Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281
Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Intervista 13 t-traditur ta' Malta, mela jien!" "Riżultat elettorali ma jagħmilx dak li kien ħażin, tajjeb" Minkejja dak kollu li qed jgħid Casa u l-PN, għal ħafna xhur il-Partit Laburista rebaħ erba' elezzjonijiet fuq bażi nazzjonali b'distakk ta' akbar minn 33,000 vot. Il-PN kiseb l-agħar riżultat li qatt kiseb storikament, f 'Ġunju li għadda b'distakk ta' 36,000 kontrih. Allura dan ma jfissirx li l-poplu rreġetta l-argumenti ta' Casa u tal-PN, għal darba, darbtejn, tlieta? Casa jinsisti b'qawwa iżda, "li dak li hu ħażin jibqa' ħażin u l-ebda riżultat elettorali ma jista' jġibu tajjeb." Dejjem skont Casa, il-popolarità tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat baqgħet soda għaliex "il- gvern xtara l-voti. Nofs l-armata ġiet promossa, biss biss. Skandli kbar saru f 'Għawdex, ingħataw balla permessi." Casa żvela mal-ILLUM, li 'xiri ta' voti' kien punt li s-Civil Society Network qajmet waqt il-laqgħa tagħhom mad-delegazzjoni tal-MPE f 'Malta, filwaqt li qal ukoll li l-istess organizazzjoni għaddiet evidenza lill- istess delegazzjoni. Minn kandidat Laburista għal maġistrat? Induru fuq il-proposta tal-PN li l-Kummissarju jinħatar biż-żewġ terzi tal-Parlament. Għaliex, f 'daqqa waħda għall-PN, is-sistema preżenti li ilha fis-seħħ żmien inkluż taħt kull amministrazzjoni Nazzjonalista, saret ħażina? "Li sar fil-passat mhuwiex ħażin, naturalment trid tevolvi, dawn l-istituzzjonijiet illum bħall-FIAU, l-MFSA li suppost qed jagħmlu xogħol importanti huma kollha mkissra, trid tibqa' tevolvi għalhekk naqbel li l-mod ta' kif jinħatar kummissarju tal-Pulizija għandu jinbidel. Din kienet ukoll wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista," qalilna Casa. L-MPE, kompla jsostni li llum ninsabu f 'sitwazzjoni f 'pajjiżna fejn, "tkun kandidat fl-elezzjoni mal- Partit Laburista, ma titlax u tispiċċa Maġistrat." Minkejja din l-istqarrija Casa xorta stqarr li għandu fiduċja fil-Qrati Maltin. "Għallinqas qed inserrħu rasna ili l-maġġorparti tal-imħallfin li dejjem qdew dmirhom anke dawk li mhux ġejjin mill-partit tiegħi." "Hemm indħil politiku sfaċċat fil- PBS" Reċentement, waqt seduta parlamentari li ddiskutiet ir-riforma proposta għal-liġi tal-istampa, fl- intervent tiegħu Simon Busuttil qal li "l-Gvern jikkontrolla l-istazzjon nazzjonali" jiġifieri l-PBS u li "l-Gvern jipprova jixtri l-midja indipendenti bir-riklami." David Casa, jemmen li hemm indħil jew pressjoni mill-gvern fuq il-midja indipendenti? Apparti mill-Qrati, il-midja toffri tama għall-David Casa hekk kif skontu dawn, "iż-żewġ istituzzjonijiet, effettivament jiskruttinizzaw xogħol il-politiċi. Skontu, hi ċara li ċertu gazzetti 'indipendenti' għandhom indħil poltiku, apparti minn hekk, Casa saħaq li l-istazzjon nazzjonali ċertament mhux ħieles mill- indipendenza. "Hemm indħil sfaċċat fil-kontroll tal-aħbarijiet tal-PBS, il-kap tal- aħbarijiet jimxi b'mod li mhux ġust," allega Casa fuq Reno Bugeja. Din mhux l-ewwel darba illi l-PN jew xi ħadd fi ħdanu attakka jew poġġa fid- dubju lil Bugeja u l-irwol tiegħu fil- PBS. Minkejja dan l-istess PN qatt ma ntrabat li jġiegħel lil Bugeja jirreżenja jekk ikun fil-Gvern. "Keith Schembri jrid jirrispondi l-mistoqsijiet fi Brussel" Staqsejna lil David Casa x'se jkun l-eżitu ta' din iż-żjara tal-MPE f 'Malta li kienet għadha kemm intemmet. Casa informa lill-ILLUM, li waħda mill-miżuri li se jieħdu bħala delegazzjoni se tkun jappellaw lill- Kummissjoni Ewropea fuq xi tibdil li jrid jsir f 'Malta filwaqt ukoll li se jagħmlu ċertu talbiet sabiex ċertu nies jew inkella ma' dawk li ma ltaqgħux magħhom Malta. Fost l-oħrajn Casa żvela kif id- delegazzjoni se tkun qed tagħmel talba biex il-Kap Eżekuttiv tal-Bank Pilatus, Seyed Ali Sadr Hasheminejad jitla' Brussell u jirrispondi mistoqsijiet dwar l-operat tal-bank f 'Malta. Casa, aċċerta lil din il-gazzetta li min- naħa l-oħra hu se jaċċerta li tinħareġ stedina biex anke ċ-Chief of Staff tal- PM jitla' Brussell u ċ-Chief of Staff tal- PM, Kieth Schembri jitilgħu Brusell sabiex jirrispondu xi mistoqsijiet pendenti "għax mhux kuntenti bir- risposti tiegħu, jien speċjalment. Jien se nkun l-ewwel wieħed li nitlob lil Schembri jiġi u jagħti l-veduti tiegħu." Nhar il-Ħadd li ġej l-ILLUM se tippubblika intervista mal-MPE Miriam Dalli David Stellini "M'għandix konferma li l-Pulizija qed tiġi mmexxija minn Ministri, però hi stramba li f 'erba' snin jinbidlu ħames kummissarji" " "