Illum previous editions

illum 10 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/914281

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet ta' kontroversji Mewt ta' ġurnalista, qawmien ta' moviment Il-mewt ta' Daphne Caruana Galizia ġabet magħha t-twelid ta' grupp ta' nies li flimkien ħolqu dak li qed jissejjaħ bħala Civil Society Network. Din l-għaqda tgħid li bħala għan tagħha hemm dak li ssir ġustizzja ma' Daphne Caruana Galizia. Titħabbar allura l-ewwel attivtà ta' dan in-Netwerk fil-Belt Valletta, liema dimostrazzjoni tattira eluf ta' nies u tgħaqqad lit-tliet partiti. Fid-dimostrazzjoni, Michael Briguglio li qed imexxi din l-għaqda jgħid illi, is-Civil Society Netwerk qed titlob għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali u biex dawn jinħatru biż-żewġ terzi tal-voti fil-Parlament. L-għaqda ressqet dawn it-talbiet lill-President tar-Repubblika li kienet preżenti għad-dimostrazzjoni. Is-Civil Societry Network, organizzat tliet dimostrazzjonijiet oħra. Waħda f 'Tas Sliema, oħra quddiem id-Depot u oħra il- Ħadd li għadda fil-Belt Valletta. L-attendenzi raw tnaqqis hekk kif n-Network kien akkużat, mill-Partit Laburista u l-midja tiegħu, li l-vera għanjiet tiegħu huma politiċi partiġġjani. Mas-Civil Society Network ingħaqdu wkoll il-grupp ta' nisa Occupy Justice'. Dawn bnew tined quddiem Kastilja u baqgħu quddiem l-Uffiċċju tal-PM għal erbat ijiem sħaħ. Huma talbu għall-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia u biex il-Gvern jassigura li l-pajjiż ikun sigur u jiċċelebra l-libertà tal-espressjoni. Intant dan il-grupp ġab lill-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb f 'nofs kontroversja, hekk kif dan għajjar lil dawn in- nisa 'tradituri ta' pajjiżhom', kumment li qajjem furur, b'uħud jaqblu u oħrajn jikkundannaw. Il-familja Caruana Galizia ppreżentat lin-nisa quddiem Kastilja b'weraq tar-rand u ikel. Messaġġ wieħed, il-midja kollha Għall-ewwel darba, l-midja kollha tal-pajjiż ingħaqdet f 'messaġġ wieħed kontra l-biża' u favur il-libertà tal-espressjoni. Fil-fatt il- ġurnalisti, edituri u personaġġi tal- midja ngħaqdu f 'dimostrazzjoni l-Belt Valletta nhar id-19 ta' Ottubru. Dakinhar il-ġurnalisti ressqu rikors illi fih talbu għall- protezzjoni tas-sorsi ta' Daphne Caruana Galizia meta l-Pulizija tkun qed tifli l-informazzjoni li ssib. L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, ħareġ bl-inizjattiva illi l-gazzetti kollha tal-Ħadd ikollhom messaġġ wieħed, 'il-Pinna tirbaħ lill-biża'' Din kienet l-ewwel darba li saret inizjattiva bħal din. Il-faċċata tal-ILLUM ħa ħsiebha l-karikaturista ta' din il-gazzetta Mikiel Galea. Għall-ewwel darba, l-midja kollha protezzjoni tas-sorsi ta' Daphne Caruana Galizia meta l-Pulizija tkun qed tifli l-informazzjoni li ssib. L-Istitut Protetta jew mhux protetta? Il-mewt ta' Daphne Caruana Galizia wasslet għal diskussjonijiet jaħarqu, profondi u wiesgħa fuq diversi suġġetti l-aktar dwar is-sigurtà u l-Pulizija. Il-Pulizija Maltija ċaħdet li Caruana Galizia qatt kienet għamlet rapport dwar theddid fuq ħajjitha fl-għassa tal-Mosta. Is-sit illum.com.mt iżda ppubblika kummenti tas-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti (EFJ) Ricardo Gutierrez li qal illi DCG kienet ilha tirċievi theddid fuq ħajjitha minn Frar li għadda. Hu qal li hi kienet infurmat lill-EFJ, li kienu infurmaw lill-Kunsill Ewropew. Ħafna mill-attenzjoni u l-kritika daret