonali. Il-liġi teħtieġ li d-donaturi jirreġistraw kemm informazzjoni li ma tidentifikax, bħal karatteristiċi fiżiċi,sfond mediku u kif ukoll informazzjoni ta' identifikazzjoni bħal l-isem, kunjom u d-data tat-twelid. Din l-informazzjoni hija pprovduta lill-klinika u maħżuna b'mod kunfidenzjali. Kwalunkwe individwu kkonċeput bl-isperma tad-donatur għandu d-dritt li jitlob informazzjoni li ma tidentifikax lid-donatur mill-età ta' 16-il sena u informazzjoni li tidentifika lid-donatur mill-età ta' 18-il sena. Madankollu, il-liġi tgħid ukoll li d-donaturi tal-isperma m'għandhom l-ebda responsabbiltà legali jew finanzjarja għal kwalunkwe tifel imnissel bl-użu tal-isperma tagħhom.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017