Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 35 Minkejja kollox xorta rnexxielu jiskorja 10 gowls f 'din il-kompetizzjoni tant illi żied unur ieħor fil-kollezzjoni vasta tiegħu, dak taż-żarbun tal-bronz. Attwalment huwa jokkupa l-ewwel post tal-aqwa skorer ta' kull żmien tat- Tazza tad-Dinja meta skorja total ta' 48 gowl. Mhux ta' b'xejn illi Falcao huwa meqjus minn ħafna bħala l-alla tal- futsal modern u kontemporanju! Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futsal? Il-Futsal fil-Brażil huwa ferm komuni kemm fil-postijiet fejn jilagħbu kif ukoll fl-iskejjel fejn jattendu eluf ta' studenti. Għalhekk minn meta tifel ikun żgħir jiġi espost għal-logħba tal-ballun hekk kif hija xena ta' kuljum li tara t-tfal jilagħbu xi logħba futbol kemm barra kif ukoll ġewwa. M'hemmx dubju illi għalija kienet ħaġa naturali illi naqbad il-logħba tal-futsal għax trabbejt f 'dan l-ambjent minn meta kont għadni ta' età tenera. Kif komplejt tiżviluppa din il- karriera tiegħek fil-futsal? Din il-karriera tiegħi mxiet 'il quddiem għax ħadt dan l-isport bis- serjetà b'ħafna taħriġ u sagrifiċċji kbar. Irsistejt kemm flaħt biex wasalt fejn wasalt. Waqt il-logħob kont nuri ħafna ħeġġa u m'hemmx xi ngħidu bdejt inkun ta' għajnuna għat-tim nazzjonali Brażiljan u anke għall-klabbs illi lgħabt magħhom. Meta bdiet il-midja soċjali tista' tgħid illi ismi kompla jinxtered aktar u jien kburi illi qed inkun ta' eżempju għal tfal u żgħażagħ illi jixtiequ jieħdu din il-karriera b'aktar serjetà. Jista' plejer tal-futsal ikun tajjeb fil- futbol jew viċe-versa? Iva, jista' jkun illi plejer tajjeb tal-futsal ikun jista' jilgħab futbol u jagħmel dan mill-aħjar li jista'. Nafu illi hemm ħafna plejers Brażiljani illi jinsabu mat-tim nazzjonali illi bdew il-karriera tagħhom fil-futsal. Anzi din il-logħba tagħtik iċ-ċans illi tiżviluppa u ttejjeb il-ħiliet individwali u kollettivi tiegħek li mbagħad tista' tużahom fil-logħba ta' 11-a-side. Minkejja kollox jista' jkun illi bħalma ġara lili, jien stajt għamilt karriera fil-futbol iżda ppreferejt nilgħab il-futsal għax kien aktar għal qalbi. Dan huwa sport dinamiku u veloċi fejn trid taħseb immedjatament ħalli tieħu deċiżjoni f 'waqtha. Għalhekk nasal biex ngħid illi meta plejer tal-futbol jiġi biex jilgħab il-futsal, mhux ser isibha daqshekk faċli jintegra mal-ewwel minħabba illi l-pass tal-logħba huwa ferm differenti mill-futbol. F'Malta wkoll għandna plejers Brażiljani illi jilagħbu l-futsal fejn fost l-oħrajn insemmu lil Veve u anke Raphinha. Kemm taħseb illi jista' jgħin il-plejer Brażiljan fil- logħba tal-futsal Maltija? Jien personalment nafhom lil dawn il-Brażiljani illi semmejt. Plejer mill-Brażil jista' jżid aktar il-livell tal-futsal f 'pajjiż partikolari għax jaf sew il-logħba, għandu għarfien tagħha kemm mil-lat fiżiku kif ukoll dak tattiku u għalhekk jien ġejt f 'pajjiżkom sabiex inkompli nippromwovi din il-logħba tant sabiħa. Kellimni dwar l-esperjenza qasira illi kellek meta lgħabt il-futbol fil- Brażil. Kif għedtlek diġà jien kont nilgħab il-futbol mal-klabb ta' Sao Paulo f 'pajjiżi stess. Dan kollu ġara fis- sena 2005 meta jien kelli 28 sena. Għalkemm kelli ċertu suċċessi u lgħabt ħafna drabi mal-ewwel tim, il-futsal baqa' f 'qalbi tant illi ma tantx domt sabiex erġajt qlibt lura għal dan l-isport. Kellimni wkoll dwar l-esperjenza tiegħek meta lgħabt mat-tim tal- futsal Ingliż Nottingham Forest. Kien żmien ferm qasir illi qattajt ma' dan il-klabb, żmien fejn kien intensiv ħafna u fl-istess ħin tajt kontribut sabiex inxerred aktar il-kultura tal-futsal fl-Ingilterra. Niftakar illi kont ħadt sehem magħhom f 'turnament fil-Kuwajt. Xorta naħseb li tajt kontribut siewi f 'dak li għamilt. Semmejt it-tixrid tal-kultura tal- futsal f 'pajjiżi oħra. X'qed tagħmel bħalissa sabiex dan kollu jkompli jikber? Il-missjoni tiegħi issa li bdejt nikber hekk kif għalaqt l-erbgħin sena hi li ndur id-dinja u nkompli nkabbar l-għarfien tiegħi lejn dan l-isport filwaqt illi fejn diġà hemm bażi tajba, bħalma hawn f 'Malta, nkomplu nħajru aktar żgħażagħ jilagħbu din il-logħba. Qed inservi ta' ambaxxatur ta' din il-logħba għax nixtieq illi fis-snin illi ġejjin ikollna persentaġġ aqwa ta' nies jitħarrġu fil-futsal. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ u anke tfal illi jixtiequ jaqbdu karriera f 'dan l-isport tant sabiħ. Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi hu illi jekk int trid issir plejer tajjeb fil- futbol bilfors li trid tibda mill-futsal. Jekk kapaċi tilgħab iż-żewġ sports tkun xi ħaġa ferm kbira filwaqt illi jekk tiddeċiedi li tkompli l-futsal qed tagħti kontribut sabiex din il-logħba tant veloċi, dinamika u spettakolari tkompli tikber fis-snin illi ġejjin. tal-Futsal fid-Dinja ta' kull żmien Huwa meqjus bħala l-aqwa plejer tal- futsal d-dinja ta' kull żmien. Huwa mlaqqam bħala l-'Pele tal-Futsal'. Lagħab il-futbol mat-tim li tant iħobb, Sao Paulo Futebol Clube lura għas-sena 2005 fejn rebaħ it-Tazza Libertadores. Falcao

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017