fuq il-Kummissarju tal-Pulizija minħabba li a) Ta' DCG kien il-ħames delitt permezz ta' karozza bomba. L-ebda wieħed minn dawn ma kien solvut u b) Minkejja li l-pajjiż kollu kien qed jitkellem dwar il-qtil f 'diskussjoni intensa, il-Kummissarju tal-Pulizija kien nieqes għal iktar minn 48 siegħa. Meta saret konferenza din kienet diżorganizzata, ma ngħataw l-ebda dettalji ġodda u ma kienu mogħtijin l-anqas l-aktar dettalji bażiċi. Il-Gvern qal illi minkejja li kien offra protezzjoni lil Caruana Galizia din m'aċċettatx għax ħasset illi dan jimpedi x-xogħol tagħha bħala ġusrnalista investigattiva. L-Avukat tal-familja Caruana Galizia u Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, kien stqarr li l-protezzjoni 'mhix xi invit għal tieġ' u li l-Gvern kellu xorta joffri protezzjoni. Kontroversjali f 'ħajjitha u anke f 'mewtha Daphne Caruana Galizia kienet mara kontroversjali, bħal ħafna persuni oħrajn fil-politika jew fid-dinja medjatika. U kif kienet kontroversjali f 'ħajjitha hekk ukoll kienet f 'mewtha, tant li saħansitra l-funeral tagħha kien wieħed li qajjem ħafna diskussjoni. Il-Gvern kien ħabbar il-ġurnata tal-funeral bħala Jum ta' Luttu Nazzjonali, xi ħaġa li ħafna Laburisti m'għoġbithom xejn u li ħolqot ħafna diskussjoni. Il-kontroversja kompliet tikber, hekk kif il-familja Caruana Galizia talbet biex il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, tlieta min-nies li DCG kienet ikkritikat bil-qawwa ma jkunux preżenti għall-funeral. Il-funeral kien sar il-Mosta nhar it-3 ta' Novembru, għalkemm l-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna kien qaddes quddies fil-Bidnija ftit wara l-mewt tagħha. Fiha kien staqsa kif il-qattiel jista' qatt ikun f 'paċi miegħu nnifsu. Is-saltna tad-dritt u l-Parlament Ewropew Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia qajjem diskussjoni dwar is-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. F'daqqa waħda ħafna nies bdew jisimgħu dwar dan il-kunċett li forsi qatt ma kienu semgħu dwaru qabel. Is-saltna tad-dritt huwa stat illi fih il-pajjiż ikollu l-Pulizija, il-Qorti u l-midja flimkien mal-istituzzjonijiet differenti li qed jaħdmu u joperaw mingħajr ebda forma ta' ndħil jew pressjoni mill-Gvern tal-ġurnata. Dan biex b'hekk tkun assigurata l-ordni fil-pajjiż, il-ġustizzja u biex tkun assigurata l-libertà tal-espressjoni u li fuq min jiggverna jibqa' jkun hemm min qed jgħasses. Fi kliem ieħor is-saltna tad-dritt huwa meta hemm għassiesa fuq is-sistema u meta hemm min jgħasses l-għassiesa tas-sistema. Fil-qasir is-saltna tad-dritt huwa l-fulkru ta' demokrazija. Il-Partit Nazzjonalista u s-Civil Society Network saħqu li s-saltna tad-dritt hija mhedda b'ħafna mill-pilastri, imma speċjalment il-Korp tal-Pulizija u min imexxih, li huma 'pupazzi' tal-Gvern Laburista. Din id-diskussjoni waslet fil-Parlament Ewropew (PE), fejn saret proprja diskussjoni dwar is-saltna tad-dritt. Il-PE approva riżoluzzjoni, b'466 vot favur, 49 kontra u 167 astensjonijiet, li kienet tgħid illi għandha ssir investigazzjoni indipendenti fil-qtil ta' DCG. Kienet tgħid ukoll li għandu jingħata premju bl-isem ta' Caruana Galizia, kull sena lil ġurnalist u li tiġi Delegazzjoni f 'Malta li tistħarreġ aktar dwar is-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. (Ara wkoll Editorjal f 'paġna 21 u storja minn Brussel f 'paġna 14)

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 December 2017