Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 24 Biogra ja minn Alfred Consiglio E rnest Henri Granger twieled f 'Mortagne, Franza, fl-20 ta' April 1844 f 'familja bi sfond raħli. Huwa studja f 'Versailles però waqaf u ddedika ħajtu għal attiviżmu politiku. Fl-1866 kien arrestat għall- ewwel darba u akkużat b'sedizzjoni. Kien f 'dan iż-żmien li sar involut fis- soċjetajiet rivoluzzjonarji organizzati mill-veteran xewwiexi Louis-Auguste Blanqui (1805-1881). Flimkien ma' Gustave Tridon (1841-1871) u Émile Eudes (1843-1888), huwa ppjana l-waqgħa tal- Imperu Franċiż. Fl-14 ta' Awwissu 1870 il-Blanquisti attakkaw, ippruvaw jaħtfu maħżen militari u jqanqlu qawmien popolari. Il-kolp kien prematur, iżda ftit wara seħħet il-waqgħa ta' Napuljun III. Granger kien fost il-folla li invadiet l-Assemblea Leġislattiva fl-4 ta' Settembru 1870. Bejn l-1870 u l-1871 Granger kien koeditur u kontributur tal-ġurnal "La Patrie en Danger". Huwa mexxa l-159 Battaljun tal-Gwardji Nazzjonali u pprova li jqanqal lill- Franċiżi biex jirreżistu l-armata Ġermaniża. Fil-31 ta' Ottubru l-battaljun ħa sehem fl-okkupazzjoni tal- Hôtel de Ville. Granger ħa sehem fil- Komun ta' Pariġi bħala rappreżentant tal-fazzjoni Blanquista, u kellu x-xogħol li jsib u jeħles lil Blanqui mill-ħabs. Mal-waqgħa tal-Komun, Granger ħarab lejn Londra u baqa' hemm sakemm ingħatat amnestija. Fil-bidu tas-snin 1880ijiet huwa kien wieħed mill- edituri ewlenin tal-ġurnal "Ni Dieu ni Maître" (La Alla lanqas Sid). Il-Blanquisti niedew kampanja għall- ħelsien tal-mexxej tagħhom, li nħeles fl-1880 u beda jgħix ma' Granger. Granger, flimkien ma' Édouard Vaillant (1840- 1915), waqqaf il-Kumitat Ċentrali Rivoluzzjonarju. Madankollu, l-ideoloġija Blanquista, f 'dan iż-żmien, kienet taħlita instabbli ta' repubblikaniżmu Ġakobin radikali, soċjaliżmu ugwalitarju, antiklerikaliżmu, xoviniżmu nazzjonali ferventi u kurrent qawwi ta' xenofobija u antisemitiżmu. Il-korsa tal-ġrajjiet għamlet din it-taħlita evidenti li elementi ta' din it-taħlita ideoloġika kienu f 'kunflitt ma' xulxin. Fazzjoni minnhom aċċentat fuq il-wirt soċjalista ta' Blanqui u resqet viċin tal-partit marxist ta' Jules Guesde (1845-1922), tirriġetta l-antisemitiżmu u tħaddan il-prinċipji internazzjonalisti tas-soċjaliżmu. Din kienet it-triq ta' Vaillant. Fazzjoni oħra resqet lejn id-direzzjoni ta' nazzjonaliżmu u antisemitiżmu aħrax. Din kienet it- triq li ħa Granger. Il-kunflitt bejn il- Vaillantisti u l-Grangeristi baqbaq għal xi żmien, u intensifika bil-popolarità tal-Ġeneral Georges Boulanger (1837- 1891), li kien daħal għal kampanja qawwija għal revizzjoni tal-kostituzzjoni. Granger u s-segwaċi tiegħu telqu mill-Kumitat u ffurmaw il-Kumitat Ċentrali Soċjalist- Rivoluzzjonarju, filwaqt li Vaillant u sħabu bdew jissejħu l-Partit Soċjalista- Rivoluzzjonarju. Granger beda jersaq lejn kurrent ta' nazzjonaliżmu. Fi żmien l-1880 Granger kien kontributur tal-ġurnal "L'Intransigeant". Granger kien elett membru tal- Assemblea Nazzjonali fl-1893. L-Affari Dreyfus kompliet tifred lil Granger mix-xejra dominanti tas- soċjaliżmu Franċiż; il- maġġoranza tas-soċjalisti appoġġaw lil Alfred Dreyfus (1859-1935), l-Uffiċjal Lhudi akkużat b'mod falz li kien spija tal-Ġermanja. Granger ikkundanna lil Dreyfus bħala traditur, u l-affari imbuttatu fil-kurrenti li wittew it-triq għal faxxiżmu fi Franza. Granger ma għexx biex jara l-ġrajja li waslet għal tqanqil ta' nazzjonaliżmu fi Franza u madwar l-Ewropa, taqsam l-internazzjonaliżmu u l-antimilitariżmu tat-Tieni Internazzjonal, u qasmet lill-moviment soċjalist fl-Ewwel Gwerra Dinjija f 'Awwissu 1914. Ernest Granger miet fil-21 ta' Mejju 1914. Ernest Granger (1844-1914) Patrie en Danger". Huwa mexxa l-159 Battaljun tal-Gwardji Nazzjonali u pprova li jqanqal lill- Franċiżi biex jirreżistu l-armata Ġermaniża. Fil-31 ta' Ottubru l-battaljun ħa sehem fl-okkupazzjoni tal- Granger ħa sehem fil- Komun ta' Pariġi bħala rappreżentant tal-fazzjoni Blanquista, u kellu x-xogħol li jsib u jeħles lil Mal-waqgħa tal-Komun, Granger ħarab lejn Londra u baqa' hemm sakemm ingħatat amnestija. tal-ġurnal "Ni Dieu ni Maître" (La Alla lanqas Sid). Il-Blanquisti ma' xulxin. Fazzjoni minnhom aċċentat fuq il-wirt soċjalista ta' Blanqui u resqet viċin tal-partit marxist ta' Jules Guesde (1845-1922), tirriġetta l-antisemitiżmu u tħaddan il-prinċipji internazzjonalisti tas-soċjaliżmu. Din kienet it-triq ta' Vaillant. Fazzjoni oħra resqet lejn id-direzzjoni ta' nazzjonaliżmu u antisemitiżmu aħrax. Din kienet it- triq li ħa Granger. Il-kunflitt bejn il- Vaillantisti u l-Grangeristi baqbaq għal xi żmien, u intensifika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017